Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
L-asil
L-immigrazzjoni
Il-glieda kontra l-kriminalità organizzata
Il-glieda kontra t-Terroriżmu
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Ġlieda kontra t-terroriżmu filwaqt li jiġu protetti l-libertajiet ċivili

Anke qabel l-attakki terroristiċi tal-ħdax ta' Settembru ta' l-2001, l-Ewropa kienet qegħda tfittex modi aktar effettivi sabiex tiġġieled it-terroriżmu. Wara l-attakki, l-UE malajr żiedet l-isforzi u fittxet kooperazzjoni aktar mill-qrib ma' l-Istati Uniti. Madankollu, ftit xhur biss aktar tard, il-mod kif l-Istati Uniti ttrattaw is-sitwazzjoni deher f'għajnejn xi wħud bħala theddida għad-drittijiet individwali. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għalhekk sabu ruħhom fuq quddiem ta' l-isforzi sabiex jinħoloq bilanċ bejn is-sigurtà u l-libertajiet ċivili.

Fil-bidu tal-mandat preżenti, il-MPE kienu diġà mħassba dwar iż-żjieda fl-attivitajiet terroristiċi fl-UE u n-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn is-sistema ġuridika u l-pulizija. Iżda, fil-5 ta' Settembru ta' l-2001, ftit jiem biss qabel l-attakki li waħxu d-dinja, l-MPE adottaw riżoluzzjoni li kien fiha serje ta' rakkomandazzjonijiet dwar ir-rwol ta' l-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Huma ħeġġew lill-Kunsill sabiex idaħħal permess ta' arrest Ewropew biex jgħin kontra t-terroriżmu u talab għal definizzjoni mill-UE ta' x'jikkostitwixxi attakk terroristiku kif ukoll għal pieni standard kontra t-terroriżmu. Il-Parlament qal li l-proċeduri ta' estradizzjoni formali għandhom jinqatgħu, u l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet ta' xulxin dwar reati terroristiċi. Il-MPE talbu wkoll lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jadottaw miżuri standard dwar il-kumpens għall-vittmi ta' delitti terroristiċi. Ħafna minn dawn is-suġġerimenti ġew inklużi fil-leġiżlazzjoni sussegwenti.

L-iffriżar ta' l-assi tat-terroristi

Eżatt wara l-11 ta' Settembru ta' l-2001, l-Unjoni Ewropea malajr żiedet l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Nhar l-1 ta' Ottubru ta' l-2001, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti sabiex jiġu ffriżati l-assi ta' 27 individwu u organizzazzjoni ssuspettati li kienu nvoluti fl-attakki. Il-Parlament kellu jiġi kkonsultat dwar il-proposti u dan ħadem b'għaġla kbira, u approva l-liġi tlett ijiem biss wara li din kienet ippubblikata. Madankollu l-MPE qalu illi l-iffirżar ta' l-assi għandu jkun temporanju, minħabba illi l-leġiżlazzjoni kienet magħmula bl-għaġla u kellha bżonn tiġi mtejjba. Huma sostnew ukoll illi l-leġiżlazzjoni kellha tiskadi fl-2003 u kellha tiġi riveduta qabel ma tgħaddi sena. Dawn it-talbiet ġew milqugħa mill-Kunsill tal-Ministri u ġew inkorporati fil-leġiżlazzjoni finali.

Jikber it-tħassib dwar id-drittijiet taċ-ċittadin

F'Novembru ta' l-2001, il-Parlament ġie kkonsultat dwar liġi ġdida kontra t-terroriżmu. Iżda issa l-MPE kienu konxji tar-ratifikazzjonijiet usa' tal-kwistjoni. Minn naħa vvutaw favur li ssir kooperazzjoni u li atti terroristiċi jiġu kkastigati mil-liġi u rrakkommandaw illi reati kontra l-militar jiġu nklużi bħala ċirkostanza aggravanti. Talbu wkoll illi d-definizzjoni tat-terroriżmu tinkludi ħtif ta' vetturi ta' l-ajru (per eżempju ajruplani, helicopters, eċċ) u bastimenti kif ukoll terroriżmu li jinvolvi sustanzi kimiċi jew bijoloġiċi perikolużi.

Madankollu, l-Parlament issuġġerixxa wkoll tibdil fil-kliem tal-liġi l-ġdida sabiex tevita reati minuri jew attiviżmu politiku (inkluż il-protesti pubbliċi u tal-unions) jiġu meqjusa bħala atti terroristiċi. It-talbiet tal-Parlament ġew mismugħin mill-Kunsill tal-Ministri, li għamel sforz sabiex jilħaq bilanċ bejn ġlieda effettiva kontra r-reati terroristiċi u l-garanzija tad-drittijiet bażiċi. Fl-aħħar, il-Kunsill biddel l-abbozz tal-liġi b'mod sostanzjali u reġa' kkonsulta mal-Parlament. Fi Frar ta' l-2002, il-MPE taw l-appoġġ tagħhom għall-verżjoni l-ġdida u mtejjba tal-liġi.

Il-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni u l-kooperazzjoni ġuridika

Fl-2003, il-Kunsill ikkonkluda żewġ ftehim ma' l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni u l-kooperazzjoni ġuridika. Il-Parlament oġġezzjona għan-nuqqas ta' skrutinju demokratiku dwar dawn il-ftehim. Għalkemm, ovvjament mhux kontra l-isforzi ta' l-Istati Uniti sabiex jiġġieldu kontra t-terroriżmu, il-MPE adottaw riżoluzzjoni li titlob illi l-Istati Uniti għandha tagħti xhieda dwar każijiet individwali lill-Istati ta' l-UE. B'dan il-mod, ċittadini Ewropej li jkunu wettqu reat fuq territorju Ewropew setgħu jitolbu li l-kas tagħhom jiġi mismugħ minn qorti f'pajjiżhom minflok jiġu estraditi lejn l-Istati Uniti. Barra minn hekk, qal il-Parlament, il-ftehim għandu b'mod espliċitu jipprojbixxi l-estradizzjoni ta' individwi lejn l-Istati Uniti jekk dawn kienu fir-riskju li jiġu kkundannati għal mewt. Fil-każ li jkun hemm talbiet ta' estradizzjoni mingħand iktar minn pajjiż wieħed, it-talbiet mill-Qorti Kriminali Internazzjonali jew mill-Istati Membri ta' l-UE għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ta' l-Istati Uniti.

Il-MPE sostnew illi għandu jsir studju ddettaljat dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Uniti qabel jiġu ratifikati dawn il-ftehim mill-Istati Membri. Il-Parlament talab ukoll li jitwaqqaf kumitat inter-parlamentari sabiex jikkontrolla l-ftehim. Fl-aħħar nett, il-MPE ħeġġew lill-awtoritiajiet ta' l-UE sabiex ipoġġu l-iffirmar tal-ftehim taħt il-kundizzjoni li tinstab soluzzjoni bbilanċjata dwar is-sitwazzjoni ta' ċittadini Ewropew miżmuma f'Guantánamo Bay. Il-MPE ma qiesux aċċettabbli l-fatt illi Ewropej jinżammu f'Guantánamo Bay mingħajr ma jkunu mixlija iżda biss minħabba li l-Istati Uniti jemmnu li huma terroristi.

Oppożizzjoni dejjem tikber għal-metodi ta' l-Istati Uniti

Matul l-2003, żdiedet il-kritika tal-Parlament kontra l-metodu Amerikan tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Kien f'din is-sena illi l-Istati Uniti talbu lil-linji ta' l-ajru Ewropej sabiex jagħtu lill-awtoritajiet Amerikani data ta' natura personali dwar il-passiġġieri tagħhom. L-Istati Uniti riedu 39 tip ta' informazzjoni, bħan-numru tat-telefon u l-preferenzi ta' l-ikel tal-passiġġieri fuq titjiriet trans-atlantiċi. L-għan kien illi jiġu identifikati terroristi li kienu qegħdin jippruvaw jidħlu fl-Istati Uniti. Iżda li tagħti data personali hija ksur tal-liġijiet dwar il-privatezza ta' l-UE u l-MPE beżgħu illi dawn il-liġijiet jiġu ssagrifikati minħabba l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Għalhekk f'Ottubru 2003 il-Parlament approva b'mod qawwi, riżoluzzjoni illi titlob li data personali tal-passiġġieri tingħata lil partijiet terzi biss jekk ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra passiġġieri mhux mill-Istati Uniti, jekk il-passiġġieri jagħtu l-kunsens mgħarraf tagħhom u jekk hemm proċeduri stabbiliti ta' appell. Il-MPE talbu wkoll li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tkun iġġudikata fuq l-effettività tagħha u kif ukoll fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali. Ir-riżoluzzjoni kkonkludiet illi "fil-preżent ma kienx possibbli li l-protezzjoni tad-data pprovduta mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti titqies bħala waħda adekwata".

F'Diċembru 2003, il-Kummissarju Bolkestein spjega lill-MEP kif l-Istati Uniti kienu għamlu numru ta' konċessjonijiet kbar wara l-pressjoni minn naħa tal-Parlament li kien lagħab rwol importanti sabiex jintlaħaq dan l-għan. B'hekk ġew definiti limiti ċari dwar l-ammont ta' data li kellha tiġi trasferita u b'lista ta' 34 minflok 39 tip ta' informazzjoni. L-Istati Uniti qablu li jżommu din id-data għal tlett snin u nofs minflok ħamsin sena kif riedet fil-bidu. Il-mod kif tintuża din id-data kellu jiġi definit aħjar u l-leġislazzjoni kellha tiġi reveduta flimkien ma l-Awtoritajiet ta' l-UE ta' l-anqas darba f'sena u passiġġiri Ewropej li jkunu għaddew l-ilmenti tagħhom lid-Dipartiment tal-Homeland Security imma ma jkunux riżolti b'mod sodisfaċenti jkollhom id-dritt li jkunu rappreżentati mill-Awtoritajiet tal-UE għall-protezzjoni tad-data. Iżda l-Parlament ħass li l-ftehim xorta kien imur kontra d-drittijiet tal-privatezza taċ-ċittadini Ewropej. Kien għalhekk deċiz, f'April 2004, li jintalab il-parir tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità tal-ftehim mal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Iżda minkejja dan, l-Kunsill xorta waħda ffirma dan il-ftehim xahar wara. Issa hu mistenni li l-Parlament Ewropew jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex jannulla l-ftehim.



  
Rapporteurs:
  
Trasmissjoni ta’ data personali minn linji ta’ l-ajru fil-kaz ta’ titjiriet transatlantici: stat ta’ negozjati ma’ l-Istati Uniti: Johanna L.A. Boogerd-Quaak (ELDR, NL)
Ftehim ta’ kooperazzjoni guridika bejn l-UE-l-Istati Uniti: Jorge Salvador Hernández Mollar (EPP-ED, E)
Ir-Rwol ta’ l-UE fil-glieda kontra t-terrorizmu: Graham R. Watson (ELDR, UK)
Decizjoni ta' qafas tal-Kunsill dwar il-glieda kontra t-terrorizmu: Graham R. Watson (ELDR, UK)
Regolament tal-Kunsill dwar mizuri ta’ ristrezzjoni kontra certi persuni u entitajiet sabiex jigi miggieled it-terrorizmu: procedura minghajr rapporteur
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
Trasmissjoni ta’ data personali minn linji ta’l-ajru fil-kaz ta’ titjiriet transatlantici: stat ta’ negozjati ma’ l-Istati Uniti  - test adottat mill-Parlament
Ftehim ta’ kooperazzjoni guridika bejn l-UE-l-Istati Uniti - test adottat mill-Parlament
Ir-Rwol ta’ l-UE fil-glieda kontra t-terrorizmu - test adottat mill-Parlament
Decizjoni ta' qafas tal-Kunsill dwar il-glieda kontra t-terrorizmu
Regolament tal-Kunsill dwar mizuri ta’ ristrezzjoni kontra certi persuni u entitajiet sabiex jigi miggieled it-terrorizmu

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004