| Matul in-nofs seklu ta’ kostruzzjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet u l-politika ta’ l-Unjoni saru labirint kumplikat fejn ftit huma c-cittadini li jirnexxielhom isibu triqthom. Minn Frar 2002 sa Lulju ta’ 2003, Konvenzjoni maghmula minn 207 membru, bdiet hidma biex tissimplifika l-kostruzzjoni ta' l-Unjoni u taghmilha aktar trasparenti - imma fuq kollox biexi tkun tista tagixxi b’mod effettiv b'madwar tletin Stat Membru. Dan irrizulta f'abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali, azzjoni tassew rifondatrici ta’ l-Unjoni, fejn il-Parlament Ewropew ta kontribuzzjoni siewja hafna.
"L-Ewropa avvanzat 'l quddiem pass b'pass u minn Ttrattat ghal iehor (…) Il-mekkanizmi ta’ decizjoni kienu saru tant ikkumplikati li kienu saru difficli ferm sabiex jigu mifhuma mill-opinjoni pubblika. In-negozjati ta' l-ahhar Ttrattati, sa minn Maastricht, kienu difficli u ma lahqux l-ghanijiet orignarji taghhom (…) In-nuqqasijiet affetwa l-istruttura attwali ta’ l-Ewropa. U din is-sitwazzjoni ser tmur ghall-aghar meta ser ikun hemm it-tkabbir ta’ l-Ewropa. Ghalhekk kien jehtieg li tinsab soluzzjoni, kemm fl-interess ta’ l-Ewropa kif ukoll fl-interess dinji". Dawn kienu l-isfidi li l-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa kellha tiffaccja, skond li qal il-president taghha, Valéry Giscard d’Estaing, waqt is-sessjoni tal-ftuh tat-28 ta’ Frar 2002.
Il-Mandat ta’ Laeken
Sena wara Nizza (ara n-nota precedenti taghna), il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern iltaqghu f'Laeken, f’Dicembru ta’ 2001, u addotaw il-mandat tal-Konvenzjoni dwar il-gejjieni ta’ l-Ewropa. Skond huma, "Ic-cittadin Ewropew spiss ghandu l-impressjoni li l-Unjoni Ewropea mhux dejjem tirrispondi ghall-bzonnijiet mitluba. Anzi il-kontra - xi kultant huwa jkollu l-impressjoni li l-Unjoni tindahal wisq f’certu oqsma fejn mhux dejjem ikun hemm il-bzonn taghha." Ghalhekk wahda mill-isfidi tal-Konvenzjoni hija dik li jkun hemm definizzjoni aktar cara tal-kompetenzi rispettivi ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri, kif ukoll id-delimitazzjoni tal-kompetenzi ta' bejniethom. Dan kellu jsir b'rispett tal-principju tas-"sussidjarjetà" - principju li jghid li d-decizjonijiet jittiehdu fuq il-livell l-aktar adegwat u l-aktar effikaci – l-Ewropa, l-Istati jew r-regjunijiet – skond xi jkunu l-ghanijiet.
Ghal skopijiet ta' kjarifikazzjoni, il-Konvenzjoni giet imsejha sabiex l-istrumenti ta’ azzjoni ta’ l-Unjoni jigu ssimplifakati. Mid-direttivi, li huma ligijiet Ewropej, sa l-avvizi jew ir-rakkomandazzjonijiet, wiehed jista’ jsib madwar ghoxrin strument legislattiv jew regolatorju li difficilment jinftehmu minn dawk li ma ghandhomx esperjenza f’dan il-qasam. Il-Konvenzjoni nghatat ukoll ir-responsabbiltà li tohloq Unjoni aktar trasparenti, aktar demokratika u aktar efficjenti, u dan partikolarment bi proceduri ta’ decizjoni ssimplifikati u involviment aktar mill-vicin tal-parlamenti nazzjonali fl-affarijiet Ewropej.
Dokument uniku, car u fil-qosor
L-Unjoni qatt qabel ma kienet ghamlet xoghol daqshekk ambizzjuz ta’ riforma interna bhal dan li ghadu kif issemma’. Kif kienet ser twettqu? Ghall-Parlament Ewropew, il-metodu ta' konferenza intergovernattiva, jigifieri n-negozjati diplomatici fil-maghluq, ma kienux xierqa ghal dan il-ghan. Min-naha taghhom, id-deputati pproponew li tissejjah "Konvenzjoni", fuq l-istil ta’ dik il-Konvenzjoni fl-2000, li kienet ipproduciet b'success l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. F'Ottubru tas-sena 2000, qabel il-falliment tat-Trattat ta’ Nizza, il-Parlament Ewropew kien irrakkomanda konvenzjoni u li t-Trattati jigu organizzati f'Kostituzzjoni; jigifieri f’"dokument uniku, car u fil-qosor". F’rapport addottat f’Novembru tas-sena 2001, ftit granet biss qabel is-Summit ta’ Laeken, id-deputati insistew ghall-holqien ta’ Konvenzjoni "li jkollha ghamla li tkun tirrifletti l-pluralizmu politiku Ewropew" u li tkun tista’ "tirrapprezenta innovazzjoni indispensabbli ghas-success tar-riforma demokratika ta’ l-Unjoni".
Il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern qablu lkoll ma’ din il-fehma, konxji mill-fatt li progett ta’ riforma daqshekk fundamentali kellu jkun ibbazat fuq dibattitu pubbliku estensiv, b'deputati mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali. U ghall-ewwel darba, fid-dikjarazzjoni ta’ Laeken ntuzat il-kelma "Kostituzzjoni".
Il-"Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa" fethet nhar it-28 ta’ Frar 2002. Kienet maghmula minn rapprezentant minn kull Stat Membru (15) u minn kull pajjiz kandidat (13), minn zewg deputati parlamentari nazzjonali minn kull pajjiz membru u pajjiz kandidat (56), minn zewg rapprezentanti tal-Kummissjoni Ewropea u minn 16 il-deputat mill-Parlament Ewropew. Dawn il-membri kellhom numru ugwali ta' sostituti, li fir-realtà ippartecipaw huma wkoll b’mod attiv ghas-sessjonijiet plenarji u fl-elaborazzjoni ta’ l-abbozz tad-dokument il-gdid. Jigifieri kien hemm 204 membru tal-Konvenzjoni, mmexxija minn Valéry Giscard d’Estaing u zewg vici presidenti, it-Taljan Guiliano Amato u l-Belgjan Jean-Luc Dehaene (it-tnejn ex-Prim Ministri). Ma’ dawn il-207 membru tal-Konvenzjoni nghaqdu wkoll 13-il osservatur mill-Kumitat tar-Regjuni, mill-Kumitat Ekonomiku u Socjali, l-imsiehba socjali kif ukoll l-Ombudsman Ewropew. Twaqqaf forum tac-cittadini sabiex id-dibattitu jinkludi is-socjetà civili u saret sessjoni plenjarji ghall-Forum tac-Citadin u ohra ghall-Forum taz-Zghazagh.
Minn Marzu tas-sena 2002 sa Lulju tas-sena 2003, nzammu 25 sessjoni plenarja u zewg sessjonijiet ohra, meghjuna minn mijiet ta' kontribuzzjonijiet bil-miktub, mix-xoghol ta’ 11–il grupp ta’ hidma dwar temi partikolari (bhal politika esterna, difiza, politika socjali, ecc) u minn 3 "gruppi ta’ diskussjoni". Qatt qabel l-Unjoni ma kienet iddedikat ruhha ghal ezercizzju daqshekk mifrux ta’ riflessjoni kollettiva li jinvolvi kemm id-deputati Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali, rapprezentanti ta’ l-Istati Membri u ta’ l-Istati kandidati, personalitajiet politici u rapprezentanti tas-socjetà civili.
Il-Parlament Ewropew jospita l-Konvenzjoni u jheggeg ghanijiet ambizzjuzi
Dawn is-sessjonijiet plenarji kollha saru fil-Parlament Ewropew, fi Brussel, li kellu l-infrastruttura u l-facilitajiet necessarji ghall-interpretazzjoni sabiex seta’ jsehh forum ta’ dan id-daqs. Il-Parlament mhux biss offra lill-mistiedna kollha l-facilitajiet necessarji ghall-hidma izda fl-opinjoni ta’ bosta osservaturi il-Parlament kellu r-rwol ewlieni ta' katalizzatur biex jintlahaq konsensus.
Id-delegazzjoni tal-PE kienet immexxija minn Íñigo Méndez De Vigo (EPP-ED, E) li digà kellu dan ir-rwol fl-ewwel Konvenzjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali. Klaus Hänsch (PES, D), l-ex president tal-PE, u Andrew Duff (ELDR, UK) kienu l-vici presidenti. Peress li kienu mdorrija ghal dawn it-temi u proceduri, id-deputati Ewropej kienu fasslu diversi proposti, li imbaghad gew mghoddija mis-Sur Méndez De Vigo u s-Sur Hänsch lill-Praesidium, l-korp li kien risponsabbli mit-thejjija tas-sessjonijiet plenarji tal-Konvenzjoni. Is-Sur Méndez De Vigo, mghijun minn Elmar Brok (EPP-ED, D) u s-Sur Hänsch rrapprezentaw il-PE fil-laqghat ministerjali tal-Konferenza Intergovernattiva li kompliet wara l-Konvenzjoni waqt li l-president tal-PE, Pat Cox, ippartecipa fid-dibattiti fil-livell tal-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern.
Minbarra l-laqghat preparatorji regolari taghha, id-delegazzjoni tal-PE kellha wkoll l-appogg ta’ l-Assemblea u l-Kumittat ghal Affarijiet Kostituzzjonali taghha, li adottaw bosta rapporti ta' relevanza diretta ghax-xoghlijiet tal-Konvenzjoni u li kienu jikostitwixxu kontribuzzjonijiet essenzjali. Dawn ir-rapporti kienu jittrattaw d-delimitazzjoni tal-kompetenza bejn l-UE u l-Istati Membri, t-tipologija ta’ l-atti u l-gerarkija tal-legislazzjoni ta’ l-UE, l-impatt tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-UE u l-istatus futur taghha, u r-rwol tal-awtoritajiet regjonali u lokali fil-kostruzzjoni Ewropea. Qabel il-Konvenzjoni, xi rapporti ohra tal-PE kienu digà ppreparaw id-dibattiti li kellhom isiru billi studjaw per ezempju r-riforma tal-Kunsill u l-personalità guridika ta’ l-UE.
Matul il-Konvenzjoni, xi delegati tal-gvernijiet zammew lura milli jaqblu fuq certi punti, hekk kif kienu jaghmlu, bla dubju, f'Konferenza Intergovernattiva klassika. Min-naha l-ohra l-koperazzjoni li zviluppat bejn il-parlamentari nazzjonali u dawk Ewropej ghenet fit-tfittxija ghall-konsensus, xi drabi permezz ta’ xi koncessjonijiet reciproki imma t-tnejn flimkien dejjem fittxew li jilhqu ghanijiet ambizzjuzi.
|