| Il-Parlament Ewropew addotta l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali bi ftit iktar minn maggoranza ta' zewg terzi. Il-Membri tal-PE, bhall-membri tal-parlamenti nazzjonali, taw kontribuzzjoni deciziva ghar-rizultat tal-Konvenzjoni u ma riedu bl-ebda mod ipoggu fid-dubbju il-konsensus li kisbu. F'din in-nota ser nghatu harsa kif ser jinbidlu l-istituzjonijiet Ewropej
F'Settembu ta' l-2003, il-Parlament addotta l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea imhejji mill-Konvenzjoni ghall-Futur ta' l-Ewropa bi 335 vot favur, 106 kontra u 53 astensjoni, "avolja ma ntlaqghux it-talbiet kollha tal-Parlament dwar id-demokrazija, it-trasparenza u l-efficjenza fl-Unjoni Ewropea". Il-Membri tal-PE rragunaw li "jekk jergghu jinfethu l-kompromessi mportanti milhuqa fil-Konvenzjoni … jigi mhedded il-progress li sar mill-Konvenzjoni fit-twaqqif mill-gdid ta' l-Unjoni".
Il-Membri tal-PE spjegaw kif il-metodu li sahqu ghalih - Konvenzjoni li tiddibatti pubblikament - kien wera ruhu hafna iktar effettiv mill-konferenzi intergovernattivi li kienu nnegozjaw b'tant diffikoltà fil-maghluq r-riformi li saru qabel, u li rrizultaw fit-Trattati ta' Amsterdam u Nizza, li kienu kemmxejn dizappuntanti.
(Biex jifhem ahjar il-mod ta' kif jahdmu l-istituzzjonijiet bhalissa - u b'hekk biex biex tifhem ahjar l-innovazzjoniet it-tibdil propost f'l-abbozz tal-Kostituzzjoni, wiehed jista jara wkoll in-noti dwar l-istituzzjonijiet l-ohra ta' l-UE.)
Zewg presidenti eletti u Ministru ta' l-affarijiet barranin
L-abbozz tal-Kostituzzjoni tistabbilixxi li l-President tal-Kummissjoni jigi elett mill-Parlament Ewropew fuq proposta tal-Kunsill Ewropew li ghandha tikkunsidra wkoll ir-rizultat ta' l-elezzjonijiet Ewropej. Mill-2009, ikunu kemm ikunu l-Istati Membri, il-Kummissjoni ghandha tkun maghmula mill-President taghha, Ministru ta' l-affarijiet barranin bil-grad ta' Vici President, 13-il Kummissarju u Kummissarji ohra minghajr id-dritt ghall-vot, kollha mahtura fuq bazi ta' rotazzjoni ugwali bejn l-Istati Membri. Ir-rwol politiku tal-President tal-Kummissjoni issa gie msahhah wkoll bl-awtorità ghat-tqassim tal-portafolli, il-hatra tal-Kummissarji u t-talba ghar-rizenja individwali ta' kull wiehed minnhom. Mill-bqija, ir-rwol centrali istituzzjonali tal-Kummissjoni ma nbidilx.
Ghall-Membri tal-PE, l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni mill-Parlament hija "pass importanti lejn sistema ahjar ta' demokrazija parlamentari fuq livell Ewropew". Izda kienu mhassba dwar l-elezzjoni ta' President permanenti tal-Kunsill Ewropew. Il-presidenza li tinbidel fuq bazi ta' rotazzjoni kull sitt xhur kellha tigi sostitwita minn President stabbli, elett minn maggoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill Ewropew, ghal perjodu ta' sentejn u nofs li jista' jiggedded. Skond l-opinjoni tal-Parlament, il-President il-gdid ghandu jkollu biss l-funzjoni li jippresiedi l-Kunsill Ewropew, sabiex jigu evitati kunflitti mal-President tal-Kummissjoni jew il-futur Ministru ta' l-affarijiet barranin.
It-Trattat ta' Amsterdam digà pprova jaghti wicc dehra aktar umana lill-politika barranija u ta' sigurtà komuni bil-holqien ta' Rapprezentant Gholi fil-Kunsill, kariga li s'issa kienet okkupata minn Javier Solana. Imma il-koezistenza ta' din il-funzjoni l-gdida mal-Kummissarju ghar-Relazzjonijiet Esterni ma kinitx wahda konklussiva. Fil-futur il-Ministru ta' l-affarijiet barranin jigi dejjem mahtur mill-Kunsill Ewropew, izda bl-approvazzjoni tal-President tal-Kummissjoni, u l-Ministru jkun ukoll wiehed mill-Vici-Presidenti tal-Kummissjoni. B'dan il-mod, hu/hi jkun iktar responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew, bhal kull Kummissarju jrid ikun approvat mill-Membri tal-PE, u tezisti wkoll il-possibbiltà ta' mozzjoni ta' censura.
Dan il-"Ministru-Kummissarju" jkun responsabbli mill-politika barranija ta' l-UE fl-intier taghha u jippresiedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin li minn dak iz-zmien ikun separat mill-Kunsill ghall-Affarijiet Generali. Il-Parlament jittama li dan il-ministru jaghti aktar vizibbilità lill-politika barranija ta' l-UE. Izda biex ikun hemm konsistenza mar-responsabbiltajiet l-ohra tal-Kummissjoni (ghajnuna ghall-izvilupp, politika kummercjali, ecc.), il-Membri tal-PE jishqu li l-ministru ghandu jkun sostnut minn amministrazzjoni kongunta fil-Kummissjoni.
Unjoni iktar trasparenti u iktar effettiva
L-estensjoni tal-votazzjoni b'maggoranza kwalifikata fil-Kunsill (u l-kodecizjoni mal-Parlament) kienet essenzjali sabiex tigi ppreservata l-kapacità ta' decizjoni ta' l-UE wara t-tkabbir b'25 jew iktar membri. It-trasparenza ghandha wkoll tigi msahha meta s-sistema komplessa tal-pezatura tal-voti bejn l-Istati Membri tigi abbandunata u ccedi postha ghall-principju ta' maggoranza doppja li l-Konvenzjoni qed tipproponi li tiddefinixxi bhala nofs l-Istati Membri, li jirrapprezenta tlieta minn hamsa tal-popolazzjoni.
Izda ghall-Membri tal-PE, il-progress li sar fil-Konvenzjoni ghandu jigi konsolidat billi fil-futur jitwessa' dejjem aktar il-qasam ta' l-applikazzjoni tal-votazzjoni b'maggoranza kwalifikata jew jiddahhlu, fejn ghadha tezisti r-regola ta' l-unanimità, regoli tranzitorji dwar maggoranzi "super-kwalifikati". Barra minn hekk, il-Membri tal-PE huma ferhanin li xi aspetti ta' kooperazzjoni guridika fuq affarijiet kriminali issa huma suggetti ghal votazzjoni b'maggoranza kwalifikata. Bl-istess mod, fil-qasam tal-politika barranija, meta l-Ministru ta' l-affarijiet barranin jaghmel proposta bl-appogg tal-Kummissjoni, m'hemmx iktar bzonn li d-decizjoni tkun unanima izda tista' tkun b'zewg terzi ta' l-Istati Membri li jirraprezentaw tlieta fuq hamsa tal-popolazzjoni.
F'dawk l-oqsma li jiqbghu suggetti ghall-unanimità, se jkun hemm "pont", l'hekk imsejha "passerelle". Din tippermetti lill-Istati Membri biex jiddeciedu unanimament li juzaw is-sistema ta' maggoranza kwalifikata. Din il-procedura tista' tidher teorika, imma ghandha l-vantagg li tippermetti s-sistema tevolvi fil-futur minghajr il-bzonn ta' tibdil kbir kostituzzjonali. B'dispjacir kbir tal-Parlament, bdil ta' dan it-tip jibqa' suggett ghall-unanimità ta' l-Istati Membri.
Il-Parlament kien jippreferi wkoll li fost il-Kunsilli differenti, kien ikun hemm "Kunsill Legizlattiv" specifiku li jiltaqa' dejjem pubblikament fir-rwol tieghu ta' ko-legizlatur. Il-Konvenzjoni ma setghetx tilhaq konsensus fuq dan il-punt. Il-Kunsill ghall-Affarijiet Generali, li fost affarijiet ohra jipprepara ix-xoghol tal-Kunsill Ewropew, se jkun ukoll il-Kunsill Legizlattiv u fil-funzjoni legizlattiva tieghu, jkun miftuh ghall-pubbliku.
Iktar poteri ghall-parlamenti
Matul il-Konvenzjoni, il-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali irnexxielhom jistabbilixxu djalogu li jhalli rizultati siewja. Il-konsensus finali intlahaq grazzi ghall-impenn taghhom kollha, b'mod partikolari biex jaghmlu l-istituzzjonijiet Ewropej izjed demokratici. L-abbozz tal-Kostituzzjoni izid il-poteri tal-parlamenti nazzjonali fuq il-kontroll tas-sussidjarjetà (ara n-nota taghna dwar dwar oqsma tal-politika).
Il-poteri tal-Parlament Ewropew ukoll zdiedu b'diversi modi: bhal per ezempju l-Parlament ser jeleggi l-President tal-Kummissjoni, japprova l-politika komuni kummercjali (li minn issa 'l quddiem se tigi suggetta ghall-kodecizjoni), japprova kull kaz ta' kooperazzjoni aktar mill-vicin, ecc.
Izda hija fuq kollox l-estensjoni ppjanata tal-kodecizjoni li se taghti responsabbiltajiet legizlattivi godda lill-Parlament. Il-kodecizjoni issa se tkun il-procedura legizlattiva normali fuq il-livell Ewropew (ara n-nota taghna dwar il-kodecizjoni). Il-Parlament u l-Kunsill se jkunu fuq l-istess livell bhala legizlaturi kongunti fi kwazi 80 qasam ta' azzjoni Ewropea, li jinkludu wkoll xi aspetti tal-politika agrarja komuni, meta mqabbla ma xi 40 qasam kif hemm bhalissa. Ghall-Parlament, dan huwa "pass essenzjali biex tizdied il-legittimità demokratika ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni".
F'dak li ghandu x'jaqsam mal-bagit ukoll, l-abbozz ta' trattat Kostituzzjonali rega' biddel ir-responsabilitajiet bejn lill-Kunsill u l-Parlament, u, ghall-Parlament, dan huwa vantagg . Il-limitu tar-rizorsi proprji se jigi stabbilit minn ligi Ewropea addottata unanimament mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament u ghandu jigi ratifikat mill-Istati Membri skond ir-regoli kostituzzjonali taghhom. Izda l-arrangamenti specifici sabiex jigu determinati dawn ir-rizorsi se jigu stabbiliti minn maggoranza kwalifikata wara l-approvazzjoni tal-Parlament.
Ghall-qafas finanzjarju multiannwali (il-perspettivi finanzjarji kurrenti), l-unanimità se tibqa' mehtiega sabiex jigi stabbilit l-ewwel qafas wara li tidhol fis-sehh il-Kostituzzjoni. Wara dan tibda' tintuza il-maggoranza kwalifikata wara l-approvazzjoni tal-Parlament. Fl-ahhar, f'dak li ghandu x'jaqsam mal-budget annwali, s'issa l-Parlament kellu l-ahhar kelma fuq l-infiq hekk imsejjah "mhux obbligatorju" biss. Id-distinzjoni bejn obbligatorju u mhux obbligatorju se tigi abolita, kif xtaqu l-MPE. Il-Parlament u l-Kunsill se jkollhom ifittxu li jilhqu ftehim globali imma fil-kaz ta' nuqqas ta' ftehim, l-ahhar kelma fuq l-infiq globali tmiss lill-Parlament.
|