Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Inħarsu lura:
qabel u wara Nizza
Il-Konvenzjoni
Is-Sistema istituzzjonali
L-oqsma tal-politika
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Riforma fl-Unjoni sabiex jirnexxi t-tkabbir

Il-Parlament Ewropew qiegħed jispiċċa din il-leġislatura kif bdieha fl-1999: bit-tama – u l-eżiġenza – ta’ riforma radikali ta’ l-Unjoni. It-Trattat ta’ Amsterdam ġie fis-seħħ ftit qabel l-aħħar elezzjonijiet, mbagħad it-Trattat ta’ Nizza ma risultax f-riforma adekwata għat-tkabbir. Illum, abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali elaborat skond il-metodu ssuġġerit mill-Parlament jinsab fuq il-mejda u jinkludi ħafna mill-proposti tad-deputati. Imma biex wasalna hawn, kienu neċessarji ħames snin ta’ perseveranza biex jingħelbu n-nuqqasijiet tat-Trattati ta’ Amsterdam u ta’ Nizza.

“It-tkabbir għandu jkun l-okkażjoni u l-lieva ta’ riforma radikali ta’ l-Unjoni Ewropea u d-dewmien ta' riforma globali għal wara t-tkabbir ma jistax ma jkunx aktar diffiċli u inċerta.” Hekk kienu esprimew ruħhom id-deputati li kienu għadhom kif ġew eletti f’risoluzzjoni ta’ Novembru 1999.

It-Trattat ta’ Amsterdam kien ħalla sospiżi r-riformi istituzzjonali li huma indispensabbli sabiex Unjoni b’25 jew 30 Stat Membru tkun tista’ tevita l-paraliżi. Għad-deputati, kien ilu li wasal iż-żmien li l-istituzzjonijiet isiru aktar effiċjenti, aktar trasparenti u aktar demokratiċi. Kien wasal ukoll iż-żmien li jiġu abbandunati t-trattattivi u r-ripetizzjonijiet ta' trattattivi diplomatiċi fil-magħluq u li jiġu assoċjati fid-diskussjonijiet il-Parlament Ewropew, il-Parlamenti Nazzjonali ta’ l-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, kif ukoll is-soċjetà ċivili. Kien wasal iż-żmien li t-testi, li għal kważi nofs seklu kienu bnew l-Unjoni f'struttura ġuridika li ma tinftehimx, jsiru aktar loġiċi.

Pass pass, minn Komunità għall-Unjoni

L-Ewropa ġiet mibnija trattat wara l-ieħor, bi progress tajjeb fis-settur ekonomiku iżda bil-mod fis-settur politiku u dak istituzzjonali. It-Trattat ta’ Pariġi, li fl-1951 stabbilixxa l-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar (ECSC) istitwixxa poter supranazzjonali f’żewġ setturi kruċjali għall-ekonomija Ewropea ta’ wara l-gwerra. Ir-regoli kienu ċari u s-setturi ta’ azzjoni ġew definiti. Min-naħa l-oħra fil-kamp politiku, tlett snin wara diġà kien hemm il-falliment tal-Komunità Ewropea tad-Difiża; bla dubju ta’ xejn kien kmieni wisq biex affarijiet daqshekk sensittivi jiġu mmexxija b’mod komuni. L-Ewropa nbniet l-ewwel u qabel kollox fuq bażi ekonomika.
Fl-1957, il-proġett ekonomiku ġie ntrodott mill-ġdid permezz tat-Trattat ta’ Ruma. Din id-darba l-ideja kienet li jiġi maħluq suq komuni permezz ta’ tneħħija progressiva ta’ l-ostakoli kummerċjali u li tinbeda politika komuni f'oqsma ġodda: wara l-faħam u l-azzar, kien imisshom il-kompetizzjoni, l-agrikoltura u t-trasport. L-ewwel snin kienu suċċess evidenti, sakemm imbagħad daħlet id-diffidenza f’nofs is-snin 60, fuq il-politika ta' l-agrikoltura li rrisulta f'wieħed mill-ostakoli maġġuri għall-effiċjenza deċiżjonali: il-qbil unanimu ta' l-Istati Membri. Minħabba hekk l'entużjazmu inizjali ma tantx dam.
L-integrazzjoni Ewropea reġgħet ġiet attivata bit-Trattat ta' l-1986, imsejjaħ l-"Att Uniku". Fis-suq komuni kien fadal ħafna ostakoli tekniċi għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni. Dan it-Trattat ġdid kellu bħala għan prinċipali li jegħlibhom u li jerġa jintroduċi r-regola tal-maġġoranza u li jagħti rwol verament leġislattiv lill-Parlament għall-kwistjonijiet kollha marbutin mal-għan il-ġdid: is-suq komuni, li kellu jitlesta sa l-aħħar ta' l-1992. Fl-istess żmien, kienet qed titwieled politika komuni f'oqsma ġodda: politika reġjonali, riċerka, ambjent, kooperazzjoni ekonomika u monetarja.

Sa hemmhekk, l-Ewropa kienet iffukat l-aktar biex tirranġa l-funzjoni interna tagħha. Iżda t-tibdil drastiku fl-ambjent internazzjonali ta' madwar l-Unjoni biddel radikalment is-sitwazzjoni; ir-rijunifikazzjoni tal-Ġermanja, fl-1990, id-diżintegrazzjoni tal-“blokk tal-Lvant” u r-ritorn għad-demokrazija ta’ bosta pajjiżi ġirien. Fl-1991, l-Istati Membri nnegozzjaw trattat ġdid b’żewġ għanijiet: li jiġu msaħħa l-vantaġġi ekonomiċi u li l-Komunità tagħti lilha nnifisha eżistenza vera fix-xena politika internazzjonali. Ir-riżultat kien struttura legali u istituzzjonali kumplessa u instabbli: it-Trattat ta’ Maastricht li ġie konkluż fl-istess mument tad-dizintegrazzjoni ta’ l-Unjoni Sovjetika.
It-Trattat ta’ Maastricht ippjana sew l-istadji li kellhom iwasslu għall-munita unika u introduċa politika komuni f'oqsma ġodda: industrija, networks transewropej, protezzjoni tal-konsumatur, saħħa u edukazzjoni. Huwa l-“pilastru” komunitarju, li jikkonserva l-bażi politika u istituzzjonali tiegħu, bi rwol ċentrali għall-Kummissjoni u għall-Parlament li jikkonferma l-poter tiegħu bħala ko-leġislatur f’ċerti oqsma mal-Kunsill. Imma twaqqfu żewġ “pilastri” oħra, fuq il-bażi ta' kooperazzjoni intergovernattiva sempliċi; il-politika barranija u l-affarijiet interni u tal-ġustizzja, żewġ setturi li magħhom il-Parlament Ewropew kien bilkemm assoċjat u fejn il-maġġoranza tad-deċiżjonijiet kienu suġġetti għall-qbil unanimu. Taħt isem ġdid “Unjoni Ewropea” u f’kuntest istituzzjonali komuni bdew jeżistu ammont kbir ta’ proċeduri u regoli differenti.

It-Trattat ta' Amsterdam - Suċċess parzjali

L-iżbilanċ u l-kumplessità tas-sistema kienu tant ovvji li l-Kapijiet ta' l-Istati jew Gvern għamlu mpenn ġdid sa minn Maastricht sabiex jippruvaw jirraġunaw l-affarijiet u jiżguraw li l-Unjoni taħdem b-aktar effiċjenza. Dan irrisulta fit-Trattat ta’ Amsterdam fl-1997 u li daħal fis-seħħ fl-ewwel ta’ Mejju 1999. Iżda, t-Trattat ta' Amsterdam kien biss suċċess parzjali. Huwa ssimplifika l-proċess ta' kodeċiżjoni u estendih f'20 settur ġdid, u b'hekk saħħaħ ftit aktar id-demokrazija parlamentari ta’ l-Unjoni. Fit-Trattat giet ukoll integrata l-politka ta' koperazzjoni tal-pulizija u tal-fruntieri li kienu saru barra mill-qafas ta' l-Unjoni (Schengen). Żied dimensjoni soċjali għall-Unjoni b’kapitlu fuq l-impjiegi, inkorpora l-prinċipju tas-sussidjarjetà u ħoloq Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija.

Iżda Amsterdam kien ukoll nofs falliment. Kif l-Unjoni kienet għadha kif integra tlett Stati Membri ġodda (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja) u kienet qiegħda tħejji sabiex tintegra oħrajn, il-gvernijiet ma setgħux jaqblu fuq il-kapitlu istituzzjonali. In-nuqqas ta’ bilanċ u l-kumplessità li ntirtu minn Maastricht baqgħu u ġabu l-biża’ ta’ paraliżi għall-Unjoni akbar.

Għanijiet aktar ambizzjużi

Mill-bidu tal-leġislatura, il-Parlament, li kien diġà għamel abbozz ta’Trattat Kostituzzjonali 15-il sena qabel (il-proġett Spinelli), rrakkomanda s-simplifikazzjoni tat-Trattati f’test kostituzzjonali. Id-deputati sostnew li biex Unjoni akbar tkun tista' tkomplitaħdem kien hemm bżonn li jitnaqqsu l-possibilitajiet ta’ mblukkar tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill, li l-voti b'maġġoranza kellhom ikunu r-regola u li l-kodeċizjoni leġislattiva bejn il-Parlament u l-Kunsill kellha tiġi applikata fil-parti l-kbira tal-oqsma. Id-deputati nsistew ukoll fuq politika verament komuni fis-setturi tas-sigurtà u tad-difiża u sinerġija akbar bejn il-politika ekonomika ewropej u dik soċjali.

Konxji minn nuqqasijiet ta’ Amsterdam, il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern, waqt il-Kunsill Ewropew ta’ Ħelsinki, f’Diċembru 1999, ikkonvokaw konferenza intergovernattiva ġdida. Iżda din il-“KIG” kellha mandat limitat li kien jikkonsisti biss f'negozjati li kien fadal minn Amsterdam - jiġifieri r-riforma tas-sistema ta’ deċiżjoni u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament b’ħarsa lejn it-tkabbir.

Minn naħa l-oħra, l-Parlament kellu għanijiet aktar ambizzjużi. Dawn ġew immniżżlin f’rapport importanti li kien adottat f’April 2000. Id-deputati ssuġġeriew li t-Trattati ta’ qabel kollha kellhom jiġu miktubin mill-ġdid f’test wieħed, bl-ewwel parti kostituzzjonali tinkludi l-għanijiet ta’ l-Unjoni, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-istituzzjonijiet, it-tqassim tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif ukoll il-proċeduri ta' deċisjoni.

Il-Parlament xtaq li l-istruttura tal-"kolonni" li ntwirtet minn Maastricht tkun abolita u minfloka tidħol b'mod ġenerali s-sistema komunitarja. Huwa ppropona wkoll li tinbidel is-sistema kumplessa tat-użin tal-voti fil-Kunsill b'maġġoranza doppja, li tagħmel il-proċess ferm aktar ċar: deċiżjoni tiġi approvata meta tikseb l-appoġġ tal-maġġoranza ta’ l-Istati Membri li jirrappreżentaw għallanqas il-maġġoranza tal-poplu ta’ l-Unjoni. Id-deputati rrakkommandaw ukoll il-fużjoni tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Barranin, u dan għandu sservi fi ħdan il-Kummissjoni bħala Viċi President. Fis-settur tal-baġit, id-deputati rakkomandaw it-tneħħija tad-distinzjoni bejn spejjeż obbligatorji u dawk mhux obbligatorji, kif ukoll jidħal fit-Trattat l-perspettiva finanzjarja pluriannwali, li l-ammont tagħha jkun stabbilit bi qbil konġunt bejn il-Kunsill u l-Parlament. Dawn il-proposti tal-Parlament spiċċaw fit-Trattat ta' l-Unjoni, iżda mhux f’Nizza.

Il-Konvenzjoni

Fl-aħħar ta’ trattattiva maratona bejn il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern, il-Kunsill Ewropew ta’ Nizza pproduċiex biss trattat żgħir. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ġiet sempliċement annessa mat-Trattat, mingħajr saħħa ta’ rbit. Is-sistema tal-vot b’maġġoranza bl-użin tal-voti ma kienitx abolita imma sempliċement ikkalkulata mill-ġdid sabiex tagħti aktar piż lill-Istati l-kbar li jaċċettaw li ma jkollhomx ħlief Kummissarju wieħed. Minflok iffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjoni, Nizza għamlitha aktar diffiċli. Il-bqija ta' l-affarijiet kellhom jistennew għal aktar tard.

Id-deputati Ewropej kienu ddiżappuntati. Tabilħaqq, jammettu li “it-Trattat ta’ Nizza kien l-aħħar ostaklu formali għat-tkabbir” imma “Unjoni ta’ 27 Stat Membru jew aktar għandha bżonn riformi li jidħlu aktar fil-fond.” Il-Parlament ma kienx kuntent bir-risultat ta' Nizza għax l-Unjoni ma rebħet xejn fejn tidħol il-ħila ta’ azzjoni jew fit-tnaqqis tad-defiċit demokratiku tagħha. Għall-Parlament, “it-Trattat ta’ Nizza jimmarka t-tmiem ta’ ċirku li kien inbeda f’Maastricht" u jitlob il-ftuħ ta’ proċess kostituzzjonali fejn l-għan finali għandu jkun l-adozzjoni ta’ Kostituzzjoni Ewropea".

Bla ebda dubju, l-element l-aktar mportanti li ħareġ minn Nizza ma kienx it-Trattat. Kien pjuttost id-dimostrazzjoni li l-metodu ta' trattativa intergovernattiva u anke l-annessi ma kienux aktar effettivi: id-dikjarazzjoni 23, fuq il-futur ta’ l-Unjoni, li tipproponi riforma aktar fil-fond u b'metodu ta' negozjar ieħor kif wkoll l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li l-Konvenzjoni fl-2003 ntegrat bħala element importanti fl-abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali. Dan l-abbozz llum qiegħed fuq il-mejda u jinkorpora l-parti l-kbira tar-rikjesti espressi mill-Parlament mir-rebbiegħa ta’ l-2000 'il quddiem.



  
Rapporteurs:
  
>  Riforma tat-Trattati u tal-Konferenza Intergovernattiva fl-2000: Giorgos Dimitrakopoulos (EPP-ED, GR)
>  Riforma tat-Trattati u tal-Konferenza Intergovernattiva fl-2000: Jo Leinen (PES, D)
>  Konferenza Intergovernattiva: revizjoni tat-Trattati, interessi finanzjarji u Prosekutur Ewropew: Giorgos Dimitrakopoulos (EPP-ED, GR)
>  Konferenza Intergovernattiva: revizjoni tat-Trattati, interessi finanzjarji u Prosekutur Ewropew: Jo Leinen (PES, D)
>  Kostituzzjonalizzazzjoni tat-Trattati: Olivier Duhamel (PES, F)
>  Trattat ta’ Nizza u l-futur ta’ l-Unjoni: Íñigo Méndez De Vigo (EPP-ED, E)
>  Trattat ta’ Nizza u l-futur ta’ l-Unjoni: António José Seguro (PES, P) – li ma ghadux membru tal-Parlament Ewropew
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
>  Riforma tat-Trattati u tal-Konferenza Intergovernattiva fl-2000- test adottat mill-Parlament
>  Konferenza Intergovernattiva: revizjoni tat-Trattati, interessi finanzjarji u Prosekutur Ewropew - test adottat mill-Parlament
>  Kostituzzjonalizzazzjoni tat-Trattati - test adottat mill-Parlament
>  Trattat ta’ Nizza u l-futur ta’ l-Unjoni - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004