It-trasparenza dwar l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali
L-allowance għall-ispejjeż ġenerali li tingħata lill-Membri tal-Parlament Ewropew hija maħsuba biex tkopri spejjeż, fost oħrajn, bħall-kostijiet għat-tħaddim tal-uffiċċju u tal-manutenzjoni tal-uffiċċju, il-fornimenti tal-uffiċċju u dokumentazzjoni, il-kostijiet relatati mat-tagħmir tal-uffiċċju, l-attivitajiet ta’ rappreżentanza jew il-kostijiet amministrattivi.
Il-Membri jistgħu jippubblikaw fuq il-paġna tal-profil tagħhom tal-MPE, fuq is-sit web tal-Parlament, awditjar jew konferma volontarji li l-użu minnhom tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Huma jistgħu jagħmlu dan billi jużaw formola ta’ konferma u jtellgħu d-dokumenti ta’ prova. (Ara Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura.)
Kun af aktar dwar l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali, is-salarji u r-rigali.