Il-moviment liberu tal-kapital
Din l-iskeda informattiva tispjega l-moviment liberu tal-kapital, li huwa wieħed mill-erba’ libertajiet fundamentali tas-suq uniku tal-UE. Mhux biss huwa wieħed mill-aktar libertajiet reċenti, iżda huwa wkoll wieħed mill-aktar mifruxin peress li jestendi għall-pajjiżi mhux tal-UE. Din l-iskeda informattiva tistipula l-objettivi tal-moviment liberu tal-kapital. Barra minn hekk, tiddeskrivi s-sistema attwali u l-bidliet li saru biex din il-libertà saret possibbli. Fl-aħħar nett, tiddeskrivi r-rwol tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp ta’ din il-libertà fundamentali.
Il-bażi legali
- L-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprojbixxi kull restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn il-pajjiżi tal-UE kif ukoll bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE.
- L-Artikolu 64 tat-TFUE jkopri ċerti restrizzjonijiet li jinvolvu lill-pajjiżi mhux tal-UE.
- L-Artikolu 65 tat-TFUE jippermetti ċerti eċċezzjonijiet, fosthom għall-qasam fiskali, is-superviżjoni prudenzjali, l-interess pubbliku u s-sigurtà pubblika.
- L-Artikolu 66 tat-TFUE jippermetti miżuri ta’ salvagwardja temporanji f’każijiet eċċezzjonali.
- l-investimenti diretti barranin (IDB);
- l-investimenti fil-proprjetà immobbli jew ix-xiri tagħha;
- l-investimenti fit-titoli (eż. f’ishma, bonds, kambjali, fondi mutwi);
- l-għoti ta’ self u kreditu;
- operazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż operazzjonijiet kapitali personali, bħal doti, legati, allokazzjonijiet, eċċ.
- li jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-movimenti tal-kapital bejn il-pajjiżi tal-UE, kif ukoll bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE, b’eċċezzjonijiet f’ċerti każijiet (ara t-taqsima “Il-kisbiet”, il-punt B);
- li jiġi żgurat li l-pagamenti fir-rigward ta’ dawk il-movimenti tal-kapital ikunu jistgħu jsiru bla ebda restrizzjoni. B’hekk, l-individwi u n-negozji jkunu jistgħu jużaw, jinvestu u/jew ifaddlu flushom jew l-assi finanzjarji tagħhom fejn iridu fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi mhux tal-UE.
- jiftħu kontijiet bankarji barra minn pajjiżhom;
- jixtru ishma f’kumpaniji barranin;
- jinvestu fejn ir-redditi jkunu l-aktar favorevoli; kif ukoll
- jixtru proprjetà f’pajjiż ieħor.
- jinvestu, u jkunu sidien, ta’ kumpaniji fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE; kif ukoll
- jiġbru fondi fl-aktar swieq kosteffettivi.
- miżuri biex jiġi evitat il-ksur tal-liġi u r-regolamenti nazzjonali (speċifikament għall-qasam fiskali u s-superviżjoni prudenzjali tas-servizzi finanzjarji);
- proċeduri biex jiġu ddikjarati l-movimenti tal-kapital għal finijiet amministrattivi jew statistiċi; kif ukoll
- miżuri ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku jew sigurtà pubblika.
- jimponi tariffi;
- jillimita l-kummerċ fis-servizzi u aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ; kif ukoll
- jillimita l-aċċess għall-investiment dirett barrani u l-akkwist pubbliku.
X’inhuma l-movimenti tal-kapital?
Peress li ma hemmx definizzjoni fit-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li n-nomenklatura li tinsab fl-anness tad-Direttiva dwar il-Kapital tal-1988 tista’ tintuża biex tiddefinixxi dan it-terminu. Skont dawn id-definizzjonijiet, il-movimenti tal-kapital transfruntiera jinkludu dawn li ġejjin:
L-objettivi tal-moviment liberu tal-kapital fl-UE
L-objettivi ewlenin tal-moviment liberu tal-kapital fl-UE jinkludu dawn li ġejjin:
Il-moviment liberu tal-kapital jikkostitwixxi l-bażi tas-suq uniku u jikkomplementa t-tliet libertajiet fundamentali l-oħra (il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi).
Għall-individwi, dan ifisser li huma jistgħu:
Għan-negozji, dan ifisser li huma jistgħu:
Il-moviment liberu tal-kapital kien indispensabbli għall-iżvilupp tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, kif ukoll għall-introduzzjoni tal-euro. L-UE tippromwovi l-użu tal-euro bħala munita internazzjonali billi tippermetti li l-kapital jiċċaqlaq liberament bejn il-fruntieri tagħha.
Il-kisbiet: il-kronoloġija u s-sistema attwali
A. L-ewwel tentattivi (qabel is-suq uniku) u l-progress lejn il-moviment liberu tal-kapital
L-ewwel żewġ direttivi dwar il-kapital, li ġew adottati fl-1960 u fl-1962, temmew ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ movimenti tal-kapital privat u kummerċjali, bħax-xiri ta’ proprjetà, is-self għal żmien qasir jew medju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali, kif ukoll ix-xiri ta’ titoli kkwotati fil-Borża. Ċerti pajjiżi tal-UE (eż. il-Ġermanja u l-pajjiżi tal-Benelux) marru lil hinn u introduċew miżuri nazzjonali unilaterali. B’hekk, neħħew prattikament ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-movimenti tal-kapital.
Dawn l-ewwel direttivi tħassru u ġew emendati qabel ma d-Direttiva dwar il-Kapital tal-1988 stabbiliet in-nomenklatura finali tat-tipi ta’ movimenti tal-kapital li jibbenefikaw minn din il-libertà. Fl-1993, it-Trattat ta’ Maastricht ikkonferma l-moviment liberu tal-kapital bħala libertà fundamentali protetta mit-trattati. Il-kumplament tal-ostakli għall-moviment liberu tal-kapital kellhom jitneħħew sa mhux aktar tard mill-1994. Din saret il-prekundizzjoni għat-tnedija tat-tielet u l-aħħar fażi biex tiġi introdotta l-munita unika, l-euro. Din il-munita eventwalment daħlet fis-seħħ fl-1999. B’mod ġenerali, il-movimenti tal-kapital kollha huma liberi, ħlief għal għadd limitat ta’ restrizzjonijiet mal-pajjiżi mhux tal-UE skont l-Artikolu 64 tat-TFUE.
B. Is-sistema attwali li tirregola l-moviment liberu tal-kapital
1. Il-qafas legali kontra r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-kapital
Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-infurzar tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-kapital. Dan tagħmlu billi tagħmel monitoraġġ tal-flussi tal-kapital u tara li l-pajjiżi tal-UE japplikaw ir-regoli kif xieraq. Kull sena tippubblika rapporti u studji dwar il-flussi tal-kapital fl-UE u fid-dinja.
L-Artikolu 63 tat-TFUE jipprojbixxi kull restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital u l-pagamenti bejn il-pajjiżi tal-UE kif ukoll bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà li tinterpreta r-regoli relatati mal-moviment liberu tal-kapital, u teżisti ġurisprudenza estensiva f’dan il-qasam. F’każijiet fejn il-pajjiżi tal-UE jillimitaw il-libertà tal-moviment tal-kapital b’mod li ma jkunx ġustifikat, dawn ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ ksur stipulati mill-Artikolu 258 sal-Artikolu 260 tat-TFUE.
2. L-eċċezzjonijiet u r-restrizzjonijiet ġustifikati
Skont l-Artikolu 64 tat-TFUE, l-eċċezzjonijiet fil-parti l-kbira tagħhom huma ristretti għall-movimenti tal-kapital relatati mal-pajjiżi mhux tal-UE. Il-pajjiżi tal-UE għandhom l-għażla li jżommu r-restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett u fuq tranżazzjonijiet oħra mal-pajjiżi mhux tal-UE. Barra minn hekk, il-gvernijiet tal-UE jistgħu jillimitaw il-movimenti tal-kapital mal-pajjiżi mhux tal-UE permezz ta’ vot unanimu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u wara li jikkonsultaw lill-Parlament Ewropew.
L-Artikolu 65 tat-TFUE jistipula l-uniċi restrizzjonijiet ġustifikati fuq il-movimenti tal-kapital b’mod ġenerali, inklużi l-movimenti fl-UE. Dawn jinkludu r-restrizzjonijiet li ġejjin:
Dawn il-miżuri tal-aħħar ġew adottati, pereżempju, matul il-kriżi tad-dejn sovran fl-Ewropa, meta Ċipru (2013) u l-Ġreċja (2015) kienu mġiegħla jintroduċu kontrolli fuq il-kapital sabiex jiġi evitat ħruġ eċċessiv ta’ kapital.
L-Artikolu 66 tat-TFUE jippermetti li l-UE tillimita l-moviment tal-kapital lejn il-pajjiżi mhux tal-UE, jew minnhom, meta tali moviment jhedded li joħloq diffikultajiet serji għall-unjoni ekonomika u monetarja. Dan jista’ jsir f’każijiet eċċezzjonali biss u għal massimu ta’ sitt xhur.
L-Artikolu 144 tat-TFUE jippermetti li, fil-qafas tal-programmi ta’ assistenza għall-bilanċ tal-pagamenti, jittieħdu miżuri maħsuba biex jipproteġu l-bilanċ tal-pagamenti meta jkun hemm diffikultajiet li jipperikolaw il-funzjonament tas-suq uniku jew meta tinqala’ kriżi f’daqqa. Iżda din il-klawżola ta’ salvagwardja hija disponibbli biss għall-pajjiżi tal-UE li mhumiex parti miż-żona tal-euro (jiġifieri dawk li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom).
Fl-aħħar nett, l-Artikoli 75 u 215 tat-TFUE jipprevedu l-użu ta’ sanzjonijiet finanzjarji biex jiġi evitat u miġġieled it-terroriżmu, jew abbażi ta’ deċiżjonijiet adottati fil-qafas tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni. Il-moviment liberu tal-kapital ġie ristrett fir-rigward tas-sanzjonijiet ekonomiċi imposti kontra r-Russja wara l-invażjoni fuq skala kbira tagħha tal-Ukrajna.
C. L-Istrument kontra l-Koerċizzjoni
L-Istrument kontra l-Koerċizzjoni daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Diċembru 2023. Dan l-istrument huwa mfassal biex jgħin lill-UE tiskoraġġixxi l-koerċizzjoni ekonomika u tirrispondi għaliha. Jintuża f’sitwazzjoni fejn pajjiż mhux tal-UE jkun qed ifittex li jagħmel pressjoni fuq l-UE, jew fuq pajjiż tal-UE, biex jagħmel għażla ta’ politika partikolari. Dan jagħmlu billi japplika, jew jhedded li japplika, miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment kontra l-UE jew pajjiż tal-UE. L-Istrument kontra l-Koerċizzjoni jipprovdi firxa wiesgħa ta’ kontromiżuri possibbli, fosthom dawn li ġejjin:
D. It-terminazzjoni ta’ trattati bilaterali ta’ investiment intra-UE
Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll biex ittemm it-trattati bilaterali ta’ investiment intra-UE (BITs) eżistenti, li ħafna minnhom kienu diġà jeżistu qabel l-aħħar ċikli ta’ tkabbir tal-UE. Il-Kummissjoni tqis dawn il-ftehimiet bejn il-pajjiżi tal-UE bħala ostaklu għas-suq uniku peress li jikkontradixxu u jissovrapponu l-qafas leġiżlattiv tal-UE. Pereżempju, is-sistemi ta’ arbitraġġ li jużaw il-BITs jeskludu kemm lill-qrati nazzjonali kif ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan jimpedixxi li tiġi applikata l-liġi tal-UE. Barra minn hekk, jista’ jirriżulta li l-BITs jagħtu trattament aktar favorevoli lill-investituri minn ċerti pajjiżi tal-UE li jkunu kkonkludew BITs intra-UE. F’Mejju 2020, 23 pajjiż tal-UE ffirmaw il-Ftehim għat-terminazzjoni ta’ Trattati Bilaterali dwar l-Investiment bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament esprima appoġġ qawwi għall-isforzi favur il-moviment liberu tal-kapital. Madankollu, jisħaq li l-movimenti tal-kapital fl-UE għandhom jibbenefikaw minn aktar libertajiet milli dawk bejn l-UE u l-bqija tad-dinja, eż. biex jiġi żgurat li l-prijorità tkun li dak li tiffranka l-UE jintuża biex jixpruna l-investimenti tagħha. Għamel aċċenn ukoll għall-fatt li l-moviment liberu tal-kapital għandu jkun akkumpanjat mil-liberalizzazzjoni progressiva tas-servizzi finanzjarji (inklużi s-servizzi bankarji u tal-assigurazzjoni, kif inhu previst b’mod espliċitu fl-Artikolu 58(2) tat-TFUE) u mill-armonizzazzjoni tal-liġi fiskali biex jitlesta s-suq uniku għas-servizzi (finanzjarji).
F’Settembru 2025, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar ir-razzjonalizzazzjoni tar-regoli tas-suq intern tal-UE biex jissaħħaħ is-suq uniku. Kemm-il darba rrefera għal analiżi tal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar ir-reżiljenza tal-UE li tikkalkula li l-ostakli kummerċjali li fadal fl-UE huma ekwivalenti għal tariffi intra-UE. Għall-merkanzija, l-ostakli jaf ikunu għolja daqs tariffa ekwivalenti għal 44%. Għas-servizzi, it-tariffa ekwivalenti hija ta’ 110%, jiġifieri hija saħansitra ogħla. Dan ifisser li l-ostakli għas-servizzi transfruntiera iżid il-prezz ta’ dawk is-servizzi b’aktar mid-doppju.
Il-Parlament appoġġja t-tnedija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u, lil hinn mill-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċess leġiżlattiv, regolarment jappella biex jittieħdu passi ulterjuri biex din l-Unjoni titlesta. Dawn il-passi jinkludu l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali fl-2015, li saħqet dwar il-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti sabiex jitjieb il-mod kif jiġi allokat il-kapital fl-UE. Din ir-riżoluzzjoni appellat li jitneħħew l-ostakli attwali għall-finanzjament transfruntier, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u biex l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ikollha rwol aktar b’saħħtu fit-titjib tal-konverġenza superviżorja. F’Ottubru 2020, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Fiha, huwa appella biex jitjieb l-aċċess għall-finanzjament tas-suq kapitali, speċjalment għall-SMEs, kif ukoll biex jitħeġġeġ l-investiment mill-individwi. F’Settembru 2024, l-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, ippubblika rapport importanti dwar il-kompetittività Ewropea. Imbagħad, il-Parlament ikkonferma l-pożizzjoni tiegħu f’Settembru 2025 permezz ta’ riżoluzzjoni dwar il-faċilitazzjoni u l-finanzjament tal-investimenti u tar-riformi biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea u l-ħolqien ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali.
Din l-iskeda informattiva hija mħejjija mill-Unità tal-Iskrutinju tal-Governanza Ekonomika u l-UEM tal-Parlament Ewropew (EGOV). Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.
Harald Wilhelm STIEBER / Mentor MEHMEDI