Merħba fil- Parlament Ewropew 

Faċli biex taqra
B’din il-verżjoni kulħadd ikun jista’ jifhem l-informazzjoni faċilment.

 
Stampa tal-faċċata tal-bini tal-Parlament fi Strażburgu u bnadar iperpru tal-Istati Membri tal-UE        

Il-Parlament Ewropew

Il-Parlament jirrappreżenta 450 miljun persuna li jgħixu fl-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea hi magħrufa wkoll bħala l-UE.

In-nies fl-UE jivvotaw għal 720 membri biex dawn jirrappreżentawhom fil-Parlament.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew insejħulhom MPE.

Il-MPE jaraw il-pjanijiet għal liġijiet ġodda tal-UE.

Il-MPE jibdlu l-liġijiet biex jagħmluhom aħjar.

Il-MPE jiċċekkjaw kif l-UE qiegħda taħdem.

Stampa tal-plenarja fl-emiċiklu fi Strażburgu        

X’jagħmel il-Parlament Ewropew

Il-Parlament jadotta liġijiet ġodda tal-UE mal- Kunsill.

Il-Kunsill jirrappreżenta l-gvernijiet tal-pajjiżi li jagħmlu parti mill-UE.

Il-Parlament u l-Kunsill jiddeċiedu wkoll dwar il-baġit tal-UE.

Il-Parlament jiċċekkja x-xogħol tal-organizzazzjonijiet kollha li jgħinu biex l-UE taħdem.

Il-MPE jivvotaw fuq ftehimiet dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi li ma humiex fl-UE.

Xi MPE qegħdin jivvotaw billi jgħollu jdejhom fl-emiċiklu fi Strażburgu        

Kif jaħdem il-Parlament Ewropew

Il-Gruppi

Il-biċċa l-kbira tal-MPE jaħdmu fi gruppi politiċi.

Il-gruppi huma magħmula minn MPE minn pajjiżi differenti u minn partiti politiċi differenti.

Il-gruppi jkunu jridu jilħqu l-istess riżultati.

Il-Kumitati

Il-Parlament għandu 20 kumitat permanenti.

Il-MPE jaħdmu f’kumitati.

Il-Kummissjoni Ewropea tagħmel proposti għal liġijiet tal-UE ġodda.

Il-kumitati jiddiskutu l-proposti biex dawn isiru aħjar.

Il-kumitati jivvotaw dwar kull proposta biex jaċċettawha jew inkella biex iwarrbuha.

Is-sessjonijiet plenarji

Imbagħad, il-Parlament kollu kemm hu jivvota dwar liġijiet ġodda waqt is-sessjonijiet plenarji.

Fil-plenarji jkun hemm il-MPE kollha.

Huma jiddibattu u jivvotaw fuq liġijiet ġodda.

Il-MPE jtellgħu President biex jirrappreżenta lill-Parlament.

Barra minn hekk, il-President imexxi s-sessjonijiet plenarji.

Il-President jiġi elett għal sentejn u nofs.

Persuna titfa’ l-vot fil-kaxxa tal-votazzjoni        

Itfa’ l-vot tiegħek

Inti tista’ tivvota għal nies biex huma jirrappreżentawk fil-Parlament.

L-elezzjonijiet Ewropej isiru kull ħames snin fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Mara bil-mowbajl f’idha quddiem il-bini prinċipali tal-Parlament Ewropew fi Brussell        

Żomm ruħek informat

Il-Parlament għandu tal-inqas uffiċċju wieħed f’kull pajjiż tal-UE.

Dawn l-uffiċċji inti tista’ żżurhom.

Il-bini tal-Parlament fi Strażburgu kif jidher min-naħa l-oħra tax-xmara        

Żur il-Parlament Ewropew

Inti tista’ żżur il-Parlament fi Strażburgu u fi Brussell.