Veuillez remplir ce champ

Messaġġ ta' merħba tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet

Għeżież Membri, sħab u ħbieb,

L-Unjoni Ewropea sservi ta' punt ta' riferiment għall-valuri u għall-prinċipji gwida tagħha fid-dinja kollha. Flimkien niddefendu ordni dinji paċifiku, ġust, inklużiv u bbażat fuq ir-regoli.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew, bħala rappreżentanti eletti, huma impenjati li jsemmgħu leħen iċ-ċittadini Ewropej fid-dinja b'mod konformi mal-valuri u mal-interessi strateġiċi tagħna.

Huwa bis-saħħa tax-xogħol tad-delegazzjonijiet li mmexxu 'l quddiem id-djalogu ma' sħabna tal-pajjiżi terzi, bil-għan li niżguraw liċ-ċittadini tagħna paċi u prosperità komuni, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tad-demokrazija u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Ninsab konvinta b'mod qawwi li d-diplomazija parlamentari tiżvolġi rwol fundamentali biex tgħin ħalli jissawru u jitwettqu l-objettivi tal-politiki esterni tal-Unjoni bl-akbar koerenza u kredibilità.

Fil-paġni ta' din it-taqsima, tista' ssib aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li qegħdin nagħmlu: il-missjoni tagħna, l-istorja tagħna u r-reżukontijiet tal-aħħar laqgħat tagħna fi Brussell u Strasburgu, kif ukoll il-missjonijiet esterni tagħna, il-kalendarju tal-attivitajiet futuri tagħna u r-riżoluzzjonijiet parlamentari importanti fir-rigward ta' dan il-qasam ta' xogħolna.

Inmaculada RODRÍGUEZ-PIÑERO
President, Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet
Id-disa' leġiżlatura

Il-laqgħat li jmiss

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta' Fuq


Brussell : ASP - A5E-2

Laqgħa ordinarja
Delegation to the EU-North Macedonia Joint Parliamentary meeting

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Kazakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Uzbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja


Brussell : ASP - A5G-3

Laqgħa straordinarja
13th EU-Mongolia Interparliamentary Meeting (IPM)

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE


Brussell : ASP - A5E-2

Laqgħa ordinarja
Meeting of the Delegation to the ACP-EU JPA

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE


Strasburgu : LOW - N3.2

Laqgħa ordinarja
montage materiel visioconference


Strasburgu : LOW - N3.2

Laqgħa ordinarja


Strasburgu : LOW - N3.2

Laqgħa ordinarja
demontage materiel visioconference