Please fill this field

Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

© European Union 2020 - European Parliament

Merħba fis-sit web tal-Kumitat IMCO u grazzi tal-interess tiegħek! Il-Kumitat IMCO huwa responsabbli għas-sorveljanza leġiżlattiva u l-iskrutinju tar-regoli tal-UE dwar is-suq uniku, u dan jinkludi s-suq uniku diġitali, id-dwana u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Suq uniku regolat tajjeb huwa essenzjali biex jinkisbu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex jitrawmu l-innovazzjoni u l-kompetittività għan-negozji filwaqt li jiġu żgurati ż-żamma u l-aġġustament ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll standards soċjali u ambjentali.

Il-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-kisbiet tas-suq intern tal-UE ma jistgħux jittieħdu bħala xi ħaġa fatta. Irridu niddefendu l-integrità futura tas-suq uniku, iżda rridu naġġornawha wkoll. Quddiemna għandna ħafna sfidi u opportunitajiet, fosthom l-isfruttament ulterjuri tal-potenzjal tas-suq uniku diġitali u l-użu aħjar tas-suq uniku għas-servizzi. Iż-żamma tal-istandards għoljin tagħna għandha tkun fuq quddiem nett fl-ilħuq tal-għanijiet tagħna.

Il-Kumitat jaħdem mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni biex jiżgura li r-regoli tas-suq uniku jkunu prattikabbli u implimentati bis-sħiħ u fil-ħin. Huwa privileġġ għalija li nippresiedi dan il-Kumitat importanti u li naħdem ma' Membri mill-ispettru politiku kollu biex jinkisbu benefiċċji reali għall-konsumaturi u n-negozji madwar is-suq uniku.

Anna Cavazzini

Kuntatti