| L-Unjoni, hija kif jghidu xi whud, superstate anonimu u mbieghed, u li ghandu l-poter li jmexxi politika minflok l-Istati Membri? Le. L-Unjoni tmexxi dik l-politika li l-Istati jiddeciedu flimkien u tezercita l-poter li l-Istati jiddelegawlha. Il-Konvenzjoni dwar il-futur ta’ l-Ewropa ftit li xejn ipproponiet politika komuni gdida, imma ccarat id-distribuzzjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati. Hija tassocja aktar mill-qrib lil-parlamenti nazzjonali mas-sorverljanza u l-kontroll tal-principju tas-"sussidjarjetà".
Iis-"sussidjarjetà" ilha taghmel parti mill-vokabularju Ewropew mit-trattat ta’ Maastricht. Minkejja li dan it-trattat jistipula li d-decizjonijiet ghandhom jittiehdu mill-aktar qrib possibli tac-cittadini, l-biza ta’ superstate baqghet prezenti f’certi pajjizi u formazzjonijiet politici. Ic-cahda tat-trattat waqt ir-referendum Daniz ta' Gunju 1992, u b'mod partilolari l-inkwiet tal-Germanizi tal-Lander, gieghlu lill-mexxejja Ewropej jiddefinixxu ahjar il-principju tas-"sussidjarjetà". Dan il-principju jikkonsisti fl-identifikazzjoni tal-livell fejn ghandhom jittiehdu interventi u decizjonijiet biex jassiguraw l-azzjoni l-aktar effikaci ghal kull mizura li tittiehed. Dan kien ikkodifikat fil-protokoll anness mat-trattat ta’ Amsterdam fl-1997. L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jirrinforza dan il-principju billi jinkorporah formalment, bhala regola tad-deheb, fl-artikolu 9. L-ewwelnett, dan jghid li "skond il-principju ta’ l-attribuzzjoni, l-Unjoni ghandha tagixxi fil-limiti tal-kompetenza li l-Istati Membri attribwew lilha fil-Kostituzzjoni". L-artikolu mbaghad ikompli jghid li "skond il-principju ta’ sussidjarjetà, fl-oqsma li ma jaqawx taht il-kompetenza esklussiva taghha, l-Unjoni tintervjeni biss, jekk u meta l-ghanijiet ta’ l-azzjoni kkunsidrata ma jistghux jigu milhuqa b’mod sodisfacenti mill-Istati Membri, tant fuq livell centrali kif ukoll fuq livell regjonali jew lokali, izda jistghu jigu milhuqa ahjar, minhabba id-dimensjonijiet u l-effetti ta’ l-azzjoni kkunsidrata, fuq il-livell ta’ l-Unjoni."
Barra minnhekk, l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jintroduci wkoll mekkanizmu ta’ alert bikri li jassocja l-parlamenti nazzjonali ma dan il-principju. Kull progett legislattiv Ewropew irid jigi kkomunikat lilhom minghajr dewmien u jrid jigi akkumpanjat b’argument dwar il-validità tieghu. Jekk parlament nazzjonali jaghmel oggezzjoni, l-istituzzjonijiet Ewropej ikollhom jiggustifikaw aktar l-azzjoni kkunsidrata. Jekk terz tal-parlamenti jikkontestaw din il-mizura - it-terz huwa kkalkulat fuq basi ta' vot ghal kull Kamra ta’ sistema bikamerali u zewg voti ghall-Assembli tas-sistema monokamerali - l-istituzzjonijiet Ewropej, inkluzi l-Istati Membri migbura f’Kunsill, jistghu jiddeciedu li jirrevedu l-proposta jew sahansitra li jirrinunzjawha.
Mill-banda l-ohra, l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jintroduci l-possibilità ta’ "inizjattiva lic-cittadin". Jekk miljun Ewropew, "minn numru sinnifikanti ta’ Stati Membri", jikkunsidraw li hemm bzonn ghall-legislazzjoni Ewropea, huma jistghu jiehdu l-inizjattiva u jitolbu lill-Kumissjoni Ewropea biex tressaq proposta.
Tlett kategoriji ta’ kompetenza
L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jelenka tlett kategoriji ta’ kompetenza li jiccaraw ir-regoli ta' l-Unjoni: dawn huma il-kompetenza esklussiva ta’ l-Unjoni, il-kompetenza mqassma bejn l-Unjoni u l-Istati, u l-azzjonijiet ta’ ghajnuna.
L-oqsma ta’ kompetenza esklussiva ta’ l-Unjoni huma l-unjoni doganali, r-regoli tal- konkorrenza mehtiega ghall-funzjonament tas-suq intern, il-politika monetarja ghaz-zona tal-ewro, l-konservazzjoni tar-rizorsi bijologici tal-bahar, u tal-politika kummercjali komuni li tinkludi s-servizzi u l-proprjetà intelletwali.
L-oqsma ta' kompetenza mqassma huma s-suq intern, uhud mill-aspetti tal-politika socjali, l-ghaqda ekonomika, socjali u territorjali, l-agrikoltura u s-sajd, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-trasport, in-networks transewropej, l-energija, z-zona ta' libertà, ta' sigurt u ta' gustizzja, u s-sigurtà komuni fil-qasam tas-sahha pubblika. L-Unjoni tistà timplimenta wkoll programmi ta’ ricerka, ta’ zvilupp teknologiku, politika ta’ l-ispazju, ta’ politika umanitarja u programmi ta’ koperazzjoni ghall-izvilupp, basta ma jxekklux lill-Istati Membri milli jmexxu l-politika taghhom f'dawn l-oqsma. L-Unjoni tiddefenixxi l-orjentament generali tal-politika ekonomika u l-linji ta’ gwida tal-politika tax-xoghol, u l-Istati Membri jikkoordinaw l-azzjoni taghhom f’dan il-qafas. Fl-ahhar, il-Kostituzzjoni taghti kompetenza generali lill-Unjoni fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà, u tistipula li l-politika individwali ta’ l-Istati Membri f’dawn l-oqsma ma jistghux imorru kontra l-interessi ta’ l-Unjoni.
L-oqsma l-ohra kollha tal-politika jibqghu fil-gurisdrizzjoni ta’ l-Istati u tal-kostitwenti taghhom. Minkejja dan, l-Unjoni tista tmexxi azzjonijiet ta’ ghajnuna ghall-politika nazzjonali ghal dak li jirrigwarda l-protezzjoni u t-titjib tas-sahha umana, l-industrija, l-kultura, l-edukazzjoni, z-zghazagh, l-isport, il-formazzjoni professjonali, il-protezzjoni civili u l-kooperazzjoni amministrattiva.
Qafas flessibli
Jekk ikun approvat mill-Istati Membri, dan l-abbozz ghandu jhalli marka fl-istorja ta’ l-Unjoni ghal ghexiren ta’ snin. Ghalhekk, l-awturi tal-abbozz hasbu ghall-klawsola ta’ flessibilità biex ikunu jistghu jmexxu xi azzjonijiet li jistghu jintlahqu fuq livell tal-Unjoni, minghajr il-htiega li ssir revizjoni tal-Kostituzzjoni. Ir-rikors ghal din il-klawsola ma jistax isir hlief, fuq decizjoni unanima ta’ l-Istati Membri u bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Fl-ahhar, fl-oqsma fejn l-Unjoni ma tiddisponix minn kompetenza esklussiva, l-Istati Membri jistghu jiddeciedu li jwaqqfu "kooperazzjoni rinfurzata", jigifieri li grupp zghir ta' Membri Stati (ta' l-inqas terz minnhom) jmexxu politika komuni specifika. Ghal dan ikun jinhtieg decizjoni b’maggoranza kkwalifikata fil-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, u trid tkun segwita bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Xi politika gdida
Ix-xoghol tal-Konvenzjoni kellu bhala ghan, iktar milli jiddefenixxi l-politika gdida komuni, li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politika ezistenti. Ghalhekk, hija tipproponi b’mod partikolari li tirdoppja n-numru ta’ l-oqsma fejn ghandha tapplika decizjoni konguta, jigifieri fejn il-Kunsill jiddeciedi bil-maggoranza, u jagixxi bhala ko-legislatur mal-Parlament (ara n-nota taghna "Is-Sistema Istituzzjonali"). Minkejja kollox, l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali johloq bazi gdida guridika biex tkun tista tigi stabbilita politika komuni fil-qasam ta’ l-ispazju, ta’ l-isports, tal-protezzjoni civili f'kas ta' dizastri naturali jew ta’ origini umana, u tal-kooperazzjoni amministrattiva ghall-implimentazzjoni tal-ligijiet Ewropej.
Parti III tal-Kostituzzjoni, hija ddedikata ghal oqsma specifici tal-politika, u tibda b'dispozizjonijiet ta’ applikazzjoni generali li jridu jiggwidaw il-politika Ewropea: il-glieda kontra d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel, u l-protezzjoni ta’ l-ambjent u tal-konsumatur. Bl-istess mod, l-ghanijiet ta’ l-Unjoni, imnizzla fil-bidu tat-test kostituzzjonali, jridu jispiraw l-oqsma kollha tal-politika. Dawn huma l-izvilupp sostennibbli, l-izvilupp ekonomiku ekwilibrat, l-ekonomija socjali tas-suq, kompetittiva u li hija mmirata ghall-"impiegi ghal kullhadd" u ghall-progress socjali, anki jekk il-kapitolu dwar ix-xoghol, jitkellim biss dwar "livell ta’ impjieg gholi" - nuqqas ta’ koerenza li l-Parlament Ewropew ma setax ma jilmentax dwaru.
Dwar il-politika barranija komuni, barra l-holqien ta’ "Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni", se tkun msahha bil-klawsola ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri f’kaz ta’ attakk terroristiku jew ta’ dizastri naturali. Il-missjonijiet hekk imsejjha ta’ "Petersberg" se jizdiedu. Mal-hidma ghaz-zamma tal-paci u l-prevenzjoni tal-kunflitti se jizdiedu l-missjonijiet ta’ dizarm u tal-glieda kontra t-terrorizmu. Se tigi mahluqa agenzija Ewropea ta’ l-armamenti u l-Istati Membri li jixitiequ jikkontribwixxu ghall-ftehim aktar strett fil-qasam tad-difiza komuni jikkommetu rwiehhom li jiddefendu lil xulxin f’kaz ta’ agressjoni. L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali jipprevedi wkoll il-holqien ta’ korp volontarju ta’ ghajnuna umanitarja.
Fil-qasam taz-zona ta' libertà, ta' sigurtà u ta' gustizzja, il-politika ta’ ezilju kif ukoll il-politika ta’ immigrazzjoni huma meqjusin bhala politika komuni. It-test jipprevedi li jitqarrbu l-legislazzjonijiet penali specjalment dawk li jittrattaw il-glieda kontra l-kriminalità li tinvolvi aktar minn stat wiehed u li tinfetah it-triq - kif jixtieq il-Parlament - ghall-holqien ta’ Prosekutur Ewropew, imma din id-decizjoni trid tigi sottomessa ghal decizjoni unanima ta’ l-Istati Membri.
|