Dwarna

Diskors ta' merħba

© European Union (2024) – European Parliament

Il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) hija waħda mill-politiki l-aktar integrati tal-UE. Għandha l-għan li tiżgura ġestjoni tajba tas-sajd Ewropew fil-livelli kollha tiegħu. Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dik tal-ambjent tal-baħar iridu jimxu id f’id mal-bilanċ soċjoekonomiku tal-komunitajiet u tar-reġjuni kostali u mas-sigurtà tal-ikel tal-UE.

Fil-Kumitat għas-Sajd niffukaw ħafna fuq dan fil-ħidma tagħna ta' kuljum. Il-prijoritajiet tagħna għal din l-10 leġiżlatura se jkunu li naħdmu sabiex nirriformaw u naġġornaw il-Politika Komuni tas-Sajd, li, għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, għadha 'l bogħod milli tindirizza l-ħtiġijiet attwali tas-settur. Din il-leġiżlatura qed tara l-bidu ta' perjodu ġdid quddiemna, b'Kummissjoni Ewropea ġdida, li diġà għamlitha prijorità li ssib bilanċ bejn il-profittabbiltà tas-sajd u s-sostenibbiltà tal-ambjent tal-baħar.

Ħafna atturi fis-settur tas-sajd jemmnu li, f'dawn l-aħħar snin, l-UE tat prijorità lill-aspetti ambjentali fuq is-sostenibbiltà soċjoekonomika, u b'hekk ħolqot żbilanċ li qed iħalli effett negattiv fuqhom. Matul dan il-mandat, il-kompitu tagħna se jkun li nanalizzaw bir-reqqa u nindirizzaw dan l-iżbilanċ. Is-sajjieda, l-industrija tal-ipproċessar u s-settur tal-akkwakultura qed jiffaċċjaw diversi sfidi: iż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil, il-bastimenti tas-sajd qodma, id-distakk fit-tiġdid ġenerazzjonali, il-kompetizzjoni inġusta li qed tinħoloq permezz tal-importazzjoni ta' frott tal-baħar u, fl-aħħar nett, l-impatt dejjem akbar tat-tibdil fil-klima fuq l-istokkijiet tal-ħut, hekk kif tfaċċaw speċijiet invażivi. Irridu nsibu soluzzjoni għal dawn l-isfidi kollha.

Nemmnu li l-aħjar mod biex jiġu adottati politiki effettivi li jqisu lil kulħadd huwa billi nżommu liċ-ċittadini tal-UE infurmati b'mod xieraq dwar kif jittieħdu d-deċiżjonijiet li jaffettwawhom. Ninsab ċerta li dan is-sit web se jagħti liċ-ċittadini viżjoni aktar ċara tal-attivitajiet tagħna ta' kuljum.

Carmen CRESPO DÍAZ
Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

Links