Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
L-għaxar Stati Membri ġodda
Il-pożizzjoni u l-qbil tal-Parlament
Il-passi li jmiss
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Il-Parlament lest għat-tkabbir

Sabiex jipprepara għall-wasla ta’ għaxar Stati Membri ġodda f’Mejju ta’ l-2004, il-Parlament Ewropew, malli ta l-approvazzjoni tiegħu għat-tkabbir, iddeċida li jilqa’ fi ħdanu 162 MP osservatur minn dawn il-pajjiżi. L-osservaturi ħadu sehem fix-xogħol tal-Parlament sa l-1 ta’ Mejju 2004, meta l-Istati Membri ġodda appuntaw MPE għall-dawk il-ftit ġimgħat qabel l-elezzjonijiet Ewropej. Wara l-elezzjonijiet ta’ l-10-13 Ġunju 2004 dawn il-pajjiżi se jibagħtu MPE eletti direttament għall-Parlament Ewropew.

Minħabba li kien hemm 626 Membru tal-Parlament Ewropew qabel l-1 ta' Mejju, in-numru totali tar-rappreżentanti żdied temporanjament sa l-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2004, għal 788. Wara dawn l-elezzjonijiet, in-numru tal-MPE mill-Istati Membri preżenti tnaqqas proprzjonalment, sabiex it-total niżel għal 732 - bi qbil mat-Trattat ta’ Nizza. L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija matul il-mandat parlamentari ta’ l-2004-2009 sejjer iżżid 54 Membru ieħor u jtella’ t-total għal 786. Iżda wara l-elezzjonijiet Ewropej ta’ l-2009, in-numru ta' siġġijiet għall-MPE mill-27 Stat Membru ta’ dak iż-żmien sejjer jerġa’ jitnaqqas, din id-darba għal 736.
 
Il-wasla ta’ għaxar Stati Membri ġodda għandha wkoll implikazzjonijiet serji u prattiċi għall-Parlament. Barra illi jdaħħal 162 MPE ġodda, il-PE qiegħed jimpjega madwar 850 persuna addizzjonali sabiex isaħħaħ il-personal eżistenti ta’ 3700. Mill-impjegati l-ġodda, madwar 70% sejrin jaħdmu fit-traduzzjoni u l-interpretar. Il-Parlament qiegħed jipprovdi wkoll aktar uffiċċji kif ukoll infrastruttura oħra. U bl’għaxar pajjiżi ġodda li ssieħbu fl-UE, in-numru ta’ lingwi wżati fil-Parlament Ewropew żdiedu minn 11 għal 20.



 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004