| L-immigrazzjoni saret parti mill-politika ta’ l-UE f’dawn l-ahhar snin biss, meta l-Ewropa qeghda thabbat wiccha ma’ sett ta’ kwistjonijiet relatati: immigrazzjoni legali u illegali, id-dritt ghal asil, tnaqqis demografiku u spluzjoni bil-hin tal-pensjonijiet. Sa mill-1999 dahlu fis-sehh bosta direttivi dwar l-immigrazzjoni minn barra l-UE. Fl-isforzi tieghu sabiex ifassal din il-legislazzjoni, il-Parlament Ewropew ghamel enfazi fuq il-htiega li jibbilancja l-interessi ta’ l-immigranti, Stati Membri ta’ l-UE u l-pajjizi ta’ origini ta’ l-immigranti.
L-immigrazzjoni hija kwistjoni emottiva u tassew ta’ divizjoni, fejn xi Ewropej jarawha bhala theddida ghall-identità nazzjonali filwaqt li ohrajn jilqghuha bhala sors ta’ diversità kulturali. Izda fuq bazi ekonomika fuq perjodu ta’ zmien qasir biss, wiehed ma jistax imur kontra l-argument li l-Ewropa tehtieg immigranti sabiex teghleb in-nuqqasijiet fil-haddiema. Xi industriji – l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-lukandi u r-ristoranti, u servizzi domesticì u personali – jibqghu ghaddejjin biss grazzi ghall-haddiema immigranti bla sengha. U persuni Ewropej li jhaddmu qeghdin dejjem aktar ifittxu immigranti tas-sengha u edukati, ez. fis-settur ta’ l-IT. Meta wiehed iqisha fuq perjodu ta’ zmien fit-tul, l-Ewropa qeghda tiffaccja zewg tendenzi li jbassru hazin ghall-iskemi tal-pensjoni taghha: tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir fil-popolazzjoni u zjieda qawwija fl-età medja tal-popolazzjoni. Fil-hmistax-il Istat Membru ta’ l-UE prezenti, il-popolazzjoni hija mistennija li tizdied ghal massimu fl-2025 u mbaghad tibda tonqos. It-tendenza komuni fil-pajjizi centrali u tal-lvant kollha hija l-istess jew aghar. Filwaqt li hadd ma jissuggerixxi li l-immigrazzjoni tista’ tipprovdi twegiba shiha ghas-snajja. Izda, l-immigrazzjoni hija kwistjoni kumplessa hafna, b’ferghat ekonomici, socjali, legali u kulturali, li tfisser li din il-kwistjoni ma tistax tigi ttrattata minn Stati Membri individwali. Minhabba l-mobilità ekonomika, is-suq wahdieni Ewropew u t-tidwib kontinwu tal-fruntieri fi hdan l-Ewropa, tinhtieg politika ta’ l-UE standard dwar permessi tar-residenzi, id-dritt ta’ l-immigranti li jdahhlu membri tal-familji taghhom u l-kwistjoni tal-kanali legali ghall-immigrazzjoni. Din hija r-raguni ghala, meta l-kapijiet tal-gvern ta’ l-UE ltaqghu fl-1999 fi Tampere, il-Finlandja, huma kkonkludew li “il-kwistjonijiet separati izda li ghandhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin ta’ l-asil u tal-migrazzjoni isejhu ghall-izvilupp ta’ politika komuni ta’ l-UE”.
Politika Ewropea koordinata dwar l-immigrazzjoni?
Il-Parlament Ewropew ghad ma ghandux il-kelma finali dwar il-legislazzjoni ta’ l-immigrazzjoni ta’ l-UE, ghalkemm taht it-Trattat ta’ Amsterdam din x’aktarx tinbidel fl-2004. Izda, ghandu jigi kkonsultat dwar xi abbozzi ta’ ligijiet u jista’ jfittex li jinfluwenza l-politika sa minn zmien bikri, bhalma ghamel fil-kaz ta’ karta importanti ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea mmirata lejn li tistabbilixxi linji ta’ gwida ghal metodu Ewropew dwar l-immigrazzjoni. Il-Parlament adotta risoluzzjoni fuq dawn il-proposti tal-politika f’Ottubru 2001. Il-MPE laqghu dak li huma ddeskrivew bhala l-ewwel tentattiv tal-Kummissjoni sabiex tiddiskuti l-kwistjoni kumplessa tal-migrazzjoni bhala haga wahda. Huma enfasizzaw il-htiega ghal-legislazzjoni ta’ l-UE f’numru ta’ oqsma, li jinkludu visas u permessi ghal residenza ghal nazzjonali mhux mill-UE, kif ukoll ikkummentaw fuq kwistjonijiet individwali.
Dwar id-drittijiet ta’ residenza, il-Parlament argumenta li residenti fuq perjodu ta’ zmien twil legali ghandhom ikunu permessi jimxu madwar l-Ewropa izda residenti fuq perjodu ta’ zmien qasir ghandhom jigu ristretti ghal Stat Membru wiehed. Fis-suq tax-xoghol, il-Parlament argumenta li politika ta’ immigrazzjoni tal-Komunità tista’ tghin fil-glieda kontra l-immigrazzjoni illegali u xoghol mhux dikjarat – problema vera, minhabba li haddiema illegali u l-impjegati taghhom ma jhallsu ebda taxxa u spiss jevadu regoli dwar is-sighat tax-xoghol, pagi minimi u sigurtà u sahha fuq ix-xoghol. Izda, il-MPE hassew li mhiex realistika ghall-UE li tipprevedi l-htigiet tax-xoghol ta’ l-Ewropa kollha. Minflok, kull Stat Membru ghandu jiddeciedi l-htigiet tieghu stess. Il-Parlament enfasizza wkoll l-importanza ta’ l-integrazzjoni u b’mod specjali li jinvolvi l-immigranti aktar fil-politika, ezempju billi jaghti lil residenti fuq perjodu ta’ zmien twil, id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet lokali. Fl-ahhar, il-MPE wrew li hemm zewg nahat ghal movimenti tal-popolazzjoni u enfasizzaw il-hsara li l-immigrazzjoni tista’ tikkawza lil pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw permezz ta’ telf ta’ l-ahjar imhuh.
Drittijiet ta’ Residenza
Il-Parlament gie kkonsultat ukoll fuq zewg direttivi fuq drittijiet ta’ residenza. Meta direttiva dwar il-kundizzjonijiet tad-dhul u tar-residenza ghal nazzjonali mhux ta’ l-UE li jixtiequ jahdmu fl-Ewropa waslet quddiem il-Parlament fi Frar 2003, il-MPE fittxew li jaghmlu l-legislazzjoni aktar liberali. Huma heggew li l-konjugi jew l-ishab rikonoxxuti ta’ xi hadd b’permess ta’ residenza, ghandhom ikunu huma nfushom intitolati ghal permess. Huma opponow ukoll klawsola li tghid li d-drittijiet tar-residenza jistghu jigu ristretti ghal certu regjun ta’ pajjiz. Dwar il-beneficcji socjali, il-MPE riedu li s-sidien ta’ permessi ta’ residenza jkunu ntitolati ghal edukazzjoni, ghajnuna legali libera u access aktar facli ghad-djar. U pproponew ukoll li l-permessi tar-residenza ma ghandhomx jigu revokati sakemm l-individwu jkun ghadu intitolat jitlob il-beneficcju tal-qghad.
Direttiva ohra kienet intiza sabiex tapplika ghal studenti, studenti ta’ l-iskola, ghalliema mhux imhallsa u haddiema volontarji minn barra l-UE izda l-Parlament sahaq li jigu nkluzi wkoll ricerkaturi mhux imhallsa. Il-MPE opponow ukoll klawsola li tippermetti lis-sidien ta’ permessi ta’ residenza li jigu mkeccija ghal ragunijiet ta’ mard jew ta’ disabilità. U huma sejhu ghal rapport perjodiku mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe effetti ta’ hsara tad-Direttiva, u ghal darba ohra enfasizzaw il-periklu ta’ telf ta’ l-aqwa mhuh minn pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw. Il-Kunsill tal-Ministri ghadu jrid jiehu decizjoni fuq dawn iz-zewg direttivi.
Unifikazzjoni mill-gdid tal-familja
Il-Parlament sehaq ukoll ghal bidliet f’direttiva ohra, din id-darba dwar id-dritt ta’ l-immigranti illegali jgibu l-familji taghhom sabiex jghixu maghhom. Argumenta illi aktar kategoriji ta’ nies ghandhom ikollhom dan id-dritt: mhux biss il-konjugi imma wkoll shab registrati u genituri mhux mizzewgin, minghajr distinzjoni tas-sess. Il-MPE qalu wkoll li l-Istati Membri ghandhom jippermettu d-dhul tal-genituri, konjugi jew shab ta’ l-applikanti jekk dawn ma jkunux kapaci jiehdu hsieb lilhom infushom u ma jkollhomx mezz iehor ta’ appogg. U b’mod partikolari, il-Parlament kien kontra klawsola illi thalli lill-Istati Membri illi jehtiegu li tfal ta’ aktar minn tnax-il sena jsirilhom test ta’ integrazzjoni qabel ma jithallew jidhlu.
Il-Kunsill baqa’ jsostni l-istess haga dwar it-test ta’ l-integrazzjoni u li normalment dik kienet tkun it-tmiem tal-kwistjoni minhabba li l-Kunsill ghandu l-ahhar kelma dwar din il-legislazzjoni. Izda, il-MPE irrifjutaw li jaccettaw telfa ghax jemmnu li t-test ta’ integrazzjoni jista’ jikser l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani (id-dritt ghal hajja tal-familja). F’Dicembru 2003, il-Parlament iddecieda li jmur il-Qorti tal-Gustizzja sabiex jisfida dan l-Artikolu tad-direttiva. Fiz-zmien tal-kitba (nofs Frar 2004) il-Qorti ghadha trid taghti l-verdett taghha.
|