L-aġenda diġitali għall-Ewropa

Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi kif evolviet l-aġenda diġitali tal-UE u kif, mill-2024, l-UE biddlet l-enfasi mill-istabbiliment tal-aġenda għall-implimentazzjoni billi introduċiet oqfsa legali bħall-Att dwar l-IA. Tispjega wkoll kif ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-pjattaformi, id-data, l-identità diġitali, l-IA u ċ-ċibersigurtà li jgħinu joħolqu ambjenti diġitali siguri, kompetizzjoni ġusta u sovranità diġitali, f’konformità mat-tranżizzjoni ekoloġika.

Il-bażi legali

Filwaqt li t-Trattati ma fihomx dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs), abbażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE), l-UE tista’ taġixxi fi ħdan oqsma ta’ politika bħal: l-industrija, il-kompetizzjoni, il-kummerċ, in-networks trans-Ewropej, ir-riċerka, l-enerġija, l-istabbiliment tas-suq uniku, il-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni u tas-servizzi, l-edukazzjoni u l-kultura.

L-objettivi

Permezz tal-aġenda diġitali tagħha, l-UE għandha l-għan li tippermetti trasformazzjoni diġitali li tkun iċċentrata fuq il-bniedem, sigura u sostenibbli. Bl-istrateġija għas-suq uniku diġitali u l-Kumpass Diġitali tal-2030 bħala l-bażi, l-aġenda diġitali tippromwovi flussi tad-data affidabbli, identità diġitali interoperabbli, swieq ta’ pjattaformi online ġusti, IA responsabbli u ċibersigurtà b’saħħitha. Il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali jibdel dawn l-objettivi f’miri għall-ħiliet, l-infrastruttura, id-diġitalizzazzjoni tan-negozju u s-servizzi pubbliċi.

Il-kisbiet

A. L-ewwel aġenda diġitali għall-Ewropa: 2010-2020

L-ewwel aġenda diġitali ffukat fuq it-titjib tal-konnettività, it-tnaqqis tal-ispejjeż u t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur. Il-kisbiet ewlenin tagħha kienu jinkludu dawn li ġejjin:

  • li jitneħħew l-ispejjeż tar-roaming (“roaming daqslikieku f’pajjiżek”);
  • li jitwessa’ l-aċċess għall-broadband;
  • li jiġu introdotti r-regoli ewlenin dwar il-protezzjoni ta’ data, b’mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Ippromwoviet ukoll it-tkabbir diġitali permezz ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-ħiliet, id-diġitalizzazzjoni tal-industrija u tas-servizzi pubbliċi, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ regoli dwar l-imblukkar ġeografiku u l-portabbiltà transfruntiera tas-servizzi tal-kontenut online.

    Sabiex tappoġġja ekonomija misjuqa mid-data, l-UE adottat miżuri dwar il-moviment ħieles ta’ data mhux personali, ċibersigurtà u d-data miftuħa, u saħħet il-koordinazzjoni regolatorja permezz tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

    B. It-tieni aġenda diġitali għall-Ewropa: il-Kumpass Diġitali tal-2030

    It-tieni aġenda diġitali tindirizza l-bidliet li ġabu magħhom it-teknoloġiji diġitali u r-rwol essenzjali tas-servizzi u s-swieq diġitali, b’enfasi fuq l-għanijiet teknoloġiċi u ġeopolitiċi tal-UE. Fil-komunikazzjonijiet tagħha dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa u dwar il-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali, il-Kummissjoni tat dettalji dwar azzjonijiet għal servizzi u swieq diġitali siguri. Hija tat prijorità lill-computing kwantistiku, lill-istrateġiji tal-blockchain, lill-IA, lis-semikondutturi (l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep), lis-sovranità diġitali, lir-rekwiżiti ta’ ċibersigurtà orizzontali għall-prodotti b’elementi diġitali (ir-Regolament (UE) 2019/1020), emendat bir-Regolament (UE) 2024/2847), lin-networks 5G u 6G, lill-ispazji Ewropej tad-data u lill-istandards teknoloġiċi globali.

    F’Marzu 2021, l-UE introduċiet Kumpass Diġitali li jiddeskrivi erba’ miri għall-2030.

    • Il-ħiliet: tal-anqas 80% tal-adulti kollha għandu jkollhom ħiliet diġitali bażiċi u għandu jkun hemm 20 miljun speċjalista fl-ICT impjegati fl-UE, b’aktar nisa jidħlu għal impjiegi bħal dawn.
    • In-negozji: 75% tal-kumpaniji għandhom jużaw is-servizzi tal-cloud computing, il-big data u l-IA; aktar minn 90% tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-UE għandhom jilħqu tal-anqas livell bażiku ta’ intensità diġitali; u l-għadd ta’ “unicorns” tal-UE (negozji ġodda ta’ valur għoli) għandu jirdoppja.
    • L-infrastruttura: kull unità domestika fl-UE għandu jkollha konnettività f’gigabit u ż-żoni popolati kollha għandhom ikunu koperti mill-5G; l-UE għandha tipproduċi 20% tas-semikondutturi tad-dinja; fl-UE għandhom jiġu installati 10,000 nodu periferiku sigur ħafna u newtrali għall-klima; u l-Ewropa għandu jkollha l-ewwel kompjuter kwantistiku tagħha.
    • Is-servizzi pubbliċi: is-servizzi pubbliċi ewlenin kollha għandhom ikunu disponibbli online; iċ-ċittadini kollha għandu jkollhom aċċess għar-rekords mediċi elettroniċi tagħhom; u 80% taċ-ċittadini għandhom jużaw soluzzjoni ta’ identità elettronika.
    • Il-Programm Ewropa Diġitali, introdott bir-Regolament (UE) 2021/694, huwa inizjattiva tal-UE li talloka EUR 7.5 biljun (2021-2027) għal proġetti tat-teknoloġija diġitali f’oqsma bħas-supercomputing, l-IA, iċ-ċibersigurtà, il-ħiliet diġitali avvanzati u l-integrazzjoni tat-teknoloġija diġitali, appoġġjati minn ċentri tal-innovazzjoni diġitali.

      Il-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali jistabbilixxi miri legalment vinkolanti minn Settembru 2022, u jibdel il-Kumpass Diġitali minn strateġija għal għodda ta’ implimentazzjoni b’rapportar annwali u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri.

      1. Id-data

      Il-kondiviżjoni tad-data hija ċentrali għall-viżjoni diġitali tal-Ewropa. Billi l-UE tippromwovi l-innovazzjoni mmexxija mid-data, hija tfittex li żżomm bilanċ mal-privatezza, is-sigurtà, l-etika u s-sikurezza, filwaqt li tagħti ħarsa lejn l-użu u l-kondiviżjoni ta’ data mhux personali għal teknoloġiji u paradigmi tan-negozju ġodda.

      L-Istrateġija tal-UE għad-data introduċiet l-idea li jkun hemm spazji komuni Ewropej tad-data li jkopru disa’ setturi, u tiżgura li aktar data ssir disponibbli għall-użu fl-ekonomija u fis-soċjetà, filwaqt li tagħti lill-kumpaniji u lill-individwi kontroll akbar fuq id-data li jiġġeneraw. Il-qafas regolatorju tal-UE għad-data jinkludi:

      • ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament (UE) 2016/679);
      • id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data (id-Direttiva (UE) 2016/680);
      • l-Att Ewropew dwar il-Governanza tad-Data (ir-Regolament (UE) 2022/868) dwar id-disponibbiltà u l-fiduċja tad-data;
      • l-Att Ewropew dwar id-Data (ir-Regolament (UE) 2023/2854) dwar l-aċċess ġust u d-drittijiet tal-utenti filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tad-data personali.
      • 2. L-intelliġenza artifiċjali

        Il-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ta’ Frar 2020 enfasizzat ir-rwol kruċjali tal-IA fis-soċjetà moderna u antiċipat il-benefiċċji soċjetali u ekonomiċi tagħha fis-setturi kollha. Il-Parlament adotta l-Att dwar l-IA f’Marzu 2024. Id-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu jinkludu:

        • salvagwardji dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali bi skop ġenerali;
        • limiti fuq l-użu tal-infurzar tal-liġi ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika;
        • projbizzjonijiet fuq il-punteġġ għaċ-ċittadini u l-użu tal-IA biex jiġu mmanipulati jew sfruttati l-vulnerabbiltajiet tal-utenti;
        • id-dritt tal-konsumaturi li jressqu lmenti u jirċievu spjegazzjonijiet sinifikanti.
        • L-Att dwar l-IA ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2024, u beda japplika fi stadji tul 36 xahar, u l-Uffiċċju Ewropew għall-IA jikkoordina l-infurzar fil-livell tal-UE.

          F’Settembru 2022, il-Kummissjoni introduċiet proposta għal direttiva dwar ir-responsabbiltà għall-IA, li tiżgura protezzjoni ugwali għal dawk li ssirilhom ħsara mill-IA, għalkemm sadanittant irtirat din il-proposta. Barra minn hekk, ġiet żvelata direttiva ġdida dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi (id-Direttiva (UE) 2024/2853) biex jiġu indirizzati prodotti diġitali bħall-IA.

          3. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali

          Element bażiku tal-istrateġija diġitali huwa t-tiswir ta’ suq uniku diġitali aktar sikur u aktar miftuħ li jenfasizza d-drittijiet tal-utenti u kompetizzjoni kummerċjali ġusta. Dan huwa appoġġjat minn żewġ pilastri leġiżlattivi: l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) u l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA), li jimmodernizzaw ir-regolamenti tal-UE dwar is-servizzi diġitali. Dawn l-atti, li ġew adottati mill-Parlament u mill-Kunsill fl-2022 u ilhom fis-seħħ minn Mejju 2023, joffru sett unifikat ta’ regoli għall-UE kollha. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali jiddeskrivi r-responsabbiltajiet għas-servizzi intermedjarji, speċjalment il-pjattaformi online. Pjattaformi kbar huma soġġetti għal linji gwida speċifiċi minħabba r-riskji li jippreżentaw fir-rigward tat-tixrid ta’ kontenut illegali u ta’ ħsara. L-Att dwar is-Swieq Diġitali jiddeskrivi r-regoli għall-kumpaniji bi status ta’ “gwardjan”, immirati lejn dawk l-aktar suxxettibbli għal prattiki inġusti. Dan jinkludi servizzi bħall-intermedjazzjoni online, in-networks soċjali u l-cloud computing. Filwaqt li tibni fuq l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, il-Kummissjoni pproponiet regolament biex tissimplifika l-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data għall-kirjiet ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali ilu japplika bis-sħiħ mis-17 ta’ Frar 2024. L-infurzar tad-DMA intensifika fl-2025 meta ngħataw l-ewwel multi kontra l-gwardjani, u l-infurzar u l-monitoraġġ issa jinsabu fil-qalba tal-ħidma tal-Kummissjoni.

          4. Il-gvern elettroniku, l-identità elettronika u l-euro diġitali

          L-aġenda diġitali tenfasizza l-valur tal-gvern elettroniku u l-kooperazzjoni transfruntiera tas-settur pubbliku. F’Marzu 2024, wara l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni (Novembru 2022), il-Kunsill adotta l-Att dwar Ewropa Interoperabbli (ir-Regolament (UE) 2024/903) biex is-servizzi pubbliċi fl-UE jissaħħew. Dan l-Att jistabbilixxi Bord għal Ewropa Interoperabbli b’rappreżentanti mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni u minn korpi oħra tal-UE.

          It-tisħiħ tal-fiduċja online huwa kruċjali għat-tkabbir tas-soċjetà u tal-ekonomija. Ir-regolament dwar l-identifikazzjoni elettronika (ir-Regolament (UE) Nru 910/2014) jipprovdi qafas għal interazzjoni diġitali sigura fost iċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet. Bil-ħsieb li jintlaħqu dawn l-objettivi, fi Frar 2024, il-Parlament adotta qafas għal Identità Diġitali Ewropea (ir-Regolament (UE) 2024/1183, eIDAS 2.0) bil-għan li 80% taċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi pubbliċi essenzjali b’mod sigur b’identità diġitali sal-2030. Ir-Regolament eIDAS 2.0 daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2024, u l-Istati Membri qed iħejju t-tnedija tal-Kartieri tal-Identità Diġitali tal-UE.

          5. Iċ-ċibersigurtà

          Fl-10 ta’ Novembru 2022, b’rispons għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà introduċew politika tal-UE dwar iċ-ċiberdifiża u pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari 2.0 bil-għan li: