Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Inħarsu lura:
qabel u wara Nizza
Il-Konvenzjoni
Is-Sistema istituzzjonali
L-oqsma tal-politika
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Min jagħmel xiex? Distribuzzjoni tal-kompetenza b’mod aktar ċar

L-Unjoni, hija kif jgħidu xi wħud, superstate anonimu u mbiegħed, u li għandu l-poter li jmexxi politika minflok l-Istati Membri? Le. L-Unjoni tmexxi dik l-politika li l-Istati jiddeċiedu flimkien u teżerċita l-poter li l-Istati jiddelegawlha. Il-Konvenzjoni dwar il-futur ta’ l-Ewropa ftit li xejn ipproponiet politika komuni ġdida, imma ċċarat id-distribuzzjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati. Hija tassoċja aktar mill-qrib lil-parlamenti nazzjonali mas-sorverljanza u l-kontroll tal-prinċipju tas-"sussidjarjetà".

Iis-"sussidjarjetà" ilha tagħmel parti mill-vokabularju Ewropew mit-trattat ta’ Maastricht. Minkejja li dan it-trattat jistipula li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mill-aktar qrib possibli taċ-ċittadini, l-biża ta’ superstate baqgħet preżenti f’ċerti pajjiżi u formazzjonijiet politiċi. Iċ-ċaħda tat-trattat waqt ir-referendum Daniż ta' Ġunju 1992, u b'mod partilolari l-inkwiet tal-Ġermaniżi tal-Lander, ġiegħlu lill-mexxejja Ewropej jiddefinixxu aħjar il-prinċipju tas-"sussidjarjetà".
Dan il-prinċipju jikkonsisti fl-identifikazzjoni tal-livell fejn għandhom jittieħdu interventi u deċiżjonijiet biex jassiguraw l-azzjoni l-aktar effikaċi għal kull miżura li tittieħed. Dan kien ikkodifikat fil-protokoll anness mat-trattat ta’ Amsterdam fl-1997. L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jirrinforza dan il-principju billi jinkorporah formalment, bħala regola tad-deheb, fl-artikolu 9. L-ewwelnett, dan jgħid li "skond il-prinċipju ta’ l-attribuzzjoni, l-Unjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenza li l-Istati Membri attribwew lilha fil-Kostituzzjoni". L-artikolu mbagħad ikompli jgħid li "skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, fl-oqsma li ma jaqawx taħt il-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni tintervjeni biss, jekk u meta l-għanijiet ta’ l-azzjoni kkunsidrata ma jistgħux jiġu milħuqa b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, tant fuq livell ċentrali kif ukoll fuq livell reġjonali jew lokali, iżda jistgħu jiġu milħuqa aħjar, minħabba id-dimensjonijiet u l-effetti ta’ l-azzjoni kkunsidrata, fuq il-livell ta’ l-Unjoni."

Barra minnhekk, l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jintroduċi wkoll mekkaniżmu ta’ alert bikri li jassoċja l-parlamenti nazzjonali ma dan il-prinċipju. Kull proġett leġislattiv Ewropew irid jiġi kkomunikat lilhom mingħajr dewmien u jrid jiġi akkumpanjat b’argument dwar il-validità tiegħu. Jekk parlament nazzjonali jagħmel oġġezzjoni, l-istituzzjonijiet Ewropej ikollhom jiġġustifikaw aktar l-azzjoni kkunsidrata. Jekk terz tal-parlamenti jikkontestaw din il-miżura - it-terz huwa kkalkulat fuq basi ta' vot għal kull Kamra ta’ sistema bikamerali u żewġ voti għall-Assembli tas-sistema monokamerali - l-istituzzjonijiet Ewropej, inklużi l-Istati Membri miġbura f’Kunsill, jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu l-proposta jew saħansitra li jirrinunzjawha.

Mill-banda l-oħra, l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jintroduċi l-possibilità ta’ "inizjattiva liċ-ċittadin". Jekk miljun Ewropew, "minn numru sinnifikanti ta’ Stati Membri", jikkunsidraw li hemm bżonn għall-leġislazzjoni Ewropea, huma jistgħu jieħdu l-inizjattiva u jitolbu lill-Kumissjoni Ewropea biex tressaq proposta.

Tlett kategoriji ta’ kompetenza

L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jelenka tlett kategoriji ta’ kompetenza li jiċċaraw ir-regoli ta' l-Unjoni: dawn huma il-kompetenza esklussiva ta’ l-Unjoni, il-kompetenza mqassma bejn l-Unjoni u l-Istati, u l-azzjonijiet ta’ għajnuna.

L-oqsma ta’ kompetenza esklussiva ta’ l-Unjoni huma l-unjoni doganali, r-regoli tal- konkorrenza meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern, il-politika monetarja għaż-żona tal-ewro, l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u tal-politika kummerċjali komuni li tinkludi s-servizzi u l-proprjetà intelletwali.

L-oqsma ta' kompetenza mqassma huma s-suq intern, uħud mill-aspetti tal-politika soċjali, l-għaqda ekonomika, soċjali u territorjali, l-agrikoltura u s-sajd, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-trasport, in-networks transewropej, l-enerġija, ż-zona ta' libertà, ta' sigurt u ta' ġustizzja, u s-sigurtà komuni fil-qasam tas-saħħa pubblika. L-Unjoni tistà timplimenta wkoll programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku, politika ta’ l-ispazju, ta’ politika umanitarja u programmi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp, basta ma jxekklux lill-Istati Membri milli jmexxu l-politika tagħhom f'dawn l-oqsma. L-Unjoni tiddefenixxi l-orjentament ġenerali tal-politika ekonomika u l-linji ta’ gwida tal-politika tax-xogħol, u l-Istati Membri jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f’dan il-qafas. Fl-aħħar, il-Kostituzzjoni tagħti kompetenza ġenerali lill-Unjoni fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà, u tistipula li l-politika individwali ta’ l-Istati Membri f’dawn l-oqsma ma jistgħux imorru kontra l-interessi ta’ l-Unjoni.

L-oqsma l-oħra kollha tal-politika jibqgħu fil-ġurisdrizzjoni ta’ l-Istati u tal-kostitwenti tagħhom. Minkejja dan, l-Unjoni tista tmexxi azzjonijiet ta’ għajnuna għall-politika nazzjonali għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa umana, l-industrija, l-kultura, l-edukazzjoni, ż-żgħażagħ, l-isport, il-formazzjoni professjonali, il-protezzjoni ċivili u l-kooperazzjoni amministrattiva.

Qafas flessibli

Jekk ikun approvat mill-Istati Membri, dan l-abbozz għandu jħalli marka fl-istorja ta’ l-Unjoni għal għexiren ta’ snin. Għalhekk, l-awturi tal-abbozz ħasbu għall-klawsola ta’ flessibilità biex ikunu jistgħu jmexxu xi azzjonijiet li jistgħu jintlaħqu fuq livell tal-Unjoni, mingħajr il-ħtieġa li ssir reviżjoni tal-Kostituzzjoni. Ir-rikors għal din il-klawsola ma jistax isir ħlief, fuq deċizjoni unanima ta’ l-Istati Membri u bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Fl-aħħar, fl-oqsma fejn l-Unjoni ma tiddisponix minn kompetenza esklussiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwaqqfu "kooperazzjoni rinfurzata", jiġifieri li grupp żgħir ta' Membri Stati (ta' l-inqas terz minnhom) jmexxu politika komuni speċifika. Għal dan ikun jinħtieġ deċiżjoni b’maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, u trid tkun segwita bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Xi politika ġdida

Ix-xogħol tal-Konvenzjoni kellu bħala għan, iktar milli jiddefenixxi l-politika ġdida komuni, li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politika eżistenti. Għalhekk, hija tipproponi b’mod partikolari li tirdoppja n-numru ta’ l-oqsma fejn għandha tapplika deċiżjoni konġuta, jiġifieri fejn il-Kunsill jiddeċiedi bil-maġġoranza, u jaġixxi bħala ko-leġislatur mal-Parlament (ara n-nota tagħna "Is-Sistema Istituzzjonali"). Minkejja kollox, l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali joħloq bażi ġdida ġuridika biex tkun tista tiġi stabbilita politika komuni fil-qasam ta’ l-ispazju, ta’ l-isports, tal-protezzjoni ċivili f'kas ta' diżastri naturali jew ta’ oriġini umana, u tal-kooperazzjoni amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-liġijiet Ewropej.

Parti III tal-Kostituzzjoni, hija ddedikata għal oqsma speċifiċi tal-politika, u tibda b'dispożizjonijiet ta’ applikazzjoni ġenerali li jridu jiggwidaw il-politika Ewropea: il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-protezzjoni ta’ l-ambjent u tal-konsumatur. Bl-istess mod, l-għanijiet ta’ l-Unjoni, imniżżla fil-bidu tat-test kostituzzjonali, jridu jispiraw l-oqsma kollha tal-politika. Dawn huma l-iżvilupp sostennibbli, l-iżvilupp ekonomiku ekwilibrat, l-ekonomija soċjali tas-suq, kompetittiva u li hija mmirata għall-"impiegi għal kullħadd" u għall-progress soċjali, anki jekk il-kapitolu dwar ix-xogħol, jitkellim biss dwar "livell ta’ impjieg għoli" - nuqqas ta’ koerenza li l-Parlament Ewropew ma setax ma jilmentax dwaru.

Dwar il-politika barranija komuni, barra l-ħolqien ta’ "Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni", se tkun msaħħa bil-klawsola ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri f’każ ta’ attakk terroristiku jew ta’ diżastri naturali. Il-missjonijiet hekk imsejjħa ta’ "Petersberg" se jiżdiedu. Mal-ħidma għaż-żamma tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti se jiżdiedu l-missjonijiet ta’ diżarm u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Se tiġi maħluqa aġenzija Ewropea ta’ l-armamenti u l-Istati Membri li jixitiequ jikkontribwixxu għall-ftehim aktar strett fil-qasam tad-difiża komuni jikkommetu rwieħhom li jiddefendu lil xulxin f’każ ta’ agressjoni. L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jipprevedi wkoll il-ħolqien ta’ korp volontarju ta’ għajnuna umanitarja.

Fil-qasam taż-żona ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja, il-politika ta’ eżilju kif ukoll il-politika ta’ immigrazzjoni huma meqjusin bħala politika komuni. It-test jipprevedi li jitqarrbu l-leġislazzjonijiet penali speċjalment dawk li jittrattaw il-ġlieda kontra l-kriminalità li tinvolvi aktar minn stat wieħed u li tinfetaħ it-triq - kif jixtieq il-Parlament - għall-ħolqien ta’ Prosekutur Ewropew, imma din id-deċiżjoni trid tiġi sottomessa għal deċizjoni unanima ta’ l-Istati Membri.



 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004