Avviż dwar il-protezzjoni tad-data 

Sabiex inwettqu d-dmirijiet tagħna lejn iċ-ċittadini tal-UE, jaf nipproċessaw parti mid-data personali tiegħek (magħrufa wkoll bħala “informazzjoni personali”). Aħna nipproċessaw din id-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.
Jaf nipproċessaw id-data personali tiegħek għal għadd ta’ raġunijiet, inkluż it-trattament ta’ talbiet pubbliċi għal informazzjoni, petizzjonijiet, attivitajiet parlamentari, avvenimenti, informazzjoni għall-viżitaturi, kwistjonijiet tal-persunal u lmenti, biex insemmu biss ftit. Ir-Regolament 2018/1725 jistabbilixxi l-ambitu tal-informazzjoni dwarek li jaf nipproċessaw, kif nistgħu nużawha u kif inti tista’ titlob aċċess għaliha.
Aħna nżommu wkoll reġistri tal-attivitajiet li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali (eż. il-ġbir, il-ħżin u l-użu tad-data). Dan ir-reġistru ta’ attivitajiet huwa aċċessibbli għall-pubbliku u jrid ikun fih ċerta informazzjoni li tispjega l-iskop u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data personali. Tista’ tikkonsulta r-Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data tagħna biex issir taf aktar dwar kif nipproċessaw id-data personali tiegħek matul l-attivitajiet tagħna.

Xi jkopri dan l-avviż?

Dan l-avviż dwar il-protezzjoni tad-data jkopri s-siti web disponibbli għall-pubbliku li nippubblikaw online taħt id-dominju europarl.europa.eu (imsejjaħ ukoll “europarl”).

Ikopri n-navigazzjoni bażika tas-siti web tagħna, iżda ma jkoprix is-servizzi elettroniċi li nistgħu noffru, bħal formoli ta’ kuntatt jew ta’ reġistrazzjoni.

Għal kull servizz elettroniku disponibbli fuq wieħed mis-siti web tagħna, se jkun hemm avviż iddedikat dwar il-protezzjoni tad-data li jinfurmak dwar l-iskop tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-bażi legali, il-kategoriji tad-data personali miġbura, kemm indumu nżommu d-data personali tiegħek, id-dettalji tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek u lil min għandek tikkuntattja jekk tixtieq teżerċita dawk id-drittijiet.

Nagħtuk parir tikkonsulta l-avviż speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data qabel ma tuża s-servizz elettroniku tas-siti web li nippubblikaw. L-ipproċessar ta’ data personali permezz ta’ dawn is-servizzi elettroniċi huwa deskritt fir-reġistri rilevanti magħmula disponibbli fir-Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data tagħna.

Min jipproċessa d-data personali tiegħek (min hu l-kontrollur tad-data)?

Id-dominju europarl fih varjetà ta’ siti web ibbażati fuq teknoloġiji differenti u miżmuma minn timijiet editorjali u tal-IT differenti. Għalhekk ma hemm l-ebda kontrollur uniku tad-data għall-europarl, iżda diversi.

Jekk tixtieq tikkuntattja lil wieħed mill-kontrolluri tad-data tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Unità tal-Ġestjoni tas-Sit Web tad-DĠ COMM tad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, li taġixxi bħala hub u li se tidderieġi t-talba tiegħek lill-kontrollur tad-data xieraq.

Tista’ tikkuntattja lill-Unità tal-Ġestjoni tas-Sit Web b’email fuq webmaster@europarl.europa.eu jew bil-posta, f’envelop issiġillat, fuq:

Parlament Ewropew,

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni,

id-Direttorat għall-Kampanji,

l-Unità tal-Ġestjoni tas-Sit Web,

għall-attenzjoni tal-Kap tal-Unità,

60 rue Wiertz / Wiertzstraat 60,

1047 - Bruxelles/Brussell,

il-Belġju.

Għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Il-Parlament jiġbor l-informazzjoni personali tiegħek biss sa fejn ikun meħtieġ biex jintlaħaq skop speċifiku relatat mal-kompiti tagħna bħala istituzzjoni. Nipproċessaw id-data personali tiegħek sabiex nanalizzaw, nimmonitorjaw u ninvestigaw l-infrastruttura u l-applikazzjonijiet tekniċi tagħna, kif ukoll għal skopijiet ta’ sigurtà. Id-data tiegħek tinġabar, tiġi pproċessata u tinħażen f’logs tas-server li jgħinuna niksbu sigurtà operazzjonali, ninvestigaw l-inċidenti, nimmonitorjaw in-network tagħna u nipprovdu assistenza lill-utent.

X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-data tagħna?

Aħna permessi legalment nipproċessaw id-data abbażi tal-Artikolu 5 (1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 interpretat fid-dawl tal-Premessa 22, peress li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti mwettqa fl-interess pubbliku mill-Parlament Ewropew.

X’data personali niġbru?

Niġbru parti mid-data personali tiegħek fil-logs tas-server tagħna. Madankollu, skont il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, aħna nillimitaw kemm jista’ jkun il-ġbir ta’ kwalunkwe data personali.

Id-data personali li niġbru fl-infrastruttura tagħna hija:
­

  • l-indirizz IP tal-apparat tiegħek;
  • il-protokoll li użajt (http; https; rtmp, eċċ.);
  • is-sistema operattiva tal-apparat tiegħek;
  • il-brawżer tiegħek;
  • id-data u l-ħin tal-konnessjoni tiegħek;
  • il-paġni tas-sit web tal-Parlament Ewropew li żort;
  • il-volum tad-data li niżżilt.

Il-Parlament Ewropew jipproċessa d-data personali f’konformità mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Id-data personali tiegħek mhijiex soġġetta għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

Aħna naqsmu d-data personali tiegħek?

Aħna naqsmu d-data personali esklussivament ma’ riċevituri fdati, meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet speċifikati u mal-kategoriji ta’ riċevituri identifikati biss.

Ir-riċevituri fdati tagħna huma:

  • il-kollegi tagħna fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC) tal-Parlament Ewropew li huma inkarigati mill-infrastruttura interna tal-IT u tal-cloud. Huma jistgħu jaċċessaw id-data personali tiegħek sabiex jipprovdu appoġġ tekniku xieraq;
  • il-fornituri tas-servizzi tal-cloud tagħna, li huma limitati minn klawżoli kuntrattwali speċifiċi u mill-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2018/1725.

Ma naqsmu d-data personali tiegħek ma’ ebda pajjiż mhux tal-UE jew organizzazzjoni internazzjonali.

Taħt ċerti kundizzjonijiet legalment permessi nistgħu nikxfu l-informazzjoni personali tiegħek lil partijiet terzi, bħall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, il-Qorti tal-Awdituri, jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jekk ikun meħtieġ u proporzjonat għal skopijiet legali speċifiċi.

Għal kemm żmien naħżnu d-data personali tiegħek?

Id-data tiegħek tiġi rreġistrata f’log fajls ta’ kuljum, li jinħażnu għal bejn tletin jum u sitt xhur u mbagħad issir backup tagħhom għal bejn sitt xhur u sena. Inħassru d-data kollha awtomatikament fi tmiem il-perjodu definit.

Għal aktar informazzjoni dwar il-logs tas-servers u l-backups tal-infrastruttura tal-IT tagħna, nistednuk tikkonsulta r-reġistri nru 177 u 179 fir-Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data tagħna:
­

  • Nru 177: Operazzjonijiet ta’ forniment u superviżjoni tal-infrastruttura tal-ICT tad-DĠ ITEC relatati mat-tagħmir, in-networks u s-sistemi tal-ICT tal-Parlament Ewropew (li joperaw fuq l-infrastruttura tal-ICT tad-DĠ ITEC)
  • Nru 179: Operazzjonijiet ta’ backup tad-DĠ ITEC fuq it-tagħmir, in-networks u s-sistemi tal-ICT tal-Parlament Ewropew (li joperaw fuq l-infrastruttura tal-ICT tad-DĠ ITEC)

Nużaw cookies?

Iva, aħna nużaw cookies.

Il-politika tagħna dwar il-cookies u l-lista tal-cookies li nqiegħdu fuq l-apparati tal-utenti huma disponibbli online fuq il-paġna tal-politika tagħna dwar il-cookies u l-paġna tal-inventarju tal-cookies tagħna.

Nużaw ħżin lokali?

Aħna nużaw il-ħżin lokali tal-brawżer tiegħek biex nappoġġjaw is-sit web tagħna tal-Multimedia Centre, fejn jinstabu l-vidjos tagħna, u għall-pjattaforma tagħna tal-istreaming fuq il-web, li tippermetti l-istreaming dirett u l-irrekordjar tad-dibattiti kollha, bħal-laqgħat plenarji u tal-kumitati, kif ukoll ta’ avvenimenti speċifiċi li jseħħu fil-Parlament Ewropew.

Hawn taħt, tista’ ssib id-data maħżuna fil-brawżer tiegħek.

  • europarl|{id}
    Għan: li tiġi rreġistrata l-cache għall-plejer tal-istreaming fis-sit web tal-Multimedia Centre.
  • featured.content.list.filter
    Għan: li tiġi rreġistrata t-tip ta’ media magħżula mill-utent fit-taqsima “L-aktar media rilevanti” tal-paġna ewlenija tas-sit web tal-Multimedia Centre.
  • kaltura-player-js_audioLanguage
    Għan: li tiġi rreġistrata l-lingwa tal-awdjo tal-vidjos segwiti fuq il-plejer użat għas-sit web tal-Multimedia Centre (il-plejer Kaltura).
  • kaltura-player-js_textLanguage
    Għan: li tiġi rreġistrata l-lingwa tas-sottotitoli tal-vidjos segwiti fuq il-plejer użat għas-sit web tal-Multimedia Centre (il-plejer Kaltura).
  • theoplayer-session-id
    Għan: li tinżamm b’mod sigur is-sessjoni tal-utent matul iż-żjara kollha tiegħu meta jintuża l-plejer tal-istreaming tal-Multimedia Centre.

Nota:
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar id-data pproċessata mill-Multimedia Centre u l-pjattaforma tal-istreaming tal-web fir-reġistri ddedikati tagħhom, disponibbli fir-Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data.

Nużaw teknoloġiji ta’ traċċar?

Normalment ma nużaw l-ebda teknoloġija ta’ traċċar, bħal web beacons, teħid tal-marki diġitali tal-brawżer (browser fingerprinting), jew pixels ta’ traċċar. F’każijiet speċifiċi meta tkun meħtieġa xi forma ta’ traċċar, aħna niddeskrivu l-proċess f’avviż speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data li jkun disponibbli fuq is-sit web ikkonċernat.

Nippermettu kontenut ta’ partijiet terzi?

Is-siti web tagħna jistgħu jipprovdu links għal siti web esterni li mhumiex koperti minn dan l-avviż ta’ protezzjoni tad-data. Il-partijiet terzi għandhom il-politiki tagħhom dwar il-privatezza u l-cookies li m’għandna l-ebda kontroll fuqhom. Nirrakkomandaw li tinforma ruħek dwar il-politiki ta’ privatezza speċifiċi tagħhom.

Xi drittijiet għandek u kif tista’ teżerċitahom?

Għandek id-dritt:

  • li taċċessa d-data personali tiegħek;
  • li tikkoreġi d-data personali tiegħek jekk din ma tkunx preċiża jew kompluta;
  • li tħassar id-data personali tiegħek.

F’xi każijiet jista’ jkollok ukoll id-dritt:

  • li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħek;
  • għall-portabbiltà tad-data;
  • li toġġeżżjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek imwettaq legalment skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek jew għandek mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, tista’ tiktbilna:

  • b’email fuq webmaster@europarl.europa.eu
  • bil-posta, f’envelop issiġillat, fil-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Direttorat għall-Kampanji, Unità tal-Ġestjoni tas-Sit Web, għall-attenzjoni tal-Kap tal-Unità, 60 rue Wiertz/Wiertzstraat 60, 1047 Bruxelles/Brussell, il-Belġju.

Jekk għandek xi kummenti jew ilmenti dwar il-mod kif nipproċessaw id-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew billi tikteb lil data-protection@europarl.europa.eu.

Fis-sitwazzjonijiet kollha, għandek id-dritt għal rikors quddiem l-awtorità superviżorja tagħna, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), billi tikteb lil edps@edps.europa.eu. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-paġna tal-EDPS dwar l-Ilmenti.

Media Soċjali – Il-privatezza tiegħek

Minbarra s-siti web tagħna, aħna nużaw ukoll il-pjattaformi tal-media soċjali biex nippromwovu l-attivitajiet tagħna.

Tista’ taqsam il-paġni web tagħna u taċċessa l-kontijiet tal-media soċjali tagħna permezz ta’ ikoni fuq is-sit web tagħna. Biex nipproteġu l-privatezza tiegħek, l-ikoni tagħna ma jaħżnu l-ebda cookie fuq l-apparat tiegħek. Huma se jidderiġuk mill-ġdid lejn il-pjattaforma tal-media soċjali kkonċernata billi jiftħu tab ġdida tal-brawżer.

Meta nużaw widget tal-media soċjali fuq il-paġni tagħna, il-kontenut jintwera biss wara li tkun aċċettajt b’mod espliċitu l-politika ta’ privatezza tagħha u tkun tajt il-kunsens tiegħek biex tkompli. Peress li kull mezz tal-media soċjali għandu l-politika ta’ privatezza tiegħu stess, nirrakkomandaw ħafna li taqra l-politika bir-reqqa qabel ma tuża l-mezz.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib dwar kif nużaw il-pjattaformi tal-media soċjali, tista’ ssib aktar informazzjoni fir-reġistru ddedikat tagħna dwar il-protezzjoni tad-data (“Il-preżenza tal-Parlament Ewropew fuq il-media soċjali”, disponibbli fir-Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data tagħna.