|
Sabiex jipprepara ghall-wasla ta’ ghaxar Stati Membri godda f’Mejju ta’ l-2004, il-Parlament Ewropew, malli ta l-approvazzjoni tieghu ghat-tkabbir, iddecida li jilqa’ fi hdanu 162 MP osservatur minn dawn il-pajjizi. L-osservaturi hadu sehem fix-xoghol tal-Parlament sa l-1 ta’ Mejju 2004, meta l-Istati Membri godda appuntaw MPE ghall-dawk il-ftit gimghat qabel l-elezzjonijiet Ewropej. Wara l-elezzjonijiet ta’ l-10-13 Gunju 2004 dawn il-pajjizi se jibaghtu MPE eletti direttament ghall-Parlament Ewropew.
Minhabba li kien hemm 626 Membru tal-Parlament Ewropew qabel l-1 ta' Mejju, in-numru totali tar-rapprezentanti zdied temporanjament sa l-elezzjonijiet ta’ Gunju 2004, ghal 788. Wara dawn l-elezzjonijiet, in-numru tal-MPE mill-Istati Membri prezenti tnaqqas proprzjonalment, sabiex it-total nizel ghal 732 - bi qbil mat-Trattat ta’ Nizza. L-adezjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija matul il-mandat parlamentari ta’ l-2004-2009 sejjer izzid 54 Membru iehor u jtella’ t-total ghal 786. Izda wara l-elezzjonijiet Ewropej ta’ l-2009, in-numru ta' siggijiet ghall-MPE mill-27 Stat Membru ta’ dak iz-zmien sejjer jerga’ jitnaqqas, din id-darba ghal 736. Il-wasla ta’ ghaxar Stati Membri godda ghandha wkoll implikazzjonijiet serji u prattici ghall-Parlament. Barra illi jdahhal 162 MPE godda, il-PE qieghed jimpjega madwar 850 persuna addizzjonali sabiex isahhah il-personal ezistenti ta’ 3700. Mill-impjegati l-godda, madwar 70% sejrin jahdmu fit-traduzzjoni u l-interpretar. Il-Parlament qieghed jipprovdi wkoll aktar ufficcji kif ukoll infrastruttura ohra. U bl’ghaxar pajjizi godda li ssiehbu fl-UE, in-numru ta’ lingwi wzati fil-Parlament Ewropew zdiedu minn 11 ghal 20.
|