| Il-Parlament Ewropew qieghed jispicca din il-legislatura kif bdieha fl-1999: bit-tama – u l-ezigenza – ta’ riforma radikali ta’ l-Unjoni. It-Trattat ta’ Amsterdam gie fis-sehh ftit qabel l-ahhar elezzjonijiet, mbaghad it-Trattat ta’ Nizza ma risultax f-riforma adekwata ghat-tkabbir. Illum, abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali elaborat skond il-metodu ssuggerit mill-Parlament jinsab fuq il-mejda u jinkludi hafna mill-proposti tad-deputati. Imma biex wasalna hawn, kienu necessarji hames snin ta’ perseveranza biex jinghelbu n-nuqqasijiet tat-Trattati ta’ Amsterdam u ta’ Nizza.
“It-tkabbir ghandu jkun l-okkazjoni u l-lieva ta’ riforma radikali ta’ l-Unjoni Ewropea u d-dewmien ta' riforma globali ghal wara t-tkabbir ma jistax ma jkunx aktar difficli u incerta.” Hekk kienu esprimew ruhhom id-deputati li kienu ghadhom kif gew eletti f’risoluzzjoni ta’ Novembru 1999.
It-Trattat ta’ Amsterdam kien halla sospizi r-riformi istituzzjonali li huma indispensabbli sabiex Unjoni b’25 jew 30 Stat Membru tkun tista’ tevita l-paralizi. Ghad-deputati, kien ilu li wasal iz-zmien li l-istituzzjonijiet isiru aktar efficjenti, aktar trasparenti u aktar demokratici. Kien wasal ukoll iz-zmien li jigu abbandunati t-trattattivi u r-ripetizzjonijiet ta' trattattivi diplomatici fil-maghluq u li jigu assocjati fid-diskussjonijiet il-Parlament Ewropew, il-Parlamenti Nazzjonali ta’ l-Istati Membri u tal-pajjizi kandidati, kif ukoll is-socjetà civili. Kien wasal iz-zmien li t-testi, li ghal kwazi nofs seklu kienu bnew l-Unjoni f'struttura guridika li ma tinftehimx, jsiru aktar logici.
Pass pass, minn Komunità ghall-Unjoni
L-Ewropa giet mibnija trattat wara l-iehor, bi progress tajjeb fis-settur ekonomiku izda bil-mod fis-settur politiku u dak istituzzjonali. It-Trattat ta’ Parigi, li fl-1951 stabbilixxa l-Komunità Ewropea tal-Faham u ta’ l-Azzar (ECSC) istitwixxa poter supranazzjonali f’zewg setturi krucjali ghall-ekonomija Ewropea ta’ wara l-gwerra. Ir-regoli kienu cari u s-setturi ta’ azzjoni gew definiti. Min-naha l-ohra fil-kamp politiku, tlett snin wara digà kien hemm il-falliment tal-Komunità Ewropea tad-Difiza; bla dubju ta’ xejn kien kmieni wisq biex affarijiet daqshekk sensittivi jigu mmexxija b’mod komuni. L-Ewropa nbniet l-ewwel u qabel kollox fuq bazi ekonomika. Fl-1957, il-progett ekonomiku gie ntrodott mill-gdid permezz tat-Trattat ta’ Ruma. Din id-darba l-ideja kienet li jigi mahluq suq komuni permezz ta’ tnehhija progressiva ta’ l-ostakoli kummercjali u li tinbeda politika komuni f'oqsma godda: wara l-faham u l-azzar, kien imisshom il-kompetizzjoni, l-agrikoltura u t-trasport. L-ewwel snin kienu success evidenti, sakemm imbaghad dahlet id-diffidenza f’nofs is-snin 60, fuq il-politika ta' l-agrikoltura li rrisulta f'wiehed mill-ostakoli magguri ghall-efficjenza decizjonali: il-qbil unanimu ta' l-Istati Membri. Minhabba hekk l'entuzjazmu inizjali ma tantx dam. L-integrazzjoni Ewropea regghet giet attivata bit-Trattat ta' l-1986, imsejjah l-"Att Uniku". Fis-suq komuni kien fadal hafna ostakoli teknici ghac-cirkolazzjoni libera tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni. Dan it-Trattat gdid kellu bhala ghan principali li jeghlibhom u li jerga jintroduci r-regola tal-maggoranza u li jaghti rwol verament legislattiv lill-Parlament ghall-kwistjonijiet kollha marbutin mal-ghan il-gdid: is-suq komuni, li kellu jitlesta sa l-ahhar ta' l-1992. Fl-istess zmien, kienet qed titwieled politika komuni f'oqsma godda: politika regjonali, ricerka, ambjent, kooperazzjoni ekonomika u monetarja.
Sa hemmhekk, l-Ewropa kienet iffukat l-aktar biex tirranga l-funzjoni interna taghha. Izda t-tibdil drastiku fl-ambjent internazzjonali ta' madwar l-Unjoni biddel radikalment is-sitwazzjoni; ir-rijunifikazzjoni tal-Germanja, fl-1990, id-dizintegrazzjoni tal-“blokk tal-Lvant” u r-ritorn ghad-demokrazija ta’ bosta pajjizi girien. Fl-1991, l-Istati Membri nnegozzjaw trattat gdid b’zewg ghanijiet: li jigu msahha l-vantaggi ekonomici u li l-Komunità taghti lilha nnifisha ezistenza vera fix-xena politika internazzjonali. Ir-rizultat kien struttura legali u istituzzjonali kumplessa u instabbli: it-Trattat ta’ Maastricht li gie konkluz fl-istess mument tad-dizintegrazzjoni ta’ l-Unjoni Sovjetika. It-Trattat ta’ Maastricht ippjana sew l-istadji li kellhom iwasslu ghall-munita unika u introduca politika komuni f'oqsma godda: industrija, networks transewropej, protezzjoni tal-konsumatur, sahha u edukazzjoni. Huwa l-“pilastru” komunitarju, li jikkonserva l-bazi politika u istituzzjonali tieghu, bi rwol centrali ghall-Kummissjoni u ghall-Parlament li jikkonferma l-poter tieghu bhala ko-legislatur f’certi oqsma mal-Kunsill. Imma twaqqfu zewg “pilastri” ohra, fuq il-bazi ta' kooperazzjoni intergovernattiva semplici; il-politika barranija u l-affarijiet interni u tal-gustizzja, zewg setturi li maghhom il-Parlament Ewropew kien bilkemm assocjat u fejn il-maggoranza tad-decizjonijiet kienu suggetti ghall-qbil unanimu. Taht isem gdid “Unjoni Ewropea” u f’kuntest istituzzjonali komuni bdew jezistu ammont kbir ta’ proceduri u regoli differenti.
It-Trattat ta' Amsterdam - Success parzjali
L-izbilanc u l-kumplessità tas-sistema kienu tant ovvji li l-Kapijiet ta' l-Istati jew Gvern ghamlu mpenn gdid sa minn Maastricht sabiex jippruvaw jirragunaw l-affarijiet u jizguraw li l-Unjoni tahdem b-aktar efficjenza. Dan irrisulta fit-Trattat ta’ Amsterdam fl-1997 u li dahal fis-sehh fl-ewwel ta’ Mejju 1999. Izda, t-Trattat ta' Amsterdam kien biss success parzjali. Huwa ssimplifika l-process ta' kodecizjoni u estendih f'20 settur gdid, u b'hekk sahhah ftit aktar id-demokrazija parlamentari ta’ l-Unjoni. Fit-Trattat giet ukoll integrata l-politka ta' koperazzjoni tal-pulizija u tal-fruntieri li kienu saru barra mill-qafas ta' l-Unjoni (Schengen). Zied dimensjoni socjali ghall-Unjoni b’kapitlu fuq l-impjiegi, inkorpora l-principju tas-sussidjarjetà u holoq Rapprezentant Gholi ghall-Politika Barranija.
Izda Amsterdam kien ukoll nofs falliment. Kif l-Unjoni kienet ghadha kif integra tlett Stati Membri godda (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja) u kienet qieghda thejji sabiex tintegra ohrajn, il-gvernijiet ma setghux jaqblu fuq il-kapitlu istituzzjonali. In-nuqqas ta’ bilanc u l-kumplessità li ntirtu minn Maastricht baqghu u gabu l-biza’ ta’ paralizi ghall-Unjoni akbar.
Ghanijiet aktar ambizzjuzi
Mill-bidu tal-legislatura, il-Parlament, li kien digà ghamel abbozz ta’Trattat Kostituzzjonali 15-il sena qabel (il-progett Spinelli), rrakkomanda s-simplifikazzjoni tat-Trattati f’test kostituzzjonali. Id-deputati sostnew li biex Unjoni akbar tkun tista' tkomplitahdem kien hemm bzonn li jitnaqqsu l-possibilitajiet ta’ mblukkar tad-decizjonijiet fil-Kunsill, li l-voti b'maggoranza kellhom ikunu r-regola u li l-kodecizjoni legislattiva bejn il-Parlament u l-Kunsill kellha tigi applikata fil-parti l-kbira tal-oqsma. Id-deputati nsistew ukoll fuq politika verament komuni fis-setturi tas-sigurtà u tad-difiza u sinergija akbar bejn il-politika ekonomika ewropej u dik socjali.
Konxji minn nuqqasijiet ta’ Amsterdam, il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern, waqt il-Kunsill Ewropew ta’ Helsinki, f’Dicembru 1999, ikkonvokaw konferenza intergovernattiva gdida. Izda din il-“KIG” kellha mandat limitat li kien jikkonsisti biss f'negozjati li kien fadal minn Amsterdam - jigifieri r-riforma tas-sistema ta’ decizjoni u l-kompozizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament b’harsa lejn it-tkabbir.
Minn naha l-ohra, l-Parlament kellu ghanijiet aktar ambizzjuzi. Dawn gew immnizzlin f’rapport importanti li kien adottat f’April 2000. Id-deputati ssuggeriew li t-Trattati ta’ qabel kollha kellhom jigu miktubin mill-gdid f’test wiehed, bl-ewwel parti kostituzzjonali tinkludi l-ghanijiet ta’ l-Unjoni, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-istituzzjonijiet, it-tqassim tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif ukoll il-proceduri ta' decisjoni.
Il-Parlament xtaq li l-istruttura tal-"kolonni" li ntwirtet minn Maastricht tkun abolita u minfloka tidhol b'mod generali s-sistema komunitarja. Huwa ppropona wkoll li tinbidel is-sistema kumplessa tat-uzin tal-voti fil-Kunsill b'maggoranza doppja, li taghmel il-process ferm aktar car: decizjoni tigi approvata meta tikseb l-appogg tal-maggoranza ta’ l-Istati Membri li jirrapprezentaw ghallanqas il-maggoranza tal-poplu ta’ l-Unjoni. Id-deputati rrakkommandaw ukoll il-fuzjoni tar-Rapprezentant Gholi u tal-Kummissarju ghar-Relazzjonijiet Barranin, u dan ghandu sservi fi hdan il-Kummissjoni bhala Vici President. Fis-settur tal-bagit, id-deputati rakkomandaw it-tnehhija tad-distinzjoni bejn spejjez obbligatorji u dawk mhux obbligatorji, kif ukoll jidhal fit-Trattat l-perspettiva finanzjarja pluriannwali, li l-ammont taghha jkun stabbilit bi qbil kongunt bejn il-Kunsill u l-Parlament. Dawn il-proposti tal-Parlament spiccaw fit-Trattat ta' l-Unjoni, izda mhux f’Nizza.
Il-Konvenzjoni
Fl-ahhar ta’ trattattiva maratona bejn il-Kapijiet ta’ l-Istati jew Gvern, il-Kunsill Ewropew ta’ Nizza pproduciex biss trattat zghir. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali giet semplicement annessa mat-Trattat, minghajr sahha ta’ rbit. Is-sistema tal-vot b’maggoranza bl-uzin tal-voti ma kienitx abolita imma semplicement ikkalkulata mill-gdid sabiex taghti aktar piz lill-Istati l-kbar li jaccettaw li ma jkollhomx hlief Kummissarju wiehed. Minflok iffacilitat it-tehid ta’ decizjoni, Nizza ghamlitha aktar difficli. Il-bqija ta' l-affarijiet kellhom jistennew ghal aktar tard.
Id-deputati Ewropej kienu ddizappuntati. Tabilhaqq, jammettu li “it-Trattat ta’ Nizza kien l-ahhar ostaklu formali ghat-tkabbir” imma “Unjoni ta’ 27 Stat Membru jew aktar ghandha bzonn riformi li jidhlu aktar fil-fond.” Il-Parlament ma kienx kuntent bir-risultat ta' Nizza ghax l-Unjoni ma rebhet xejn fejn tidhol il-hila ta’ azzjoni jew fit-tnaqqis tad-deficit demokratiku taghha. Ghall-Parlament, “it-Trattat ta’ Nizza jimmarka t-tmiem ta’ cirku li kien inbeda f’Maastricht" u jitlob il-ftuh ta’ process kostituzzjonali fejn l-ghan finali ghandu jkun l-adozzjoni ta’ Kostituzzjoni Ewropea".
Bla ebda dubju, l-element l-aktar mportanti li hareg minn Nizza ma kienx it-Trattat. Kien pjuttost id-dimostrazzjoni li l-metodu ta' trattativa intergovernattiva u anke l-annessi ma kienux aktar effettivi: id-dikjarazzjoni 23, fuq il-futur ta’ l-Unjoni, li tipproponi riforma aktar fil-fond u b'metodu ta' negozjar iehor kif wkoll l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li l-Konvenzjoni fl-2003 ntegrat bhala element importanti fl-abbozz ta’ Trattat Kostituzzjonali. Dan l-abbozz llum qieghed fuq il-mejda u jinkorpora l-parti l-kbira tar-rikjesti espressi mill-Parlament mir-rebbiegha ta’ l-2000 'il quddiem.
|