Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
L-asil
L-immigrazzjoni
Il-glieda kontra l-kriminalità organizzata
Il-glieda kontra t-Terroriżmu
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> A safer Union
> Internal security
> Asylum and migration


Immigrazzjoni Amministrata: l-aħjar soluzzjoni għan-naħat kollha

L-immigrazzjoni saret parti mill-politika ta’ l-UE f’dawn l-aħħar snin biss, meta l-Ewropa qegħda tħabbat wiċċha ma’ sett ta’ kwistjonijiet relatati: immigrazzjoni legali u illegali, id-dritt għal asil, tnaqqis demografiku u splużjoni bil-ħin tal-pensjonijiet. Sa mill-1999 daħlu fis-seħħ bosta direttivi dwar l-immigrazzjoni minn barra l-UE. Fl-isforzi tiegħu sabiex ifassal din il-leġislazzjoni, il-Parlament Ewropew għamel enfażi fuq il-ħtieġa li jibbilanċja l-interessi ta’ l-immigranti, Stati Membri ta’ l-UE u l-pajjiżi ta’ oriġini ta’ l-immigranti.

L-immigrazzjoni hija kwistjoni emottiva u tassew ta’ diviżjoni, fejn xi Ewropej jarawha bħala theddida għall-identità nazzjonali filwaqt li oħrajn jilqgħuha bħala sors ta’ diversità kulturali. Iżda fuq bażi ekonomika fuq perjodu ta’ żmien qasir biss, wieħed ma jistax imur kontra l-argument li l-Ewropa teħtieġ immigranti sabiex tegħleb in-nuqqasijiet fil-ħaddiema. Xi industriji – l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-lukandi u r-ristoranti, u servizzi domestiċì u personali – jibqgħu għaddejjin biss grazzi għall-ħaddiema immigranti bla sengħa. U persuni Ewropej li jħaddmu qegħdin dejjem aktar ifittxu immigranti tas-sengħa u edukati, eż. fis-settur ta’ l-IT. Meta wieħed iqisha fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, l-Ewropa qegħda tiffaċċja żewġ tendenzi li jbassru ħażin għall-iskemi tal-pensjoni tagħha: tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir fil-popolazzjoni u żjieda qawwija fl-età medja tal-popolazzjoni. Fil-ħmistax-il Istat Membru ta’ l-UE preżenti, il-popolazzjoni hija mistennija li tiżdied għal massimu fl-2025 u mbagħad tibda tonqos. It-tendenza komuni fil-pajjiżi ċentrali u tal-lvant kollha hija l-istess jew agħar. Filwaqt li ħadd ma jissuġġerixxi li l-immigrazzjoni tista’ tipprovdi tweġiba sħiħa għas-snajja.
Iżda, l-immigrazzjoni hija kwistjoni kumplessa ħafna, b’fergħat ekonomiċi, soċjali, legali u kulturali, li tfisser li din il-kwistjoni ma tistax tiġi ttrattata minn Stati Membri individwali. Minħabba l-mobilità ekonomika, is-suq waħdieni Ewropew u t-tidwib kontinwu tal-fruntieri fi ħdan l-Ewropa, tinħtieġ politika ta’ l-UE standard dwar permessi tar-residenzi, id-dritt ta’ l-immigranti li jdaħħlu membri tal-familji tagħhom u l-kwistjoni tal-kanali legali għall-immigrazzjoni. Din hija r-raġuni għala, meta l-kapijiet tal-gvern ta’ l-UE ltaqgħu fl-1999 fi Tampere, il-Finlandja, huma kkonkludew li “il-kwistjonijiet separati iżda li għandhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin ta’ l-asil u tal-migrazzjoni isejħu għall-iżvilupp ta’ politika komuni ta’ l-UE”.

Politika Ewropea koordinata dwar l-immigrazzjoni?

Il-Parlament Ewropew għad ma għandux il-kelma finali dwar il-leġislazzjoni ta’ l-immigrazzjoni ta’ l-UE, għalkemm taħt it-Trattat ta’ Amsterdam din x’aktarx tinbidel fl-2004. Iżda, għandu jiġi kkonsultat dwar xi abbozzi ta’ liġijiet u jista’ jfittex li jinfluwenza l-politika sa minn żmien bikri, bħalma għamel fil-każ ta’ karta importanti ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea mmirata lejn li tistabbilixxi linji ta’ gwida għal metodu Ewropew dwar l-immigrazzjoni. Il-Parlament adotta risoluzzjoni fuq dawn il-proposti tal-politika f’Ottubru 2001. Il-MPE laqgħu dak li huma ddeskrivew bħala l-ewwel tentattiv tal-Kummissjoni sabiex tiddiskuti l-kwistjoni kumplessa tal-migrazzjoni bħala ħaġa waħda. Huma enfasizzaw il-ħtieġa għal-leġislazzjoni ta’ l-UE f’numru ta’ oqsma, li jinkludu visas u permessi għal residenza għal nazzjonali mhux mill-UE, kif ukoll ikkummentaw fuq kwistjonijiet individwali.

Dwar id-drittijiet ta’ residenza, il-Parlament argumenta li residenti fuq perjodu ta’ żmien twil legali għandhom ikunu permessi jimxu madwar l-Ewropa iżda residenti fuq perjodu ta’ żmien qasir għandhom jiġu ristretti għal Stat Membru wieħed. Fis-suq tax-xogħol, il-Parlament argumenta li politika ta’ immigrazzjoni tal-Komunità tista’ tgħin fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u xogħol mhux dikjarat – problema vera, minħabba li ħaddiema illegali u l-impjegati tagħhom ma jħallsu ebda taxxa u spiss jevadu regoli dwar is-sigħat tax-xogħol, pagi minimi u sigurtà u saħħa fuq ix-xogħol. Iżda, il-MPE ħassew li mhiex realistika għall-UE li tipprevedi l-ħtiġiet tax-xogħol ta’ l-Ewropa kollha. Minflok, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi l-ħtiġiet tiegħu stess. Il-Parlament enfasizza wkoll l-importanza ta’ l-integrazzjoni u b’mod speċjali li jinvolvi l-immigranti aktar fil-politika, eżempju billi jagħti lil residenti fuq perjodu ta’ żmien twil, id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet lokali. Fl-aħħar, il-MPE wrew li hemm żewġ naħat għal movimenti tal-popolazzjoni u enfasizzaw il-ħsara li l-immigrazzjoni tista’ tikkawża lil pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw permezz ta’ telf ta’ l-aħjar imħuħ.

Drittijiet ta’ Residenza

Il-Parlament ġie kkonsultat ukoll fuq żewġ direttivi fuq drittijiet ta’ residenza. Meta direttiva dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza għal nazzjonali mhux ta’ l-UE li jixtiequ jaħdmu fl-Ewropa waslet quddiem il-Parlament fi Frar 2003, il-MPE fittxew li jagħmlu l-leġislazzjoni aktar liberali. Huma ħeġġew li l-konjuġi jew l-isħab rikonoxxuti ta’ xi ħadd b’permess ta’ residenza, għandhom ikunu huma nfushom intitolati għal permess. Huma opponow ukoll klawsola li tgħid li d-drittijiet tar-residenza jistgħu jiġu ristretti għal ċertu reġjun ta’ pajjiż. Dwar il-benefiċċji soċjali, il-MPE riedu li s-sidien ta’ permessi ta’ residenza jkunu ntitolati għal edukazzjoni, għajnuna legali libera u aċċess aktar faċli għad-djar. U pproponew ukoll li l-permessi tar-residenza ma għandhomx jiġu revokati sakemm l-individwu jkun għadu intitolat jitlob il-benefiċċju tal-qgħad.

Direttiva oħra kienet intiża sabiex tapplika għal studenti, studenti ta’ l-iskola, għalliema mhux imħallsa u ħaddiema volontarji minn barra l-UE iżda l-Parlament saħaq li jiġu nklużi wkoll riċerkaturi mhux imħallsa. Il-MPE opponow ukoll klawsola li tippermetti lis-sidien ta’ permessi ta’ residenza li jiġu mkeċċija għal raġunijiet ta’ mard jew ta’ disabilità. U huma sejħu għal rapport perjodiku mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe effetti ta’ ħsara tad-Direttiva, u għal darba oħra enfasizzaw il-periklu ta’ telf ta’ l-aqwa mħuħ minn pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw. Il-Kunsill tal-Ministri għadu jrid jieħu deċiżjoni fuq dawn iż-żewġ direttivi.

Unifikazzjoni mill-ġdid tal-familja

Il-Parlament seħaq ukoll għal bidliet f’direttiva oħra, din id-darba dwar id-dritt ta’ l-immigranti illegali jġibu l-familji tagħhom sabiex jgħixu magħhom. Argumenta illi aktar kategoriji ta’ nies għandhom ikollhom dan id-dritt: mhux biss il-konjuġi imma wkoll sħab reġistrati u ġenituri mhux miżżewġin, mingħajr distinzjoni tas-sess. Il-MPE qalu wkoll li l-Istati Membri għandhom jippermettu d-dħul tal-ġenituri, konjuġi jew sħab ta’ l-applikanti jekk dawn ma jkunux kapaċi jieħdu ħsieb lilhom infushom u ma jkollhomx mezz ieħor ta’ appoġġ. U b’mod partikolari, il-Parlament kien kontra klawsola illi tħalli lill-Istati Membri illi jeħtieġu li tfal ta’ aktar minn tnax-il sena jsirilhom test ta’ integrazzjoni qabel ma jitħallew jidħlu.

Il-Kunsill baqa’ jsostni l-istess ħaġa dwar it-test ta’ l-integrazzjoni u li normalment dik kienet tkun it-tmiem tal-kwistjoni minħabba li l-Kunsill għandu l-aħħar kelma dwar din il-leġislazzjoni. Iżda, il-MPE irrifjutaw li jaċċettaw telfa għax jemmnu li t-test ta’ integrazzjoni jista’ jikser l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani (id-dritt għal ħajja tal-familja). F’Diċembru 2003, il-Parlament iddeċieda li jmur il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jisfida dan l-Artikolu tad-direttiva. Fiż-żmien tal-kitba (nofs Frar 2004) il-Qorti għadha trid tagħti l-verdett tagħha.



  
Rapporteurs:
  
>  Komunikazzjoni dwar il-politika ta’ l-immigrazzjoni tal-Komunità: Hubert Pirker (EPP-ED, A)
>  Dhul u residenza ta’ nazzjonali ta’ pajjizi terzi: Anna Terrón i Cusí (PES, E)
>  Kundizzjonijiet ta’ dhul u ta’ residenza ghal studji, tahrig vokazzjonali jew servizz volontarju: Martine Roure (PES, F)
>  Dritt ghal re-unifikazzjoni tal-familja: Carmen Cerdeira Morterero (PES, E)
  
Overview of the legislative procedure:
  
>  Komunikazzjoni dwar il-politika ta’ l-immigrazzjoni tal-Komunità
>  Dhul u residenza ta’ nazzjonali ta’ pajjizi terzi
>  Kundizzjonijiet ta’ dhul u ta’ residenza ghal studji, tahrig vokazzjonali jew servizz volontarju
>  Dritt ghal re-unifikazzjoni tal-familja 
  
Official journal - final acts:
  
>  Komunikazzjoni dwar il-politika ta’ l-immigrazzjoni tal-Komunità (test adottat mill-Parlament)
>  Dhul u residenza ta’ nazzjonali ta’ pajjizi terzi (test adottat mill-Parlament)
>  Kundizzjonijiet ta’ dhul u ta’ residenza ghal studji, tahrig vokazzjonali jew servizz volontarju test adottat mill-Parlament)
>  Dritt ghal re-unifikazzjoni tal-familja 

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004