Aħdem magħna 

Timmotivak l-idea li tgħin lill-Membri eletti tal-Parlament Ewropew jibnu Ewropa aktar paċifika, sikura, b'saħħitha u ambjentalment sostenibbli?

Tixtieq tingħaqad ma' organizzazzjoni dinamika, inklużiva u multilingwi li toffri varjetà wiesgħa ta' opportunitajiet ta' karriera u żvilupp?

Jekk iva, xogħol mal-Parlament Ewropew jaf ikun jgħodd għalik!

    

Għaliex il-Parlament Ewropew

Tixtieq taħdem mal-UE? Skopri għaliex il-Parlament Ewropew huwa post tajjeb għax-xogħol.

    

Kif tapplika

Il-Parlament jimpjega madwar 8 000 uffiċjal u membri oħra tal-persunal madwar l-Ewropa kollha. Aqra x'għandek tagħmel biex issir uffiċjal tal-UE jew tiġi rreklutat f'kapaċità oħra.

    

Traineeships

Il-Parlament joffri opportunitajiet ta' traineeships f'diversi oqsma, għal individwi li jixtiequ japprofondixxu l-għarfien tagħhom dwar l-UE u kif tiffunzjona. Skopri d-dettalji kollha u x'għandek tagħmel biex tapplika.

    

Żjarat ta' studju

Żjara ta' studju tippermettilek tagħmel sa xahrejn tirriċerka dwar affarijiet tal-UE.