Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Inħarsu lura:
qabel u wara Nizza
Il-Konvenzjoni
Is-Sistema istituzzjonali
L-oqsma tal-politika
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Konvenzjoni sabiex issir reviżjoni ta' l-Unjoni Ewropea

Matul in-nofs seklu ta’ kostruzzjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet u l-politika ta’ l-Unjoni saru labirint kumplikat fejn ftit huma ċ-ċittadini li jirnexxielhom isibu triqthom. Minn Frar 2002 sa Lulju ta’ 2003, Konvenzjoni magħmula minn 207 membru, bdiet ħidma biex tissimplifika l-kostruzzjoni ta' l-Unjoni u tagħmilha aktar trasparenti - imma fuq kollox biexi tkun tista taġixxi b’mod effettiv b'madwar tletin Stat Membru. Dan irriżulta f'abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali, azzjoni tassew rifondatriċi ta’ l-Unjoni, fejn il-Parlament Ewropew ta kontribuzzjoni siewja ħafna.

"L-Ewropa avvanzat 'l quddiem pass b'pass u minn Ttrattat għal ieħor (…) Il-mekkaniżmi ta’ deċiżjoni kienu saru tant ikkumplikati li kienu saru diffiċli ferm sabiex jiġu mifhuma mill-opinjoni pubblika. In-negozjati ta' l-aħħar Ttrattati, sa minn Maastricht, kienu diffiċli u ma laħqux l-għanijiet orignarji tagħhom (…) In-nuqqasijiet affetwa l-istruttura attwali ta’ l-Ewropa. U din is-sitwazzjoni ser tmur għall-agħar meta ser ikun hemm it-tkabbir ta’ l-Ewropa. Għalhekk kien jeħtieġ li tinsab soluzzjoni, kemm fl-interess ta’ l-Ewropa kif ukoll fl-interess dinji". Dawn kienu l-isfidi li l-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa kellha tiffaċċja, skond li qal il-president tagħha, Valéry Giscard d’Estaing, waqt is-sessjoni tal-ftuħ tat-28 ta’ Frar 2002.

Il-Mandat ta’ Laeken

Sena wara Nizza (ara n-nota preċedenti tagħna), il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern iltaqgħu f'Laeken, f’Diċembru ta’ 2001, u addotaw il-mandat tal-Konvenzjoni dwar il-ġejjieni ta’ l-Ewropa. Skond huma, "Iċ-ċittadin Ewropew spiss għandu l-impressjoni li l-Unjoni Ewropea mhux dejjem tirrispondi għall-bżonnijiet mitluba. Anzi il-kontra - xi kultant huwa jkollu l-impressjoni li l-Unjoni tindaħal wisq f’ċertu oqsma fejn mhux dejjem ikun hemm il-bżonn tagħha." Għalhekk waħda mill-isfidi tal-Konvenzjoni hija dik li jkun hemm definizzjoni aktar ċara tal-kompetenzi rispettivi ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri, kif ukoll id-delimitazzjoni tal-kompetenzi ta' bejniethom. Dan kellu jsir b'rispett tal-prinċipju tas-"sussidjarjetà" - prinċipju li jgħid li d-deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-livell l-aktar adegwat u l-aktar effikaċi – l-Ewropa, l-Istati jew r-reġjunijiet – skond xi jkunu l-għanijiet.

Għal skopijiet ta' kjarifikazzjoni, il-Konvenzjoni ġiet imsejħa sabiex l-istrumenti ta’ azzjoni ta’ l-Unjoni jiġu ssimplifakati. Mid-direttivi, li huma liġijiet Ewropej, sa l-avviżi jew ir-rakkomandazzjonijiet, wieħed jista’ jsib madwar għoxrin strument leġislattiv jew regolatorju li diffiċilment jinftehmu minn dawk li ma għandhomx esperjenza f’dan il-qasam. Il-Konvenzjoni ngħatat ukoll ir-responsabbiltà li toħloq Unjoni aktar trasparenti, aktar demokratika u aktar effiċjenti, u dan partikolarment bi proċeduri ta’ deċiżjoni ssimplifikati u involviment aktar mill-viċin tal-parlamenti nazzjonali fl-affarijiet Ewropej.

Dokument uniku, ċar u fil-qosor

L-Unjoni qatt qabel ma kienet għamlet xogħol daqshekk ambizzjuż ta’ riforma interna bħal dan li għadu kif issemma’. Kif kienet ser twettqu? Għall-Parlament Ewropew, il-metodu ta' konferenza intergovernattiva, jiġifieri n-negozjati diplomatiċi fil-magħluq, ma kienux xierqa għal dan il-għan. Min-naħa tagħhom, id-deputati pproponew li tissejjaħ "Konvenzjoni", fuq l-istil ta’ dik il-Konvenzjoni fl-2000, li kienet ipproduċiet b'suċċess l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. F'Ottubru tas-sena 2000, qabel il-falliment tat-Trattat ta’ Nizza, il-Parlament Ewropew kien irrakkomanda konvenzjoni u li t-Trattati jiġu organizzati f'Kostituzzjoni; jiġifieri f’"dokument uniku, ċar u fil-qosor". F’rapport addottat f’Novembru tas-sena 2001, ftit ġranet biss qabel is-Summit ta’ Laeken, id-deputati insistew għall-ħolqien ta’ Konvenzjoni "li jkollha għamla li tkun tirrifletti l-pluraliżmu politiku Ewropew" u li tkun tista’ "tirrappreżenta innovazzjoni indispensabbli għas-suċċess tar-riforma demokratika ta’ l-Unjoni".

Il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern qablu lkoll ma’ din il-fehma, konxji mill-fatt li proġett ta’ riforma daqshekk fundamentali kellu jkun ibbażat fuq dibattitu pubbliku estensiv, b'deputati mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali. U għall-ewwel darba, fid-dikjarazzjoni ta’ Laeken ntużat il-kelma "Kostituzzjoni".

Il-"Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa" fetħet nhar it-28 ta’ Frar 2002. Kienet magħmula minn rappreżentant minn kull Stat Membru (15) u minn kull pajjiż kandidat (13), minn żewġ deputati parlamentari nazzjonali minn kull pajjiż membru u pajjiż kandidat (56), minn żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u minn 16 il-deputat mill-Parlament Ewropew. Dawn il-membri kellhom numru ugwali ta' sostituti, li fir-realtà ipparteċipaw huma wkoll b’mod attiv għas-sessjonijiet plenarji u fl-elaborazzjoni ta’ l-abbozz tad-dokument il-ġdid. Jiġifieri kien hemm 204 membru tal-Konvenzjoni, mmexxija minn Valéry Giscard d’Estaing u żewġ viċi presidenti, it-Taljan Guiliano Amato u l-Belġjan Jean-Luc Dehaene (it-tnejn ex-Prim Ministri). Ma’ dawn il-207 membru tal-Konvenzjoni ngħaqdu wkoll 13-il osservatur mill-Kumitat tar-Reġjuni, mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, l-imsieħba soċjali kif ukoll l-Ombudsman Ewropew. Twaqqaf forum taċ-ċittadini sabiex id-dibattitu jinkludi is-soċjetà ċivili u saret sessjoni plenjarji għall-Forum taċ-Ċitadin u oħra għall-Forum taż-Żgħażagħ.

Minn Marzu tas-sena 2002 sa Lulju tas-sena 2003, nżammu 25 sessjoni plenarja u żewġ sessjonijiet oħra, megħjuna minn mijiet ta' kontribuzzjonijiet bil-miktub, mix-xogħol ta’ 11–il grupp ta’ ħidma dwar temi partikolari (bhal politika esterna, difiża, politika soċjali, eċċ) u minn 3 "gruppi ta’ diskussjoni". Qatt qabel l-Unjoni ma kienet iddedikat ruħha għal eżerċizzju daqshekk mifrux ta’ riflessjoni kollettiva li jinvolvi kemm id-deputati Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali, rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ta’ l-Istati kandidati, personalitajiet politiċi u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Il-Parlament Ewropew jospita l-Konvenzjoni u jħeġġeg għanijiet ambizzjużi

Dawn is-sessjonijiet plenarji kollha saru fil-Parlament Ewropew, fi Brussel, li kellu l-infrastruttura u l-faċilitajiet neċessarji għall-interpretazzjoni sabiex seta’ jseħħ forum ta’ dan id-daqs. Il-Parlament mhux biss offra lill-mistiedna kollha l-faċilitajiet neċessarji għall-ħidma iżda fl-opinjoni ta’ bosta osservaturi il-Parlament kellu r-rwol ewlieni ta' katalizzatur biex jintlaħaq konsensus.

Id-delegazzjoni tal-PE kienet immexxija minn Íñigo Méndez De Vigo (EPP-ED, E) li diġà kellu dan ir-rwol fl-ewwel Konvenzjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali. Klaus Hänsch (PES, D), l-ex president tal-PE, u Andrew Duff (ELDR, UK) kienu l-viċi presidenti. Peress li kienu mdorrija għal dawn it-temi u proċeduri, id-deputati Ewropej kienu fasslu diversi proposti, li imbagħad ġew mgħoddija mis-Sur Méndez De Vigo u s-Sur Hänsch lill-Praesidium, l-korp li kien risponsabbli mit-tħejjija tas-sessjonijiet plenarji tal-Konvenzjoni.
Is-Sur Méndez De Vigo, mgħijun minn Elmar Brok (EPP-ED, D) u s-Sur Hänsch rrappreżentaw il-PE fil-laqgħat ministerjali tal-Konferenza Intergovernattiva li kompliet wara l-Konvenzjoni waqt li l-president tal-PE, Pat Cox, ipparteċipa fid-dibattiti fil-livell tal-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern.

Minbarra l-laqgħat preparatorji regolari tagħha, id-delegazzjoni tal-PE kellha wkoll l-appoġġ ta’ l-Assemblea u l-Kumittat għal Affarijiet Kostituzzjonali tagħha, li adottaw bosta rapporti ta' relevanza diretta għax-xogħlijiet tal-Konvenzjoni u li kienu jikostitwixxu kontribuzzjonijiet essenzjali. Dawn ir-rapporti kienu jittrattaw d-delimitazzjoni tal-kompetenza bejn l-UE u l-Istati Membri, t-tipoloġija ta’ l-atti u l-ġerarkija tal-leġislazzjoni ta’ l-UE, l-impatt tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-UE u l-istatus futur tagħha, u r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-kostruzzjoni Ewropea. Qabel il-Konvenzjoni, xi rapporti oħra tal-PE kienu diġà ppreparaw id-dibattiti li kellhom isiru billi studjaw per eżempju r-riforma tal-Kunsill u l-personalità ġuridika ta’ l-UE.

Matul il-Konvenzjoni, xi delegati tal-gvernijiet żammew lura milli jaqblu fuq ċerti punti, hekk kif kienu jagħmlu, bla dubju, f'Konferenza Intergovernattiva klassika. Min-naħa l-oħra l-koperazzjoni li żviluppat bejn il-parlamentari nazzjonali u dawk Ewropej għenet fit-tfittxija għall-konsensus, xi drabi permezz ta’ xi konċessjonijiet reċiproki imma t-tnejn flimkien dejjem fittxew li jilħqu għanijiet ambizzjuzi.



  
Rapporteurs:
  
Kostituzzjonalizmu tat-Trattati: Olivier Duhamel (PES, F)
Riforma tal-Kunsill: Jacques F. Poos (PES, L)
Trattat ta’ Nizza dwar il-Futur ta’ l-Ewropa: Jo Leinen (PES, D)
Trattat ta’ Nizza dwar il-Futur ta’ l-Ewropa: Íñigo Méndez De Vigo (EPP-ED, E)
Delimitazzjoni tal-kompetenza fi hdan l-UE u l-Istati Membri: Alain Lamassoure (EPP-ED, F)
Impatt tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta’ l-UE u l-istatut futur taghha: Andrew Nicholas Duff (ELDR, UK)
Tipologija ta’ l-atti u tal-gerarkija tan-normi ta’ l-UE: Jean-Louis Bourlanges (EPP-ED, F)
Rwol tal-awtorittajiet regjonali u lokali fil-kostruzzjoni Ewropea: Giorgio Napolitano (PES, I)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
Kostituzzjonalizmu tat-Trattati – test adottat mill-Parlament
Riforma tal-Kunsill - test adottat mill-Parlament
Trattat ta’ Nizza dwar il-Futur ta’ l-Ewropa - test adottat mill-Parlament
Delimitazzjoni tal-kompetenzi fi hdan l-UE u l-Istati Membri
Impatt tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta’ l-UE u l-istatut futur taghha - test adottat mill-Parlament
Tipologija ta’ l-atti u tal-gerarkija tan-normi ta’ l-UE - test adottat mill-Parlament
Rwol tal-awtoritajiet regjonali u lokali fil-kostruzzjoni Ewropea - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004