Il-politika tal-immigrazzjoni
Din l-iskeda informattiva tispjega l-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni u l-objettiv tagħha li tistabbilixxi approċċ li jħares ’il quddiem, komprensiv u bbilanċjat, ibbażat fuq is-solidarjetà, għall-ġestjoni kemm tal-immigrazzjoni regolari kif ukoll tal-immigrazzjoni irregolari. Tintroduċi l-prijoritajiet tal-politika u tippreżenta l-aktar żviluppi strateġiċi u leġiżlattivi importanti relatati mal-migrazzjoni u l-ażil, l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni. Tikkonkludi billi tiddeskrivi r-rwol tal-Parlament Ewropew fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam.
Il-bażi legali
- L-Artikoli 79 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddefinixxu l-politika komuni tal-UE tal-immigrazzjoni. L-Artikolu 80 tat-TFUE jistabbilixxi li l-politiki tal-immigrazzjoni għandhom jiġu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri (il-pajjiżi tal-UE), inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji.
- l-iżgurar ta’ trattament ġust ta’ ċittadini mhux tal-UE li jgħixu legalment fl-Istati Membri;
- it-tisħiħ tal-miżuri għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari, inkluż it-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti;
- il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-pajjiżi mhux tal-UE fl-oqsma kollha.
- ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni;
- ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil u r-Regolament dwar Proċedura ta’ Ritorn fuq il-Fruntiera;
- ir-Regolament dwar Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi u ta’ Force Majeure;
- ir-Regolament li jistabbilixxi l-Eurodac, il-bażi tad-data bijometrika tal-UE għall-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni;
- ir-Regolament il-ġdid dwar l-Iskrinjar;
- ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika li jissostitwixxi d-Direttiva tal-2011 dwar Standards għall-Kwalifika;
- id-Direttiva riveduta dwar il-Kundizzjonijiet tal-Akkoljenza;
- ir-Regolament dwar Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni.
- tipprevjeni l-migrazzjoni illegali u tkisser in-negozju ta’ networks kriminali ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali;
- tipproteġi l-persuni li jaħarbu mill-gwerra u l-persekuzzjoni, filwaqt li tevita l-abbuż tas-sistema tal-ażil;
- tattira t-talent lejn l-UE biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-ekonomija tal-UE.
- L-hekk imsejjaħ Pakkett tal-Faċilitaturi huwa kompost mid-Direttiva tal-2002 tal-Kunsill li tiddefinixxi r-reat tat-tħaffif tad-dħul, it-tranżitu u r-residenza mhux awtorizzati u d-Deċiżjoni Qafas tal-2002 tal-Kunsill li tistabbilixxi sanzjonijiet kriminali għal din l-imġiba. Il-pakkett huwa kkomplementat minn Direttiva tal-2004 tal-Kunsill dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (dwar it-traffikar, ara wkoll 4.2.6).
- L-isfidi u t-tħassib rigward l-applikazzjoni tal-qafas tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni wasslu għal sforzi biex jiġi rivedut il-qafas. F’Settembru 2021, il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni tal-UE mġedded kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali għall-perjodu 2021-2025. F’Novembru 2023, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal regoli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-UE. Il-proposta tinkludi definizzjoni aktar ċara tar-reat tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, u pieni armonizzati. Il-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bħalissa qed jirrieżamina din il-proposta. Wara proposta oħra tal-Kummissjoni f’Novembru 2023, fl-2025 il-Parlament u l-Kunsill adottaw Regolament dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin. Għandha l-għan li ssaħħaħ il-mandat tal-Europol għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra tali reati.
- Id-Direttiva tal-2008 dwar ir-Ritorn tistabbilixxi standards u proċeduri komuni tal-UE għar-ritorn ta’ ċittadini mhux tal-UE li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. Fl-2016, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Regolament dwar l-istabbiliment ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini mhux tal-UE li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. Barra minn hekk, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) li ġiet imġedda u msaħħa qiegħda tgħin dejjem aktar lill-Istati Membri fl-attivitajiet tagħhom relatati mar-ritorn.
- F’Settembru 2018, il-Kummissjoni pproponiet ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn biex taċċelera l-proċeduri. Valutazzjoni tal-impatt tal-Parlament dwar ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar ir-Ritorn sabet li l-proposta tkun tinvolvi spejjeż sostanzjali għall-Istati Membri permezz ta’ żieda fid-detenzjoni. Ma hemm l-ebda evidenza ċara li l-proposta twassal għal ritorni aktar effettivi, iżda x’aktarx li kienet se tirriżulta fi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-migranti irregolari. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn (17 ta’ Diċembru 2020), saħqet li l-effettività tal-politika ta’ ritorn tal-UE trid tqis ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali.
- Wara r-rapport tal-Parlament dwar ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, il-Kummissjoni rtirat il-proposta u f’Marzu 2025 issostitwietha bi proposta għal Regolament dwar ir-Ritorn. Il-preżentazzjoni ta’ dan ir-Regolament timmarka l-bidu tal-approċċ Ewropew il-ġdid għar-ritorni, kif deskritt qabel fid-dokument Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li Jmiss 2024–2029. Ir-Regolament il-ġdid jipproponi l-Ordni Ewropea ta’ Ritorn, li tarmonizza d-deċiżjonijiet ta’ ritorn madwar l-Istati Membri billi tiżgura li ordni ta’ tluq minn pajjiż wieħed tapplika għat-territorju kollu tal-UE. In-negozjati dwar il-proposta għal Regolament dwar ir-Ritorn għadhom għaddejjin. Il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil iwassal għal aktar appoġġ operattiv għall-Istati Membri, u għall-Frontex bħala l-fergħa operattiva tal-politika dwar ir-ritorn tal-UE, flimkien mal-ħatra ta’ koordinatur tar-ritorn appoġġjat minn Network ta’ Livell Għoli ġdid għar-Ritorn.
- F’Mejju 2025, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll proposta għal Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ “pajjiż terz sikur”. Il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dan il-kunċett biex taċċelera l-proċessi tal-ażil u tnaqqas il-pressjoni fuq is-sistemi tal-ażil, filwaqt li tippreserva s-salvagwardji legali għall-applikanti u tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali. F’konformità ma’ dan, il-Kummissjoni pproponiet proposta għal Regolament fir-rigward tal-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini sikuri fil-livell tal-UE f’April 2025. Iż-żewġ Regolamenti ġew adottati mil-Parlament u l-Kunsill adottataw fi Frar 2026.
- Id-Direttiva dwar Sanzjonijiet kontra Min Iħaddem tispeċifika sanzjonijiet u miżuri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri kontra min iħaddem lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali. L-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni tad-direttiva ġie ppreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014. Wara t-tħabbir tagħha fil-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar Sanzjonijiet kontra Min Iħaddem f’Settembru 2021, bil-għan li ssaħħaħ l-implimentazzjoni filwaqt li tipproteġi d-drittijiet tal-migranti irregolari.
- Mill-2001, l-Istati Membri rrikonoxxew reċiprokament id-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni rispettivi tagħhom (id-Direttiva 2001/40/KE), fejn tiġi rispettata u osservata deċiżjoni ta’ Stat Membru wieħed li jkeċċi ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti fi Stat Membru ieħor.
- ir-riżoluzzjoni dwar toroq ġodda għall-migrazzjoni legali tal-ħaddiema (20 ta’ Mejju 2021);
- ir-riżoluzzjoni b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-politika u l-liġi dwar il-migrazzjoni legali (25 ta’ Novembru 2021);
- rakkomandazzjoni dwar aġenda ġdida għall-Mediterran (14 ta’ Settembru 2022).
- ħarsa ġenerali tar-rispons tal-UE għall-migrazzjoni fl-Ewropa;
- l-iskeda informattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-politika tal-ażil (4.2.2).
Il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tal-politika tal-immigrazzjoni
Il-kompetenza tirreferi għas-setgħa mogħtija lill-UE mit-Trattati biex tieħu azzjoni f’oqsma ta’ politika speċifiċi.
L-immigrazzjoni regolari: l-UE għandha l-awtorità li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom ċittadin ta’ pajjiż mhux tal-UE jitħalla jidħol u jirrisjedi legalment fi Stat Membru, inkluż għall-fini ta’ riunifikazzjoni tal-familja. L-Istati Membri jżommu d-dritt li jistabbilixxu kwoti għad-dħul ta’ individwi minn pajjiżi mhux tal-UE li qed ifittxu impjieg.
L-integrazzjoni: l-UE tista’ tipprovdi inċentivi u appoġġ għall-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jippromwovu l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jgħixu legalment fit-territorju tagħhom. Madankollu, il-liġi tal-UE, ma tipprevedi l-ebda armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.
Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari: l-UE hija meħtieġa tipprevjeni u tnaqqas l-immigrazzjoni irregolari, b’mod partikolari permezz ta’ politika effettiva dwar ir-ritorn, b’mod li jirrispetta d-drittijiet fundamentali.
Il-ftehimiet ta’ riammissjoni: l-UE għandha l-awtorità li tilħaq ftehimiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE għar-riammissjoni lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ provenjenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li ma jissodisfawx jew li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul, jew għall-preżenza jew għar-residenza fi Stat Membru.
Minn meta t-Trattat ta’ Liżbona daħal fis-seħħ fl-2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kellha l-ġuriżdizzjoni sħiħa fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-ażil.
L-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni
L-UE għandha l-għan li tistabbilixxi approċċ ibbilanċjat għall-ġestjoni tal-immigrazzjoni regolari u biex tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari. Il-ġestjoni xierqa tal-flussi migratorji tinvolvi:
L-għan tal-UE huwa li tiżviluppa livell uniformi ta’ drittijiet u obbligi għall-immigranti regolari, li jkun komparabbli għal dak taċ-ċittadini tal-UE.
L-iżviluppi tal-politika
A. Strateġiji u prijoritajiet fil-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni
Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew approva linji gwida strateġiċi għall-ippjanar leġiżlattiv u operazzjonali fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għall-2024 sal-2029, li ssotitwew il-linji gwida strateġiċi għall-perjodu 2014-2020. Il-linji gwida l-ġodda jenfasizzaw l-importanza li l-politika tal-UE dwar il-viżi tintuża b’mod strateġiku, li jiġi evitat l-abbuż tar-reġim tal-viżi tal-UE, li jinbnew sħubijiet ġodda mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, li tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, u li ssir riflessjoni dwar l-aspetti kollha tal-liġi kriminali u ċivili tal-UE.
F’Jannar 2026, il-Kummissjoni adottat l-ewwel strateġija li qatt kellha l-UE dwar il-viżi biex tindirizza l-politika dwar il-viżi b’mod aktar strateġiku. L-istrateġija għandha l-għan li ssaħħaħ l-iskrinjar tas-sigurtà, li tiffaċilita l-aċċess għall-individwi li jikkontribwixxu għall-ekonomija u s-soċjetà tal-UE u tagħmel il-politika dwar il-viżi aktar intelliġenti permezz tal-innovazzjoni.
1. Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil
F’Settembru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għal Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. Wara diversi snin ta’ negozjati, il-patt il-ġdid ġie adottat f’Mejju 2024. Huwa wieħed mill-aktar riformi sinifikanti fil-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni. Għandu l-għan li jintegra l-proċedura ta’ ażil fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, billi jorbot il-proċedura mal-iskrinjar ta’ qabel u mar-ritorn, filwaqt li jkopri wkoll il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-previżjoni aktar b’saħħitha, it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ solidarjetà, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni ma’ pajjiżi ewlenin mhux fl-UE ta’ oriġini u ta’ tranżitu (4.2.2).
L-atti legali adottati mill-Parlament u mill-Kunsill fl-2024 bħala parti mill-patt huma li ġej:
Biex tiġi żgurata l-effiċjenza, il-patt il-ġdid jintroduċi standards armonizzati tal-ażil, regoli ċari għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, u salvagwardji kontra l-abbużi. Il-qafas il-ġdid ta’ solidarjetà jippermetti lill-Istati Membri jappoġġjaw lil xulxin: l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għal ċiklu ta’ solidarjetà kull sena, li permezz tiegħu jistabbilixxu riżerva ta’ kontribuzzjonijiet (rilokazzjonijiet, kontribuzzjonijiet finanzjarji jew assistenza operazzjonali) biex jappoġġjaw lill-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjoni migratorja partikolari. Din ir-riżerva ta’ solidarjetà għandha tiġi stabbilita kull sena permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Fi tmiem l-2025, il-Kunsill qabel dwar l-ewwel riżerva ta’ solidarjetà għal nofs l-2026, u kkonkluda l-ewwel ċiklu ta’ solidarjetà.
Ir-regoli l-ġodda se jibdew japplikaw minn nofs l-2026, ħlief ir-Regolament dwar Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni, li diġà japplika.
Bħala riżultat ewlieni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel Rapport Annwali Ewropew tagħha dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni f’Novembru 2025. F’Jannar 2026, ippreżentat l-ewwel Strateġija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni. Din l-istrateġija tħares lil hinn mill-implimentazzjoni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil sa nofs l-2026 u tipproponi triq ’il quddiem biex:
B. Żviluppi leġiżlattivi oħra
Mill-2008, ġiet adottata leġiżlazzjoni sinifikanti dwar l-immigrazzjoni.
1. L-immigrazzjoni regolari
Wara d-diffikultajiet preċedenti li nqalgħu fl-adozzjoni ta’ dispożizzjoni ġenerali li tkopri l-immigrazzjoni kollha tal-ħaddiema lejn l-UE, l-approċċ attwali jikkonsisti fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, skont il-kategorija ta’ migranti, sabiex tiġi stabbilita politika tal-immigrazzjoni regolari fil-livell tal-UE.
Id-direttiva inizjali tal-2009 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin tal-2009 ħolqot il-‘‘Karta Blu tal-UE’’, proċedura rapida għall-ħruġ ta’ permess speċjali ta’ residenza u tax-xogħol, b’kundizzjonijiet aktar attraenti, biex ħaddiema mhux tal-UE jkunu jistgħu jaħdmu f’impjiegi bi kwalifiki għoljin fl-Istati Membri. Ir-regoli ġew riveduti darbtejn wara l-2009, l-aktar reċenti fl-2021. Id-Direttiva tal-2021 dwar il-Karta Blu tal-UE tipprevedi kriterji ta’ ammissjoni aktar flessibbli (kuntratt tax-xogħol validu jew offerta vinkolanti ta’ impjieg ta’ sitt xhur huma biżżejjed), filwaqt li tbaxxi l-limitu tal-paga minima li l-applikanti jeħtiġilhom jaqilgħu biex ikunu eliġibbli għall-Karta Blu u jagħmluha aktar faċli għad-detenturi tal-Karta Blu biex jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi tal-UE u jingħaqdu mill-ġdid mal-familji tagħhom.
Id-Direttiva tal-2011 dwar il-Permess Uniku tistabbilixxi proċedura komuni u simplifikata għaċ-ċittadini mhux tal-UE li japplikaw għal permess ta’ residenza u ta’ xogħol fi Stat Membru, kif ukoll sett komuni ta’ drittijiet li għandhom jingħataw lill-immigranti regolari. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni unika, adottat f’Marzu 2019, sab li n-nuqqas ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom ifixkel l-objettiv tad-Direttiva li tippromwovi l-integrazzjoni u n-nondiskriminazzjoni tagħhom. F’April 2022, il-Kummissjoni pproponiet riformulazzjoni tad-Direttiva sabiex tissimplifika u tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim politiku f’Diċembru 2023. Id-Direttiva l-ġdida dwar il-Permess Uniku, adottata fl-2024, tissimplifika l-proċess biex jinkiseb permess uniku tax-xogħol u tar-residenza għall-applikanti u l-impjegaturi u tintroduċi miżuri ġodda mmirati lejn it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-ħaddiema minn pajjiżi mhux tal-UE kontra l-isfruttament.
Id-Direttiva li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-impjieg bħala ħaddiema staġjonali għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE ġiet adottata fi Frar 2014. Il-ħaddiema staġjonali migranti jistgħu joqogħdu legalment u temporanjament fl-UE għal perjodu massimu ta’ bejn ħames u disa’ xhur (skont l-Istat Membru) biex iwettqu xogħol li għandu x’jaqsam mal-istaġun jew maż-żmien tas-sena, filwaqt li jżommu l-post ta’ residenza prinċipali tagħhom barra l-UE. Id-Direttiva tiċċara wkoll l-għadd ta’ drittijiet li għalihom huma intitolati tali ħaddiema migranti. F’Lulju 2020, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida dwar il-ħaddiema staġjonali fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19.
Id-Direttiva li tkopri t-trasferimenti intraazjendali, li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE, ġiet adottata fil-15 ta’ Mejju 2014. Id-Direttiva tagħmilha eħfef biex in-negozji u l-korporazzjonijiet multinazzjonali jirrilokaw b’mod temporanju l-maniġers, l-ispeċjalisti u l-impjegati apprendisti tagħhom fil-fergħat jew is-sussidjarji tagħhom li jinsabu fl-UE.
Id-Direttiva li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza għar-riċerka, l-istudji u t-taħriġ ġiet adottata f’Mejju 2016. Din issostitwiet l-istrumenti preċedenti li jkopru l-istudenti u r-riċerkaturi, filwaqt li wessgħet il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom biex jinkludi wkoll is-servizz volontarju, l-iskemi ta’ skambju tal-istudenti, il-proġetti edukattivi u l-au pairing, u ssimplifikat l-applikazzjoni tagħhom.
L-istatus ta’ ċittadini mhux tal-UE li jkunu residenti għal żmien twil fl-UE għadu regolat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill dwar ir-Residenti għal Żmien Twil, kif emendata fl-2011 biex il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jiġi estiż għar-rifuġjati u għal benefiċjarji oħra tal-protezzjoni internazzjonali. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni ta’ Marzu 2019 għal dik id-Direttiva sab li, aktar milli ma jippromwovu b’mod attiv l-istatus Ewropew ta’ residenza fit-tul, minflok l-Istati Membri joħorġu prinċipalment permessi nazzjonali ta’ residenza fit-tul, u ftit ċittadini mhux tal-UE biss jużaw id-dritt tagħhom li jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra. F’April 2022, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Residenti għal Żmien Twil, bl-objettiv li jinħoloq status reali ta’ resident għal żmien twil tal-UE, b’mod partikolari billi jissaħħaħ id-dritt tar-residenti fit-tul li jiċċaqilqu u jaħdmu fi Stati Membri oħra. Fit-30 ta’ Novembru 2023, il-Parlament u l-Kunsill daħlu f’negozjati interistituzzjonali li għadhom għaddejjin.
Fil-15 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni ressqet il-pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Ħiliet u tat-Talenti, li kien jinkludi proposta ta’ Riżerva ta’ Talenti tal-UE. Din ir-Riżerva ta’ Talenti tal-UE tħeġġeġ il-migrazzjoni legali billi tipprovdi pjattaforma online għall-persuni li qed ifittxu impjieg f’pajjiżi mhux tal-UE biex japplikaw għal impjiegi fl-UE. Ir-Regolament li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Talenti tal-UE ġie adottat mill-Parlament u l-Kunsill f’Marzu 2026.
2. L-integrazzjoni
Id-Direttiva tal-Kunsill dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja tat-22 ta’ Settembru 2023 tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, li jmorru lil hinn mid-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-2008 kkonkluda li din id-direttiva ma kinitx ġiet applikata b’mod sħiħ u korrett fl-Istati Membri. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni f’April 2014 bi gwida għall-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja. It-tieni rapport ta’ implimentazzjoni, f’Marzu 2019, ikkonkluda li l-implimentazzjoni kienet tjiebet mill-2008. Dan kien parzjalment minħabba l-proċedimenti ta’ ksur imnedija mill-Kummissjoni, id-dokument ta’ gwida tal-2014 u d-diversi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Il-kompetenza tal-UE fil-qasam tal-integrazzjoni hija limitata. F’Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat l-Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Persuni bin-Nazzjonalità ta’ Pajjiżi Terzi. F’Novembru 2020, il-Kummissjoni ressqet pjan ta’ azzjoni dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni għall-2021-2027, fejn stabbiliet qafas ta’ politika u passi prattiċi biex tgħin lill-Istati Membri jintegraw 34 miljun ċittadin ta’ pajjiżi mhux tal-UE li huma residenti legalment fit-territorju tal-UE u jinkluduhom fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni. Il-pjan jiġbor flimkien miżuri ta’ monitoraġġ u l-użu ta’ għodod diġitali ġodda, u sforzi biex titrawwem il-parteċipazzjoni tal-migranti fis-soċjetà, jiżdiedu l-opportunitajiet għall-finanzjament tal-UE u jinbnew sħubijiet bejn diversi partijiet ikkonċernati f’diversi livelli ta’ governanza. Strumenti eżistenti jinkludu l-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni tal-migranti, in-Network Ewropew dwar l-Integrazzjoni u l-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-fehmiet tal-migranti fil-qasam tal-migrazzjoni, l-ażil u l-integrazzjoni, li ltaqa’ għall-ewwel darba f’Novembru 2020 u li minn dakinhar kellu laqgħat regolari.
L-istrumenti ta’ finanzjament speċjalizzati biex jappoġġjaw il-politiki ta’ integrazzjoni nazzjonali huma bbażati fuq il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE+) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027.
3. L-immigrazzjoni irregolari
L-UE adottat atti leġiżlattivi ewlenin biex tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari.
Fl-istess ħin, l-UE kkonkludiet 18-il ftehim ta’ riammissjoni ma’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu bil-ħsieb li tibgħat lura f’pajjiżhom lill-migranti irregolari u tikkoopera fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Dawn il-ftehimiet jipprevedu li l-Kumitati Konġunti tar-Riammissjoni jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom. Huma wkoll marbuta ma’ ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viża, li għandhom l-għan li jipprovdu l-inċentiv neċessarju għal negozjati ta’ riammissjoni fil-pajjiż mhux tal-UE kkonċernat mingħajr ebda żieda fil-migrazzjoni irregolari.
Filwaqt li rrikonoxxiet li ritorni effettivi jeħtieġu kooperazzjoni aktar b’saħħitha ma’ pajjiżi mhux tal-UE, il-Kummissjoni introduċiet il-Qafas ta’ Sħubija dwar il-Migrazzjoni fl-2016, li wassal għall-ewwel sħubijiet ta’ migrazzjoni mal-Etjopja, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja, u s-Senegal f’dik l-istess sena. Dawn is-sħubijiet jirriflettu l-għan li jiġu konklużi ftehimiet flessibbli u inċentivi mfassla apposta biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar ir-ritorni, filwaqt li jiġu indirizzati wkoll sfidi usa’ tal-migrazzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll arranġamenti informali dwar ir-ritorn u r-riammissjoni, li l-Parlament ikkritika fl-2021 f’riżoluzzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija tal-UE dwar il-migrazzjoni li jaqgħu barra mill-iskrutinju tiegħu, u dan qajjem kwistjonijiet dwar l-akkontabbiltà u t-trasparenza. Sadanittant, l-Istati Membri jkomplu jiddependu fuq ftehimiet bilaterali biex jilħqu l-objettivi ta’ ritorn tagħhom.
Il-Kummissjoni pproponiet pjanijiet ta’ azzjoni tal-UE għall-Mediterran Ċentrali (Novembru 2022), għar-rotta tal-Balkani tal-Punent (Diċembru 2022), għar-rotot tal-Mediterran tal-Punent u tal-Atlantiku (Ġunju 2023) u għar-rotta tal-Lvant tal-Mediterran (Ottubru 2023). Fis-16 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni pproponiet patt ġdid għall-Mediterran bit-tielet pilastru dwar is-sigurtà, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-migrazzjoni.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Minn mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona fl-2009, il-Parlament Ewropew kien involut b’mod attiv fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida dwar l-immigrazzjoni. Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika kemm għall-politiki dwar l-immigrazzjoni irregolari kif ukoll għal dik dwar l-immigrazzjoni regolari, li b’hekk tagħmel lill-Parlament Ewropew koleġiżlatur sħiħ fuq l-istess livell mal-Kunsill. Madankollu, il-miżuri proviżorji li għandhom jittieħdu f’każ ta’ dħul f’daqqa ta’ ċittadini mhux tal-UE huma adottati mill-Kunsill biss, wara konsultazzjoni mal-Parlament (l-Artikolu 78(3) tat-TFUE).
Il-Parlament adotta wkoll bosta riżoluzzjonijiet fuq inizjattiva proprja li jindirizzaw il-migrazzjoni. Dawn jinkludu:
Għal aktar informazzjoni dwar il-migrazzjoni fl-UE, ara:
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mid-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew għall-Ġustizzja, il-Libertajiet Ċivili u l-Affarijiet Istituzzjonali. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern.
Olga Johanna PASSAMERA