Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
L-asil
L-immigrazzjoni
Il-glieda kontra l-kriminalità organizzata
Il-glieda kontra t-Terroriżmu
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Flimkien niġġieldu l-kriminalità organiżżata

It-tneħħija tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea kattret il-kummerċ, l-industrija u l-libertà ta’ moviment għaċ-ċittadini ewropej. Iżda mill-banda l-oħra, dan żied ukoll l-opportunitajiet għall-kriminalità organiżżata li żgur lesta tapprofitta ruħha min-nuqqas ta’ fruntieri fl-Ewropa. B'hekk l-organiżżazzjonijiet kriminali issa sabu metodi ġodda kif imexxu l-attivitajiet illegali tagħhom, bħal per eżempju għall-ħasil tal-flus, għat-traffikar ta’ l-organi u saħansitra metodi ġodda kif jaħarbu mill-liġi. Għalhekk l-Unjoni Ewropea tħoss li din ix-xorta ta’ libertà taqbeż kull limitu u jeħtieġ li jitrażżnu l-effetti negattivi li jistgħu joħorġu minnha.

Biex tikkumbatti l-ħasil tal-flus, l-Unjoni Ewropea għandha żewġ liġijiet ewlenin. L-iskop ta’ l-ewwel liġi – li diġa qed tiġi mplimentata – hija mmirata biex trażżan l-abbużi fis-settur finanzjarju, filwaqt li l-oħra taħseb sabiex issaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana, biex b’hekk ma jkunux jistgħu jsiru aktar transazzjonijiet kummerċjali illegali.

Biex tħares is-sistema finanzjarja minn transazzjonijiet illegali, l-Unjoni Ewropea saħħet il-miżuri ewlenin tad-Direttiva kontra l-ħasil tal-flus li ilha fis-seħħ sa mill-1991. Issa, l-liġi l-ġdida ma tapplikax biss fejn jidħol il-ħasil tal-flus marbut mat-traffikar tad-droga, iżda kontra kull xorta ta’ ħasil ta’ flus, per eżempju l-ħasil tal-flus biex jiġi ffinanzjat it-terroriżmu. Aspett ieħor li huwa differenti mill-liġi ta’ qabel, jirrigwardja n-numru akbar ta’ professjonijiet – bħal sensara, nutara u negozjanti ta’ oġġetti lussużi – li jridu jagħtu rendikont ta’ għemilhom, kull meta ikun hemm suspett li xi klijenti wżaw in-negozju tagħhom biex jgħattu l-ħasil tal-flus. Skond il-ftehim li ntlaħaq waqt il-proċess ta' konċiljazzjoni, l-liġi tħalli l-għażla f'idejn in-negozjanti jekk jixtiequx jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li tagħrif dwarhom ingħata lill-awtoritajiet.

Fir-rigward tal-kontroversja dwar is-sigriet professjonali ta’ l-avukati, l-membri parlamentari laqgħu bi pjaċir l-ftehim li ntlaħaq waqt l-istess proċess ta’ konċiljazzjoni: is-sigriet professjonali ta’ l-avukati ser jibqa’ jgħodd ħlief meta dawn issiru jafu li l-parir tagħhom jista’ jintuża minn min għandu ħsieb jagħmel xi attivitajiet marbuta mal-ħasil tal-flus.

Interċettazzjoni ta' flus minn atttivitajiet illegali minn uffiċċjali tad-dwana

Id-Direttiva kontra l-ħasil ta’ flus minn attività illegali, li diġa daħħlet fis-seħħ, hija marbuta ma abbozz ta' liġi oħra kontra l-ħasil tal-flus li jaħseb sabiex issaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana 'l barra mill-Unjoni Ewropea: sistema finanzjarja iktar trasparenti m'hiex biżżejjed biex tevita li somom kbar ta’ flus, kif ukoll numru kbir ta’ oġġetti prezzjużi ta’ provenjenza illegali, jiddaħħlu u jinħarġu kuljum mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea. L-abbozz ta’ liġi kif oriġina mill-Kummissjoni Ewropea jistipula li kull min jidħol jew joħroġ mit-territorju doganali ta’ l-Unjoni Ewropea, irid jiddikjara bil-miktub jekk ikun qed iġorr miegħu ammont ta’ flus f'kontanti ta’ 15,000 ewro jew aktar.

Il-membri parlamentari huma tal-fehma li jeħtieġ li jsir aktar minn hekk. Huma jsostnu li dan l-obbligu ta’ dikjarazzjoni bil-miktub, waħdu, mhux biżżejjed, billi xorta waħda tibqa’ l-possibiltà li dak li jkun ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni jew inkella jiffalsifikaha jew jaqsam is-somma kbira ta’ flus u joħroġa f’diversi drabi. Għalhekk, huma jixtiequ ukoll jagħtu l-possibiltà lill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea biex jiġbru nformazzjoni fuq il-moviment ta' sommom kbar ta' flus permezz ta' proċedura ta' notifika. Din il-proċedura, li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu minflok l-obbligu tad-dikjarazzjoni bil-miktub, tagħti lill-uffiċċjali tad-dwana d-dritt li fuq talba speċifika tagħhom stess, wieħed ikollu bilfors jiddikjara flus f'kontanti ta’ valur ta’ 15,000 ewro jew aktar; u fost ħwejjeġ oħra, min ikun qed iġorrhom ikollu jispeċifika minn fejn ġew il-flus u x’beħsiebu jagħmel bihom. Peress li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu bejn proċedura u oħra, l-Membri Parlamentari jaħsbu li din il-liġi għandha tkun abbozzata permezz ta' Direttiva u mhux b'Regolament li jkun direttament applikabbli fil-pajjiżi membri – huma jixtiequ li din il-liġi tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tas-sena 2004.

Il-membri parlamentari huma wkoll tal-fehma li somom ta’ flus li jiġu kkonfiskati jistgħu jinżammu biss, fil-prinċipju, sa massimu ta' tlett ġranet tax-xogħol. Fil-każ li l-liġi tal-pajjiżi membri tippermetti li l-limitu ta’ żmien ikun twil sa xahar, dan ikunu jistgħu jagħmluh darba biss. L-informazzjoni u l-fatti miġbura mill-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiddaħħlu u jinżammu f’databank fl-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, l-Ewropol, u din l-informazzjoni tista' tintuża biss fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Barra minn dan, l-Unjoni Ewropea, deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tobbliga lill-Istati Membri kollha sabiex itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Korpi għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja rispettivi tagħhom, l-aktar għal dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni miġbura dwar transazzjonijiet kummerċjali mhux tas-soltu jew li jqanqlu suspett. B’hekk, f’każ li s-suspett li jkun qed isir ħasil ta’ flus ġejjin minn attività kriminali jiġi kkonfermat, dawn l-Kopri jkunu jistgħu jaġixxu ħafna aktar malajr.

Inwaqqfu t-traffikar ta’ l-organi u tessuti umani

Għall-organiżżazzjonijiet kriminali it-traffikar ta’ tessuti u organi umani huwa negozju li jħalli qligħ tajjeb lilhinn mill-fruntieri. L-Unjoni Ewropea, b’mod deċiż, iddikjarat gwerra kontra dan il-ksur serju tad-drittijiet u tad-dinjità umana. L-abbozz ta’ liġi li tħejja ser jobbliga lill-pajjiżi membri kollha biex japplikaw pieni kontra kull xorta ta’ ksur tal-liġi marbut mat-traffikar ta’ l-organi u t-tessuti umani. Il-liġi ma tkoprix biss it-tneħħija u l-bejgħ ta’ organi umani, iżda wkoll kull xorta ta’ għajnuna li tingħata biex dawn jiġu trasportati, importati, esportati jew li jiġu miżmuma bħala stock.

It-tneħħija ta’ organi u tessuti umani ser tkun meqjusa bħala illegali meta negozjanti professjonali jisfurzaw jew inkella jġiegħlu lil xi nies, biex jagħtu xi parti ta' ġisimhom, per eżempju kilwa, billi jisfruttaw in-nuqqas ta’ flus tal-vittmi tagħhom u joffrulhom prezz tajjeb għall-organu konċernat. Dan ser japplika ukoll meta negozjanti professjonali jirrikattaw lil dawn in-nies jew inkella meta jittieħdu xi partijiet minn bniedem mejjet mingħajr ma l-persuna, meta kienet għadha ħajja, ma tkun tat il-kunsens tagħha għal donazzjoni ta’ l-organi.

Il-Parlament Ewropew wera l-posizzjoni tiegħu kontra t-traffikar ta’ organi u tessuti umani b’mod ċar meta approva l-abbozz ta’ liġi kontra din ix-xorta ta’ traffikar. Minkejja dan u rrispettivament mill-approvazzjoni tagħhom, il-membri parlamentari talbu li jsiru xi tibdiliet importanti. Huma talbu, per eżempju, li titniżżel referenza dwar ir-riskju li t-traffikar kriminali ta’ l-organi jista’ jġib miegħu għal saħħet il-poplu. Il-membri parlamentari jsostnu li, per eżempju, min jitteħdulu organi u tessuti wara pressjoni mentali jew ekonomika, jekk mhux ukoll saħansitra bi vjolenza, ma jkunx jista’ jagħti tagħrif ġenwin dwar mard li jista’ jkollu. Dan jista’ jkun ta’ riskju kbir għal min ser jirċevi partijiet tal-ġisem bħal dawn, x’aktarx ukoll jitfaċċa għalih/a l-periklu tal-mewt.

Biex ma jingħatax isem ħażin lit-trapjant ta’ organi u tessuti fih innifsu, il-membri tal-Parlament Ewropew qed jinsistu li l-abbozz ta' liġi li qed titħejja, issir riferenza l-ħin kollu għat-traffikar illegali ta’ organi u tessuti: jeħtieġ li t-test joħroġ b’mod mill-aktar ċar id-differenza bejn traffikar illegali u s-sistema ta’ trapjanti li ma tmurx kontra l-liġi. Naturalment, in-negozju tat-traffikar illegali ta’ l-organi ma jibqax negozju li jirrendi biss meta jkun hemm biżżejjed organi u tessuti disponibbli b’mod legali. Għal dan il-għan, il-membri parlamentari jridu jżidu d-dispożizzjoni ta’ aktar ċittadini li jkunu lesti li, wara mewthom, jagħmlu donazzjoni ta’ organi ta’ ġisimhom. Biex ikun jista’ jintlaħaq dan il-għan, qed jitolbu li jsiru kampanji ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett fil-pajjiżi membri kollha ta’ l-Unjoni. Il-parlamentari jsostnu wkoll, li l-Istati Membri kollha jdaħħlu fis-seħħ din il-liġi permezz ta' provedimenti legali xierqa fuq bażi nazzjonali, sa l-aħħar tas-sena 2004.

Mandat ta’ arrest Ewropew: aktar malajr u anqas kumplikat

Il-mandat ta’ arrest Ewropew, li sar jista’ jinħareġ mill-ewwel ġurnata tas-sena 2004 kemm fil-każ ta’ kriminali mdaħħla fin-negozju tal-ħasil tal-flus, kif ukoll f'każ ta' traffikar tal-bnedmien u tat-tessuti u organi umani kif ukoll terroristi, għandu jissimplifika u jħaffef l-estradizzjoni ta’ nies suspettati li kienu nvolvuti f'dawn l-attivitajiet illegali jew ta’ kriminali minn pajjiż membru ta’ l-Unjoni għall-ieħor. Fejn qabel kienu jridu jgħaddu ħafna snin, minħabba li, ħafna drabi, pajjiżi membri ta’ l-Unjoni ma kenux jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet tal-qrati tal-ġustizzja ta’ pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni, kif ukoll billi l-proċess ta’ estradizzjoni kien jiġbed daqshekk fit-tul għax ikkumplikat ħafna, issa dan il-proċess ġie standardiżżat u sar proċess uniformi għall-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Minn issa 'l quddiem, kriminali li jkunu nstabu ħatja għandhom isservu l-pena ta' ħabs bla dewmien żejjed filwat li dawk suspettati għandhom igħaddu ġuri kemm jista' jkun malajr fil-pajjiż fejn twieldu u għexu.

Sa l-ewwel ta’ Jannar 2004, il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Portugal, l-Isvezja, Spanja, u r-Renju Unit kienu implimentaw din ir-riżoluzzjoni fil-liġijiet ta’ pajjiżhom. Mill-pajjiżi membri ġodda, s’issa l-Ungerija biss daħlet din il-liġi fis-seħħ. Il-pajjiżi membri l-ġodda ngħataw żmien sad-data tat-tkabbir, jiġifieri sa l-ewwel ta’ Mejju 2004, sabiex jagħmlu dan.

Minn mindu daħlet fis-seħħ din ir-riżoluzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, il-mandat ta’ arrest Ewropew japplika għall-persuni, li skond il-liġi, ikunu diġà ġew ikkundannati għal mill-inqas erba’ xhur ħabs kif ukoll għal dawk issuspettati b'att kriminali li għalih hemm previst fil-liġi aktar minn sena ħabs. Il-mandat ta’ arrest Ewropew s'issa jikkonċerna lista ta’ 32 att kriminali, fosthom it-terroriżmu u t-traffikar tal-bnedmin, iż-żamma ta’ nies bħala ostaġġi, serq bl-armi, stupru u mibgħeda razzjali. Il-qrati tal-ġustizzja tal-pajjiżi membri kollha ta’ l-Unjoni huma obbligati biex jirrikonoxxu l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni u b'minimu ta' kontrolli possibbli, wara li l-persuna mfittxija tkun interpellata, tiġi estradita mhux aktar tard minn disgħin jum wara.



  
Rapporteurs:
  
Prevenzjoni ta’ l-uzu tas-sistema finanzjarja ghall-skop ta’ hasil ta’ flus: Klaus- Heiner Lehne (EPP-ED, D)
Skambju ta’ informazzjoni bejn il-Korpi ghall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja ta' l-Istati Membri: Klaus-Heiner Lehne (EPP-ED, D)
Prevenzjoni tal-hasil tal-flus bil-kollaborazzjoni ta’ l-awtoritajiet tad-dwana: Ingo Schmitt (EPP-ED, D)
Prevenzjoni u glieda kontra t-traffikar ta’ organi u tessuti umani: Robert J.E. Evans (PES, UK)
Il-mandat ta’ arrest ewropew u l-process ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri: Graham R. Watson (ELDR, UK)
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
Prevenzjoni ta’ l-uzu tas-sistema finanzjarja ghall-skop ta’ hasil ta’ flus
Skambju ta’ informazzjoni bejn il-Korpi ghall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja ta' l-Istati Membri
Prevenzjoni tal-hasil tal-flus bil-kollaborazzjoni ta’ l-awtoritajiet tad-dwana – il-process ghadu mhux konkluz
Prevenzjoni u glieda kontra t-traffikar ta’ organi u tessuti umani – il - process ghadu mhux konkluz
Il-mandat ta’ arrest ewropew u l-process ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004