Dar

Bullettin tad-Dipartimenti Tematiċi

Xogħol Kurrenti (Work in Progress)

Ir-rubrika Xogħol Kurrenti (Work in Progress) turi proċeduri leġiżlattivi li jkunu għaddejjin f'kull kumitat parlamentari. Tagħti stampa globali tax-xogħol li jkun sar fil-kumitati b'segwitu għar-rapporti li jkunu tressqu jew għall-pjanifikazzjoni tar-rapporti għas-sessjonijiet li jkunu ġejjin.
Din il-lista tiffoka fuq il-fajls 'ewlenin' fil-kumitati parlamentari, u tinkludi fajls li jissodisfaw ċerti kriterji.

Djalogu leġiżlattiv mal-Kummissjoni u l-Kunsill

Il-KPK tipprepara l-kontribut tal-Parlament għall-Programm ta' Ħidma annwali tal-Kumissjoni billi telenka l-prijoritajiet f'kull qasam leġiżlattiv. Torganizza wkoll laqgħa konġunta annwali mal-Kulleġġ tal-Kummissarji, u diversi drabi matul is-sena tiltaqa' mal-Presidenza tal-Kunsill biex tpprepara u tiddiskuti l-prijoritajiet tal-Presidenzi u tieħu kont tax-xogħol kurrenti.

Rakkomandazzjoni dwar l-aġenda għas-sessjonijiet plenarji

Il-KPK ta' kull xahar tressaq rakkomandazzjoni quddiem il-Konferenza tal-Presidenti għall-abbozz ta' aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss, kif ukoll rapport ta' monitoraġġ ta' kull xahar rigward il-kompatibbiltà tal-abbozzi ta' leġiżlazzjoni mar-regoli tat-Trattat dwar atti delegati u ta' implimentazzjoni.

Kooperazzjoni bejn il-kumitati

Il-KPK tikkostitwixxi forum ta' diskussjoni dwar kwistjonijiet orizzontali u problemi komuni tal-kumitati, u tikkontribwixxi b'mod attiv għall-iskambju tal-aħjar prattiki, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' approċċi jew linji gwida komuni marbuta mal-attivitajiet tal-kumitati. Tista' tressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar ix-xogħol tal-kumitati. Il-KPK għandha wkoll rwol ta' medjazzjoni bejn il-kumitati parlamentari. Tittratta talbiet għall-kooperazzjoni u tipproponi soluzzjonijiet għal kunflitti ta' kompetenza.