Dwarna
Diskors ta’ Merħba tal-President
Merħba fis-sit web tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL).
Il-Kumitat tagħna bis-60 Membru tiegħu huwa responsabbli għall-kwistjonijiet kollha tal-politika tal-impjiegi u l-aspetti kollha tal-politika soċjali inklużi l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigurtà soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali.
L-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja ħafna sfidi bħall-kriżi tal-għoli tal-ħajja, it-tibdil fil-klima, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, il-bidliet demografiċi u l-instabbiltà ġeopolitika. Il-Kumitat EMPL huwa responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-moviment liberu tagħhom, għall-promozzjoni tat-taħriġ vokazzjonali u d-djalogu soċjali, għall-iżgurar tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol.
Il-Kumitat tagħna għandu rwol kruċjali fit-tfassil ta' politiki li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għaċ-ċittadini u n-negozji. Dan min-naħa tiegħu jħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-progress soċjali, fejn ħadd ma jitħalla jibqa' lura irrispettivament mill-istatus soċjali, is-saħħa jew l-oriġini tiegħu.
F'dan is-sit web, se ssib l-informazzjoni rilevanti kollha marbuta mal-laqgħat u l-attivitajiet tal-Kumitat EMPL, li se jippermettulek issegwi l-ħidma tagħna mill-qrib.
Jekk tixtieq tirreġistra għall-bullettin tal-Kumitat EMPL, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ lil
empl-secretariat@ep.europa.eu.
Li Andersson, President tal-Kumitat EMPL