|
Il-big bang ta’ l-2004, meta l-Unjoni Ewropea kibret ghal 25 membru, ser tkun segwita b’aktar espansjonijiet. Digà qeghdin isiru negozjati mal-Bulgarija u mar-Rumanija; ghandha tittiehed decizjoni dwar il-bidu tan-negozjati ta’ adezjoni mat-Turkija f’Dicembru 2004 u l-Kroazja issa applikat ghas-shubija wkoll.
Ghalkemm in-negozjati ta’ adezjoni mal-Bulgarija u mar-Rumanija bdew fl-1999, bejn wiehed u iehor fl-istess zmien ma' l-ghaxar pajjizi li dahlu fl-UE f’Mejju 2004, dawn iz-zewg pajjizi ghadhom ma nghatawx id-dawl ahdar. Il-mexxejja tal-gvernijiet ta’ l-UE fis-Summit ta’ Copenhagen ta’ Dicembru 2002 ma kkunsidrawx lill-Bulgarija u lir-Rumanija lesti, ghalkemm gharrfu l-progress konsiderevoli li z-zewg pajjizi kienu ghamlu sa dakinhar.
Il-Bulgarija ssoddisfat il-kriterji politici, izda kien fadlilha hafna x’taghmel sabiex issahhah il-gudikatura, tnehhi l-korruzzjoni u delitti li jinvolvu aktar minn pajjiz wiehed u telimina d-diskriminazzjoni kontra l-minorità tar-Roma. Ekonomikament, il-Bulgarija kienet ghadha mhiex kapaci tikkompeti mal-forzi tas-suq ta’ l-UE. Hija kienet mehtiega wkoll tizgura proceduri trasparenti ghall-akkwist pubbliku u tipprotegi ahjar id-drittijiet tal-propjetà intellettwali. Il-pajjiz gie mitlub itejjeb l-istrategija tal-provvista ta’ l-energija u biex jghalaq erba’ reatturi ta’ l-impjant Nuklejari ta’ Kozloduy. It-trattament ugwali bejn l-irgiel u n-nisa kien ghad jehtieg li jiddahhal f’ligi. Finalment, il-Bulgarija kellha l-htiega li tadotta legislazzjoni ambjentali aktar b’sahhitha. Il-Parlament ikkritika wkoll id-diskriminizzazzjoni kontinwa kontra l-omosesswali.
Ir-Rumanija tissodisfa l-kriterji politici wkoll, izda l-korruzzjoni tibqa’ problema serja. Ekonomikament, s’issa, il-pajjiz mhuwiex kapaci jikkompeti mal-forzi tas-suq ta’ l-UE. Sar ftit progress fil-moviment liberu tal-merkanzija u ta’ persuni u r-Rumanija ghandha nuqqas ta' kapacità amministrattiva sabiex tinforza l-legislazzjoni ambjentali gdida. Il-politika ta’ l-energija mhiex konsistenti. Ghalkemm il-politika tal-kontroll tal-fruntiera u tal-migrazzjoni tjiebet b’mod sinjifikanti, l-kapacità ta’ amministrazzjoni tal-fruntiera tehtieg li tigi rinfurzata. Id-dghjufija ta’ l-amministrazzjoni f’bosta setturi importanti ghadha kawza ta’ thassib serju. Fir-rapporti tieghu, il-Parlament kemm-il darba tkellem dwar l-abbuz u t-traskuragni ta’ tfal f’istituzzjonijiet ta’ l-istat Rumeni u dwar il-problemi ta’ tfal tat-triq u t-traffikar tat-tfal. Izda l-pajjiz, minn dak iz-zmien 'l hawn, ha passi importanti sabiex itejjeb it-trattament tat-tfal. Problemi ohra li semma il-Parlament kienu l-htiega li l-minoritajiet jigu integrati, specjalment ir-Roma, li l-industrija nuklejari u l-industrija tal-minjieri jsiru aktar siguri u li tigi salvagwardjata l-libertà ta’ l-informazzjoni u tal-media indipendenti.
Minhabba din is-sitwazzjoni, il-mexxejja tal-gvernijiet ta’ l-UE, f’Dicembru 2002, f’Copenhagen, iddecidew li jkomplu n-negozjati ta’ adezjoni mal-Bulgarija u mar-Rumanija u li jintensifikaw il-hidmiet sabiex jippreparawhom ghad-dhul fl-UE, sa l-2007, jekk ikun possibbli.
Fl-ahhar rapporti tieghu dwar il-progress li sar mir-Rumanija u l-Bulgarija, l-Parlament fahhar lill-Bulgarija dwar ix-xoghol li ghamlet u sostna li b'hekk seghtet tispicca n-negozjati ta' l-adezjoni sa l-ahhar ta' l-2004. Dwar ir-Rumanija, il-Parlament - ghalkemm ikkumenta dwar il-fatt li l-pajjiz ghamel progress f'certioqsma - qal li xorta hemm certu problemi biex jigu ssodisfati l-kriterji ta' Copenhagen. Tabilhaqq, il-Parlament qal li ma kienx possibli ghar-Rumanija li ssir membru ta' l-UE qabel ma timplimenta fis-shih certu mizuri kontra l-korruzzjoni, tizgura li l-qrati jkunu indipendenti u jahdmu kif suppost, kif ukoll li tizgura l-libertà ta' l-espressjoni tal-media u tiehu certu mizuri kontra t-tortura u t-trattament hazin fl'ghases tal-pulizija. Il-Parlament talab ukoll lir-Rumanija tohloq sistema effetiva ghall-protezzjoni tat-tfal.
Id-Decizjoni dwar il-ftuh tan-negozjati mat-Turkija fl-2004
Ghalkemm it-Turkija dahlet fi ftehim ta’ assocjazzjoni ma’ l-UE sa mill-1964 u applikat ghal shubija fl-1987, kienet rikonoxxuta biss formalment bhala pajjiz kandidat fis-Summit ta’ Helsinki ta’ l-1999 u s’issa, ghadha ma ttiehdet ebda decizjoni sabiex jinbdew negozjati ta’ adezjoni. Problema importanti matul is-snin kienet it-track record tat-Turkija dwar id-Demokrazija, r-regola tal-ligi, id-drittijiet umani u d-drittijiet tal-minoritajiet. Madankollu, f’Dicembru 2002, il-gvernijiet ta’ l-UE rrikonoxxew li f’perjodu relattivament qasir, it-Turkija kienet hadet passi sinjifikanti sabiex tirriforma l-legislazzjoni taghha sabiex tissodisfa l-kriterji politici ghall-adezjoni. It-Turkija giet imhegga tkompli r-riformi taghha b’mod energetiku. U jekk il-Kunsill, fuq il-bazi ta’ rapport u rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni, f’Dicembru 2004, jiddeciedi li t-Turkija tissodisfa l-kriterji politici ta’ Copenhagen, l-UE sejra tiftah in-negozjati ta’ adezjoni minnufih.
F’rizoluzzjoni adottata nhar il-5 ta’ Gunju 2003, il-Parlament qabel ma’ din l-opinjoni. Huwa laqgha l-progress li t-Turkija ghamlet biex tissodisfa l-kriterji politici ghal shubija fl-UE izda qal li l-kundizzjonijiet ghall-ftuh ta’ negozjati ta’ adezjoni ghadhom ma gewx sodisfatti. Il-Membri tal-Parlament Ewropew sahqu fuq il-htiega ghal riforma komprensiva ta’ l-istat u esprimew it-thassib taghhom fuq “ir-rwol eccessiv” ta’ l-armata fit-Turkija. Izda, huma sahqu li anki jekk il-valuri politici ta’ l-Unjoni Ewropea – d-demokrazija, ir-regola tal-ligi, id-drittijet tal-bniedem u tal-minoritajiet u l-libertajiet tar-religjonijiet u tal-kuxjenza – huma, b’mod ewlieni mfasslin fuq il-kultura Lhudija-Kristjana u umanista ta’ l-Ewropa, huma jistghu jigu accettati b’mod perfett u ddefendut minn pajjiz fejn il-maggornaza tal-popolazzjoni hija musulmana. Fi kliem iehor l-MPE jemmnu li r-religjon dominanti ta’ pajjiz kandidat ma tikkostitwix fiha nfisha ostakolu ghal shubija fl-UE.
Harsa lejn il-Balkani tal-Punent
Bit-tkabbir ta’ l-2004 u ta’ l-2007 inghata bidu ghal dibattitu dwar il-konfini finali ta’ l-UE. S’issa ghad ma tistax tinghata risposta definittiva. Izda fis-Summit ta’ Thessaloniki ta’ Gunju 2003, il-mexxejja ta’ gvernijiet ta’ l-UE urew bic-car il-prospett ta’ shubija fl-UE tal-hames pajjizi tal-Balkani tal-Punent, l-Albanija, l-Bosnia u Herzegovina, il-Kroazja, is-Serbja u l-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Macedonja. Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent sejrin jissahhu aktar, ghax ser jikkunsidraw l-esperjenza miksuba mill-process ta’ adezjoni tal-pajjizi ta’ l-Ewropa Centrali u tal-Lvant. B’konformità ma’ talba mill-Parlament, sejrin jizdiedu €200 miljun mal-fondi li hemm digà disponibbli ghal dan ir-regjun ghas-snin 2004-2006. Il-Membri tal-Parlament Ewropew sahqu li kien wasal iz-zmien li dawn il-pajjizi ma jiqbghux biss jiffukaw fuq is-sigurtà fir-regjun imma lijibdew jistinkaw ukoll sabiex ikattru l-hidma socjali u ekonomika, ghax inkella l-pajjizi tal-Balkani tal-Punent kienu ser jispiccaw f'faqar permanenti u kien hemm ir-riskju li dan jerga’ jsir regjun ta’ kunflitti. Il-Kroazja applikat ghas-shubija fi Frar 2003 u l-Kummissjoni harget opinjoni favorevoli dwar din l-applikazzjoni. Il-Macedonja applikat ghas-shubija f'Marzu 2004.
|