Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
L-ghaxar Stati Membri godda
Il-pozizzjoni u l-qbil tal-Parlament
Il-passi li jmiss
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Enlargement website


Unjoni ikbar u aktar b’sahhitha

L-akbar tkabbir fl-istorja ta' l-UE sehh fl-1 ta’ Mejju 2004, meta l-Unjoni Ewropea maghmula minn hmistax-il membru, f’daqqa wahda, kisbet ghaxar membri godda - ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, Cipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja. Dan l-avveniment storiku wasal ftit aktar minn sena wara li l-Parlament Ewropew kien approva l-ishubija ta’ dawn il-pajjizi, li fethet it-triq sabiex l-adezjoni taghhom tkun ratifikata mill-parlamenti nazzjonali tal-25 Stat, kollha kemm huma.

Mill-1997, il-Parlament Ewropew segwa u ssorvelja mill-qrib in-negozjati mal-kandidati ghal shubija fl-UE u l-progress li huma ghamlu. Dejjem insista li kull pajjiz ghandu jidhol fuq il-meriti tieghu stess u ma ghandux jigi accettat fuq rieda tajba biss. Fit-teorija, dan kien ifisser li xi pajjizi setghu jidhlu qabel ohrajn. Izda, fl-istess hin, il-Parlament hadem bis-shih sabiex jizgura li l-kandidati jkunu jistghu jikkwalifikaw, billi pprovda ghajnuna finanzjarja u teknika, kkritika fejn kien hemm bzonn u nkoraggixxa fejn possibbli. Meta ta l-verdett finali tieghu, nhar id-9 ta’ April 2003, kien ikkonkluda bil-ferh li l-ghaxar pajjizi kandidati li maghhom gew konkluzi n-negozjati kienu rriformaw is-sistemi politici, gudizjarji u ekonomici taghhom bizzejjed sabiex ikunu jistghu jidhlu.

Il-mistoqsija ta’ jekk dawn il-pajjizi ghandhomx jidhlu fl-UE b’mod gradwali jew kollha f’daqqa ghalhekk giet solvuta b'tkabbir f’daqqa. Izda, sabiex jigi zgurat li l-pajjizi li kienu ser jissiehbu jibqghu fit-triq it-tajba u ma jaqfux il-process ta' riforma wara li jiksbu l-approvazzjoni, il-Parlament introduca “klaswoli ta’ salvagwardja” fit-Trattat ta’ Adezjoni. Dawn jippermettu li jiddahhlu sanzjonijiet fuq pajjizi li ma jkunux ikkonformaw mar-regoli ta’ l-UE sa Mejju 2004. Per ezempju, setghet tigi introdotta projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ laham jekk pajjiz jonqos milli japplika r-regoli ta’ l-igjene fil-bicceriji.

Il-mixja lejn l-adezjoni

Wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin fl-1989, l-UE malajr stabbiliet relazzjonijiet diplomatici mal-pajjizi ta’ l-Ewropa Centrali u tal-Lvant. Matul is-snin disghin, l-UE kkonkludiet Ftehim ta’ Assocjazzjoni ma’ ghaxra minn dawn il-pajjizi. U fl-1993, fis-Summit ta' Copenhagen, il-mexxejja tal-gvernijiet ta’ l-UE hadu pass decisiv lejn it-tkabbir prezenti, billi qablu li “l-pajjizi assocjati fl-Ewropa Centrali u tal-Lvant li jixtiequ jaghmlu dan, ghandhom isiru membri ta’ l-Unjoni Ewropea”. F’din il-laqgha, gew stabbiliti wkoll il-htigiet ghal shubija fl-UE, maghrufin bhala l-kriterji ta’ Copenhagen. Dawn il-kriterji jehtiegu istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, r-regola tal-ligi, d-drittijiet umani u r-rispett ghall-minoritajiet; l-ezistenza ta’ ekonomija tas-suq li tahdem u li kapaci tlahhaq mal-pressjoni kompetittiva tal-forzi tas-suq Ewropew; l-abilità li jigu sodisfatti l-obbligi ta’ l-ishubija li jinkludu fedeltà lejn l-ghanijiet ta’ l-unjoni politika, ekonomika u monetarja; u l-aggustament ta’ strutturi amministrattivi, sabiex il-legislazzjoni ta’ l-UE tkun tista’ tigi implimentata b’mod effettiv.

F’Marzu 1998 ittiehdet id-decizjoni sabiex jibdew in-negozjati ta’ adezjoni ma’ sitt pajjizi: Cipru (li sadanittant applika wkoll sabiex jissieheb), ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Islovenja. Malta attivat mill-gdid l-applikazzjoni taghha ghal shubija f’Ottubru 1998. Minn dik is-sena, il-Kummissjoni ppubblikat b’mod regolari rapporti dwar il-progress tal-pajjizi kandidati kollha. Fis-Summit ta’ Helsinki f’Dicembru 1999, il-mexxejja tal-gvernijiet iddecidew li jibdew negozjati ta’ adezjoni ohra mar-Rumanija, l-Islovakkja, l-Latvja, l-Litwanja, l-Bulgarija u Malta, u sabiex it-Turkija tigi rikonoxxuta b’mod formali bhala pajjiz kandidat. Fl-ahhar, fis-Summit ta’ Copenhagen ta’ Dicembru 2002 gie deciz li jigu konkluzi n-negozjati ta’ adezjoni ma’ Cipru, r-Repubblika Ceka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, l-Islovakkja u l-Islovenja. In-negozjati mar-Rumanija u mal-Bulgarija kellhom jibqghu sejrin bil-ghan li dawn il-pajjizi jithejjew ghall-adezjoni fl-2007. Decizjoni dwar il-ftuh tan-negozjati mat-Turkija gew posposti ghal Dicembru 2004.

L-iskrutinju tal-Parlament

Il-Parlament Ewropew segwa l-process tat-tkabbir mill-qrib. Fl-1998 hatar Rapporteur ghal kull pajjiz kandidat. Kull sena l-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) hejjew rapport fuq il-bazi tar-rapporti dwar progress ippubblikati mill-Kummissjoni u l-konkluzjonijiet taghhom stess. Huma zaru l-pajjizi kandidati b’mod regolari, hadu sehem f’missjonijiet ta’ tfittxija tal-fatti u tkellmu ma’ politici, organizzazzjonijiet mhux governattivi, trade unions u ohrajn. Mill-1999, ipprezentaw ir-rapporti taghhom lill-Parlament kollu, darba fis-sena. Il-Parlament adotta dawn ir-rizoluzzjonijiet, li fihom fahhar fejn kien hemm bzonn u qajjem l-punti dghajfin fejn kien jinhtieg impenn addizzjonali. Kwistjonijiet importanti li hargu matul is-snin kienu l-protezzjoni ta’ gruppi ta’ minorità, bhalma huma r-Roma u l-omosesswali, il-glieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni ta’ l-ambjent.

Hafna mill-pajjizi kandidati htiegu xi ftit ta' inkoraggiment fir-rigward tas-sistemi politici jew ekonomici taghhom. Izda, b’mod regolari, il-Parlament ghamel pressjoni fuq il-pajjizi sabiex jiehdu azzjoni kull fejn kien hemm bzonn. B’hekk Malta kienet imhegga tapplika kif dovut, ligijiet Ewropej fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali u l-konservazzjoni tan-natura. Il-MPE urew it-thassib taghhom fuq l-opinjonijiet differenti dwar l-ishubija fl-UE li kellhom il-gvern Malti u l-oppozizzjoni, kwistjoni li giet deciza darba ghal dejjem mill-poplu ta’ Malta f’referendum. L-Islovenja giet imwissija sabiex tiehu passi sabiex tizgura li s-suq intern Ewropew jahdem kif dovut. Cipru, minhabba li huwa maqsum f’zona li titkellem bil-Grieg u f’zona li titkellem bit-Tork, kien kaz specjali. Ghalkemm il-Parlament dejjem sahaq li l-adezjoni ta’ Cipru ma ghandhiex tkun dipendenti fuq soluzzjoni ghall-qasma tal-gzira, ghamel pressjoni kemm fuq il-komunità Ciprijotta Griega kif ukoll fuq dik Ciprijotta Torka u fuq il-gvernijiet tal-Grecja u tat-Turkija sabiex jintlahaq ftehim.

Ir-repubblici Baltici ta’ l-Estonja, l-Latvja u l-Litwanja malajr issodisfaw l-istandards politici u ekonomici Ewropej izda fit-tlett kazijiet, il-Parlament heggeg ghal mizuri aktar energetici kontra l-korruzzjoni. L-Estonja u l-Latvja spiss gew imhegga jtejjbu l-integrazzjoni u l-protezzjoni tal-minoritajiet Russi taghhom, xi haga li l-Estonja, b’mod partikolari, ghamlet minnufih. Madankollu, l-Estonja htieget imbottatura fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali taghha. Il-Litwanja giet imhegga telimina d-diskriminazzjoni kontra l-omosesswali u sabiex tiehu l-problema ta’ traffikar tan-nisa aktar bis-serjetà.

Ir-Repubblika Ceka, l-Ungerija u l-Polonja gew imhegga jiggieldu t-turizmu sesswali, il-prostituzzjoni tat-tfal u t-traffikar tan-nisa b’aktar serjetà. L-Ungerija u r-Repubblika Ceka gew imwissija wkoll sabiex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra r-Roma u sabiex jintroducu programmi ta’ integrazzjoni ghalihom. Zewg kwistjonijiet ohra fir-rigward tar-Repubblika Ceka kienu s-sigurtà ta' l-impjant nuklejari ta’ Temelin u n-nuqqas ta’ rieda biex jigu rrevokati “d-digrieti ta’ Benes”, li llegittimizzaw l-espulsjoni tal-minorità etnika Germaniza wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Il-Gvern tar-Repubblika Ceka ghamel sforzi specjali sabiex l-impjant nuklejari jissodsifa l-istandards tas-sigurtà Ewropej bil-ghajnuna ta’ l-UE u ghamel koncessjonijiet importanti sabiex itaffi d-digrieti ta’ Benes.

Tpoggiet pressjoni fuq l-Ungerija sabiex ittejjeb il-protezzjoni ambjentali taghha. Il-ligi extraterritorjali fuq minoritajiet Ungerizi li jghixu f’pajjizi girien kienet ta’ importanza specjali. Wara kritika mill-Parlament Ewropew, din il-ligi giet modifikata minn gvern sussegwenti.

Il-Polonja gabet maghha problemi ekonomici importanti. Il-Parlament sahaq fuq il-htiega li jigu privatizzati l-kumpaniji l-kbar taghha li kienu propjetà ta’ l-Istat, specjalment dawk fis-setturi ta’ l-azzar, l-energija, il-kimika, l-armamenti, iz-zokkor u d-distilleriji. Wera wkoll bic-car il-htiega ghal bidla shiha fil-qasam tal-biedja, li thaddem aktar minn 27% tal-popolazzjoni, meta li l-medja ta’ l-UE hija ta’ 5%. Kwistjoni difficli kienet iz-zona Russa mdawwra b’pajjizi ohra ta’ Kaliningrad, izda fin-negozjati mal-gvern Russu, ntlahaq ftehim sodisfacjenti li jippermetti lic-cittadini Russi jkollhom transitu facli fuq it-territorju ta’ l-UE.

Fil-bidu, l-Islovakkja dehret li kienet f’pozizzjoni baghtuta biex tissodisfa l-kriterji politici. Il-gvern ta’ dak iz-zmien tal-Prim Ministru Meciar kien meqjus li ma kienx qieghed jaghmel bizzejjed riformi demokratici. Izda wara l-elezzjonijiet generali f’Settembru 1998, l-Islovakkja ghamlet progress mghaggel f’dan ir-rigward. Il-punti ta’ dghjufija li l-Parlament qajjem minn dak iz-zmien kellhom x’jaqsmu principalment mat-trattament tal-minorità tar-Roma, is-sigurtà fl-impjanti nuklejari ta’ Bohunice u Mochovce, li issa sejrin jigu maghluqa fl-2006 u fl-2008, u l-htiega sabiex tigi miggielda l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

Ghaxar pajjizi jircievu l-approvazzjoni

L-ahhar fost ir-rapporti tal-Parlament dwar il-pajjizi kandidati differenti gew ipprezentati nhar id-9 ta’ April 2003. Il-Parlament b'ferh kbir ikkonkluda li kienu saru sforzi kbar mill-pajjizi kandidati kollha sabiex isolvu l-problemi li kienu tqajmu matul l-ahhar ftit snin u ddecieda li jaghti l-approvazzjoni ghall-adezjoni lil kull wiehed mill-ghaxar pajjizi kandidati li mieghu gew konkluzi n-negozjati. Taht l-Artikolu 49 tat-Trattat ta’ l-UE, l-adezjoni ta’ kwalunkwe pajjiz gdid tehtieg il-kunsens tal-Parlament b’maggoranza assoluta (igifieri 314 minn 626 vot). Imbaghad, nhar l-14 ta’ April, il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Generali – il-Ministri ta' l-affarijiet barranin ta’ l-UE – approvaw b’mod unanimu Trattat ta’ Adezjoni wahdieni. Ladarba l-Parlament u l-Kunsill taw l-approvazzjoni taghhom, it-Trattat ta’ Adezjoni wasal ghar-ratifika fl-intier tieghu mill-parlamenti tal-hmistax l-Istat Membru ezistenti u l-ghaxar pajjizi applikanti. Il-pajjizi l-godda kollha hlief Cipru ghamlu referendum dwar l-ishubija fl-UE u dawn il-voti urew maggoranza assoluta tal-popolazzjoni favur l-ishubija.

Fondi bizzejjed ghall-pajjizi ta’ adezjoni

Meta l-Parlament ta l-kunsens tieghu ghall-adezjoni ta’ l-ghaxar pajjizi l-godda, u wara tilwima iebsa mal-Kunsill tal-Ministri zgura li jkun hemm flus bizzejjed ghalihom fil-bagit ta’ l-UE. Il-kunflitt qam meta l-Kunsill iddecieda, minghajr ma saqsa ghall-kunsens tal-Parlament, li jinkludi figuri fil-bagit li kienu restrittivi ghall-ghaxar pajjizi ta’ adezjoni fit-Trattat ta’ Adezjoni nnifsu. Dan gie meqjus mill-Parlament bhala ksur tas-setghat tal-bagit tieghu kif ukoll diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri prezenti u dawk il-godda.

Gimgha qabel il-vot tad-9 ta’ April, intlahaq ftehim dwar dikjarazzjoni mill-Kunsill li huwa kien sejjer jirrispetta d-drittijiet tal-bagit tal-Parlament, mhux biss fir-rigward tal-bagit ghat-tlett snin li kienu gejjin sa l-2006 izda wkoll fir-rigward ta’ l-ippjanar ta’ bagit futur fuq perjodu ta’ zmien twil mill-2007 il-quddiem taht il-Perspettiva Finanzjarja. Izda, l-Parlament xtaq isahhah is-setghat bagitarji tieghu minnufih u ghalhekk zied il-bagit ghall-politika interna sa l-2007, b’€600 miljun. Il-MPE qiesu li hemm bzonn ta’ din is-somma sabiex it-tkabbir jigi ffinanzjat b’mod adekwat. Wara negozjati difficli, id-delegazzjoni tal-PE rnexxielha tikseb €540 miljun, iggiefiri 90% ta’ kemm kienet talbet.

Il-Kunsill iddikjara wkoll b’mod formali li ma kienx sejjer ikun hemm ebda diskriminazzjoni kontra l-Istati Membri l-godda u li l-fondi mehtiega ghat-Turkija, li giet accettata bhala pajjiz kandidat, jigu mill-bagit ghall-istrategija ta’ qabel l-adezjoni milli mill-bagit tal-politika barranija, b’hekk ikun hemm aktar fondi disponibbli ghal din ta’ l-ahhar.

Il-beneficcji tat-tkabbir

Minkejja l-isforzi kollha mehtiega, il-Parlament Ewropew dejjem kien jappogga t-tkabbir. Il-beneficcji huma politici, ekonomici u kulturali. Il-firxa tal-paci, stabbilità u l-prosperità fl-Ewropa sejra ssahhah is-sigurtà tal-popli kollha taghha. Iz-zieda ta’ aktar minn 100 miljun ruh, f’ekonomiji li qeghdin jikbru malajr, fis-suq ta’ l-UE ta’ 370 miljun sejra tirrinforza t-tkabbir ekonomiku u tohloq ix-xoghol kemm fl-Istati Membri l-antiki kif ukoll f’dawk godda. Sejjer ikun hemm kwalità tal-hajja ahjar ghac-cittadini madwar l-Ewropa kollha filwaqt li l-membri l-godda jadottaw politika ta’ l-UE ghall-protezzjoni ambjentali u l-glieda kontra l-kriminalità, droga u immigrazzjoni illegali. Il-wasla ta’ membri godda ser issahah l-UE permezz ta’ diversità kulturali ikbar u fehim ahjar ta’ popli ohra. It-tkabbir sejjer isahhah ir-rwol ta’ l-Unjoni fi kwistjonijiet dinjija – f’politika barranija u f’politika dwar is-sigurtà, il-politika kummercjali, u f’oqsma globali ohra.

Tabilhaqq, uhud mill-beneficcji digà qeghdin jidhru. Fl-Ewropa Centrali u tal-Lvant, feggew demokraziji stabbli, b’istituzzjonijiet demokratici u b’aktar rispett ghall-minoritajiet. Skond il-Kummissjoni Ewropea, ir-riformi ekonomici f’dawn il-pajjizi wasslu ghal rati gholjin ta’ tkabbir ekonomiku (oghla mill-UE) u prospetti ahjar ta’ impjiegi. Dan il-process gie meghjun u nkoraggit bil-prospett ta’ shubija u bl-ghajnuna finanzjarja ta’ l-UE. B’rizultat ta’ dan, l-Unjoni tgawdi minn kummerc dejjem jikber ma’ dawn il-pajjizi (kummerc ta’ surplus ta’ €17 biljun fl-2000), u dan jiggenera xoghol u tkabbir fl-Istat Membri prezenti.



  
Relaturi:
  
>  Ir-Repubblika Ceka: Jürgen Schröder (EPP-ED, D)
>  L-Estonja: Michael Gahler (EPP-ED, D)
>  Cipru: Jacques Poos (PES, L)
>  Il-Latvja: Elisabeth Schroedter (Greens/EFA, D)
>  Il-Litwanja: Ioannis Souladakis (PES, GR)
>  L-Ungerija: Luís Queiró (UEN, P)
>  Malta: Ursula Stenzel (EPP-ED, A)
>  Il-Polonja: Jas Gawronski (EPP-ED, I)
>  L-Islovenja: Demetrio Volcic (PES, I)
>  L-Islovakkja: Jan Marinus Wiersma (PES, NL)
>  Il-Bulgarija: Geoffrey Van Orden (EPP-ED, UK)
>  Ir-Rumanija: Baroness Nicholson of Winterbourne (ELDR, UK)
>  It-Turkija: Arie Oostlander (EPP-ED, NL)
>   Summit ta’ Copenhagen (Gunju 1993)
>   Summit ta’ Helsinki (Dicembru 1999)
>   Summit ta’ Copenhagen (Dicembru 2002)
>   Trattat ta’ Adezjoni
>   Sit ta’ Tkabbir tal-Kummissjoni Ewropea
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Ir-Repubblika Ceka - test adottat mill-PE
>  L-Estonja - test adottat mill-PE
>  Cipru - test adottat mill-PE
>  Il-Latvja - test adottat mill-PE
>  Il-Litwanja - test adottat mill-PE
>  L-Ungerija - test adottat mill-PE
>  Malta - test adottat mill-PE
>  Il-Polonja - test adottat mill-PE
>  L-Islovenja - test adottat mill-PE
>  L-Islovakkja - test adottat mill-PE
>  Il-Bulgarija
>  Ir-Rumanija
>  It-Turkija - test adottat mill-PE

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004