Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Inħarsu lura:
qabel u wara Nizza
Il-Konvenzjoni
Is-Sistema istituzzjonali
L-oqsma tal-politika
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Shaping the new Europe
> The Charter of Fundamental Rights
> EPP-ED Group


Kif ser jinbidlu l'istitutzzjonijiet Ewropej

Il-Parlament Ewropew addotta l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali bi ftit iktar minn maġġoranza ta' żewg terzi. Il-Membri tal-PE, bħall-membri tal-parlamenti nazzjonali, taw kontribuzzjoni deċiżiva għar-riżultat tal-Konvenzjoni u ma riedu bl-ebda mod ipoġġu fid-dubbju il-konsensus li kisbu. F'din in-nota ser ngħatu ħarsa kif ser jinbidlu l-istituzjonijiet Ewropej

F'Settembu ta' l-2003, il-Parlament addotta l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea imħejji mill-Konvenzjoni għall-Futur ta' l-Ewropa bi 335 vot favur, 106 kontra u 53 astensjoni, "avolja ma ntlaqgħux it-talbiet kollha tal-Parlament dwar id-demokrazija, it-trasparenza u l-effiċjenza fl-Unjoni Ewropea". Il-Membri tal-PE rraġunaw li "jekk jerġgħu jinfetħu l-kompromessi mportanti milħuqa fil-Konvenzjoni … jiġi mhedded il-progress li sar mill-Konvenzjoni fit-twaqqif mill-ġdid ta' l-Unjoni".

Il-Membri tal-PE spjegaw kif il-metodu li saħqu għalih - Konvenzjoni li tiddibatti pubblikament - kien wera ruħu ħafna iktar effettiv mill-konferenzi intergovernattivi li kienu nnegozjaw b'tant diffikoltà fil-magħluq r-riformi li saru qabel, u li rriżultaw fit-Trattati ta' Amsterdam u Nizza, li kienu kemmxejn diżappuntanti.

(Biex jifhem aħjar il-mod ta' kif jaħdmu l-istituzzjonijiet bħalissa - u b'hekk biex biex tifhem aħjar l-innovazzjoniet it-tibdil propost f'l-abbozz tal-Kostituzzjoni, wieħed jista jara wkoll in-noti dwar l-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-UE.)

Żewġ presidenti eletti u Ministru ta' l-affarijiet barranin

L-abbozz tal-Kostituzzjoni tistabbilixxi li l-President tal-Kummissjoni jiġi elett mill-Parlament Ewropew fuq proposta tal-Kunsill Ewropew li għandha tikkunsidra wkoll ir-riżultat ta' l-elezzjonijiet Ewropej. Mill-2009, ikunu kemm ikunu l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun magħmula mill-President tagħha, Ministru ta' l-affarijiet barranin bil-grad ta' Viċi President, 13-il Kummissarju u Kummissarji oħra mingħajr id-dritt għall-vot, kollha maħtura fuq bażi ta' rotazzjoni ugwali bejn l-Istati Membri. Ir-rwol politiku tal-President tal-Kummissjoni issa ġie msaħħaħ wkoll bl-awtorità għat-tqassim tal-portafolli, il-ħatra tal-Kummissarji u t-talba għar-riżenja individwali ta' kull wieħed minnhom. Mill-bqija, ir-rwol ċentrali istituzzjonali tal-Kummissjoni ma nbidilx.

Għall-Membri tal-PE, l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni mill-Parlament hija "pass importanti lejn sistema aħjar ta' demokrazija parlamentari fuq livell Ewropew". Iżda kienu mħassba dwar l-elezzjoni ta' President permanenti tal-Kunsill Ewropew. Il-presidenza li tinbidel fuq bażi ta' rotazzjoni kull sitt xhur kellha tiġi sostitwita minn President stabbli, elett minn maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill Ewropew, għal perjodu ta' sentejn u nofs li jista' jiġġedded. Skond l-opinjoni tal-Parlament, il-President il-ġdid għandu jkollu biss l-funzjoni li jippresiedi l-Kunsill Ewropew, sabiex jiġu evitati kunflitti mal-President tal-Kummissjoni jew il-futur Ministru ta' l-affarijiet barranin.

It-Trattat ta' Amsterdam digà pprova jagħti wiċċ dehra aktar umana lill-politika barranija u ta' sigurtà komuni bil-ħolqien ta' Rappreżentant Għoli fil-Kunsill, kariga li s'issa kienet okkupata minn Javier Solana. Imma il-koeżistenza ta' din il-funzjoni l-ġdida mal-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni ma kinitx waħda konklussiva. Fil-futur il-Ministru ta' l-affarijiet barranin jiġi dejjem maħtur mill-Kunsill Ewropew, iżda bl-approvazzjoni tal-President tal-Kummissjoni, u l-Ministru jkun ukoll wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Kummissjoni. B'dan il-mod, hu/hi jkun iktar responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew, bħal kull Kummissarju jrid ikun approvat mill-Membri tal-PE, u teżisti wkoll il-possibbiltà ta' mozzjoni ta' ċensura.

Dan il-"Ministru-Kummissarju" jkun responsabbli mill-politika barranija ta' l-UE fl-intier tagħha u jippresiedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin li minn dak iż-żmien ikun separat mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali. Il-Parlament jittama li dan il-ministru jagħti aktar viżibbilità lill-politika barranija ta' l-UE. Iżda biex ikun hemm konsistenza mar-responsabbiltajiet l-oħra tal-Kummissjoni (għajnuna għall-iżvilupp, politika kummerċjali, eċċ.), il-Membri tal-PE jisħqu li l-ministru għandu jkun sostnut minn amministrazzjoni konġunta fil-Kummissjoni.

Unjoni iktar trasparenti u iktar effettiva

L-estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill (u l-kodeċiżjoni mal-Parlament) kienet essenzjali sabiex tiġi ppreservata l-kapaċità ta' deċiżjoni ta' l-UE wara t-tkabbir b'25 jew iktar membri. It-trasparenza għandha wkoll tiġi msaħħa meta s-sistema komplessa tal-peżatura tal-voti bejn l-Istati Membri tiġi abbandunata u ċċedi postha għall-prinċipju ta' maġġoranza doppja li l-Konvenzjoni qed tipproponi li tiddefinixxi bħala nofs l-Istati Membri, li jirrappreżenta tlieta minn ħamsa tal-popolazzjoni.

Iżda għall-Membri tal-PE, il-progress li sar fil-Konvenzjoni għandu jiġi konsolidat billi fil-futur jitwessa' dejjem aktar il-qasam ta' l-applikazzjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata jew jiddaħħlu, fejn għadha teżisti r-regola ta' l-unanimità, regoli tranżitorji dwar maġġoranzi "super-kwalifikati". Barra minn hekk, il-Membri tal-PE huma ferħanin li xi aspetti ta' kooperazzjoni ġuridika fuq affarijiet kriminali issa huma suġġetti għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata. Bl-istess mod, fil-qasam tal-politika barranija, meta l-Ministru ta' l-affarijiet barranin jagħmel proposta bl-appoġġ tal-Kummissjoni, m'hemmx iktar bżonn li d-deċiżjoni tkun unanima iżda tista' tkun b'żewġ terzi ta' l-Istati Membri li jirrapreżentaw tlieta fuq ħamsa tal-popolazzjoni.

F'dawk l-oqsma li jiqbgħu suġġetti għall-unanimità, se jkun hemm "pont", l'hekk imsejħa "passerelle". Din tippermetti lill-Istati Membri biex jiddeċiedu unanimament li jużaw is-sistema ta' maġġoranza kwalifikata. Din il-proċedura tista' tidher teorika, imma għandha l-vantaġġ li tippermetti s-sistema tevolvi fil-futur mingħajr il-bżonn ta' tibdil kbir kostituzzjonali. B'dispjaċir kbir tal-Parlament, bdil ta' dan it-tip jibqa' suġġett għall-unanimità ta' l-Istati Membri.

Il-Parlament kien jippreferi wkoll li fost il-Kunsilli differenti, kien ikun hemm "Kunsill Leġiżlattiv" speċifiku li jiltaqa' dejjem pubblikament fir-rwol tiegħu ta' ko-leġiżlatur. Il-Konvenzjoni ma setgħetx tilħaq konsensus fuq dan il-punt. Il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali, li fost affarijiet oħra jipprepara ix-xogħol tal-Kunsill Ewropew, se jkun ukoll il-Kunsill Leġiżlattiv u fil-funzjoni leġiżlattiva tiegħu, jkun miftuħ ghall-pubbliku.

Iktar poteri għall-parlamenti

Matul il-Konvenzjoni, il-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali irnexxielhom jistabbilixxu djalogu li jħalli riżultati siewja. Il-konsensus finali intlaħaq grazzi għall-impenn tagħhom kollha, b'mod partikolari biex jagħmlu l-istituzzjonijiet Ewropej iżjed demokratiċi. L-abbozz tal-Kostituzzjoni iżid il-poteri tal-parlamenti nazzjonali fuq il-kontroll tas-sussidjarjetà (ara n-nota tagħna dwar dwar oqsma tal-politika).

Il-poteri tal-Parlament Ewropew ukoll żdiedu b'diversi modi: bħal per eżempju l-Parlament ser jeleġġi l-President tal-Kummissjoni, japprova l-politika komuni kummerċjali (li minn issa 'l quddiem se tiġi suġġetta għall-kodeċiżjoni), japprova kull każ ta' kooperazzjoni aktar mill-viċin, eċċ.

Iżda hija fuq kollox l-estensjoni ppjanata tal-kodeċiżjoni li se tagħti responsabbiltajiet leġiżlattivi ġodda lill-Parlament. Il-kodeċiżjoni issa se tkun il-proċedura leġiżlattiva normali fuq il-livell Ewropew (ara n-nota tagħna dwar il-kodeċiżjoni). Il-Parlament u l-Kunsill se jkunu fuq l-istess livell bħala leġiżlaturi konġunti fi kważi 80 qasam ta' azzjoni Ewropea, li jinkludu wkoll xi aspetti tal-politika agrarja komuni, meta mqabbla ma xi 40 qasam kif hemm bħalissa. Għall-Parlament, dan huwa "pass essenzjali biex tiżdied il-leġittimità demokratika ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni".

F'dak li għandu x'jaqsam mal-baġit ukoll, l-abbozz ta' trattat Kostituzzjonali reġa' biddel ir-responsabilitajiet bejn lill-Kunsill u l-Parlament, u, għall-Parlament, dan huwa vantaġġ . Il-limitu tar-riżorsi proprji se jiġi stabbilit minn liġi Ewropea addottata unanimament mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament u għandu jiġi ratifikat mill-Istati Membri skond ir-regoli kostituzzjonali tagħhom. Iżda l-arranġamenti speċifiċi sabiex jiġu determinati dawn ir-riżorsi se jiġu stabbiliti minn maġġoranza kwalifikata wara l-approvazzjoni tal-Parlament.

Għall-qafas finanzjarju multiannwali (il-perspettivi finanzjarji kurrenti), l-unanimità se tibqa' meħtieġa sabiex jiġi stabbilit l-ewwel qafas wara li tidħol fis-seħħ il-Kostituzzjoni. Wara dan tibda' tintuża il-maġġoranza kwalifikata wara l-approvazzjoni tal-Parlament. Fl-aħħar, f'dak li għandu x'jaqsam mal-budget annwali, s'issa l-Parlament kellu l-aħħar kelma fuq l-infiq hekk imsejjaħ "mhux obbligatorju" biss. Id-distinzjoni bejn obbligatorju u mhux obbligatorju se tiġi abolita, kif xtaqu l-MPE. Il-Parlament u l-Kunsill se jkollhom ifittxu li jilħqu ftehim globali imma fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim, l-aħhar kelma fuq l-infiq globali tmiss lill-Parlament.



  
Rapporteurs:
  
>  Abbozz ta' Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea: José María Gil-Robles Gil-Delgado (EPP-ED, E)
>  Abbozz ta' Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea: Dimitris Tsatsos (PES, GR)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali
  
>  Abbozz ta' Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea - test addottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004