Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Ic-cittadinanza Ewropea
Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali
Id-Drittijiet Fundamentali
L-access pubbliku
ghal dokumenti
L-edukazzjoni
u l-mobilità taz-zaghzagh
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Equal Rights


Inqumu ghad-drittijiet fundamentali

L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq id-drittijiet umani, il-libertajiet civili u r-regola tal-ligi, izda il-ksur ta’ dawn id-drittijiet jigi rapportat b’mod regolari madwar l-Ewropa. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jaraw din il-haga bhala d-dover taghhom, bhala rapprezentanti eletti tal-poplu, li jizguraw li kull nuqqas fil-libertajiet civili mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE jew mill-Istati Membri ma jghaddihiex lixxa. Arma ewlenija fl-armerija taghhom hija r-revizjoni annwali mill-Parlament tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea.

Ghalkemm il-ksur tad-drittijiet umani huma generalment meqjusa bhala problema ta’ pajjizi li mhumiex demokratici, il-kompjacenza hija inqas komuni llum fl-Ewropa, fid-dawl ta’ l-abbuzi u l-imwiet taht il-kustodja tal-pulizija, vjolenza kontra nisa u tfal u trattament hazin fuq persuni li jfittxu l-asil u immigranti. L-UE issa qeghda tibda thares lejn dawn is-suggetti u lejn hafna ohrajn, li qabel kienu jiehdu hsiebhom il-gvernijiet nazzjonali, hija nnifisha.

Progress gradwali fuq id-drittijiet bazici

It-Trattat originali tal-KE ta’ l-1957 ma kien fih l-ebda dispozizzjoni ghad-drittijiet fundamentali, dan kien jithalla f’idejn il-Qorti tad-Drittijiet Umani ta’ l-Ewropa fi Strasbourg, korp li huwa kompletament separat mill-Komunità Ewropea. Izda, matul is-snin, inhargu dikjarazzjonijiet successivi fuq id-drittijiet bazici mill-Komunità Ewropea. Barra minn hekk, il-kazistika tal-Qorti tal-Gustizzja tal-KE fil-Lussemburgu gradwalment stabbilixxa standards ghall-protezzjoni tad-drittijiet umani.

Il-klima nbidlet b’mod sinnifikanti bit-Trattat ta’ Amsterdam fl-1999, li witta’ it-triq ghal-legislazzjoni biex tiggieled id-diskriminazzjoni ta’ certi tipi, per ezempju fuq bazi ta’ sess, razza, religjon jew twemmin, disabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

Ic-Charter ta’ l-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali, iddikjarat fl-2000, stabbilixxa b’mod car, ghall-ewwel darba, firxa komprensiva ta’ drittijiet bazici ghac-cittadini ta’ l-UE. Ic-Charter gie mehmuz mat-Trattat ta’ Nizza bhala anness minghajr ebda forza legali li torbot izda l-Parlament Ewropew ilu jinsisti sabiex dan jigi inkorporat fil-Kostituzzjoni l-gdida ta’ l-UE, li taghtih il-forza kollha tal-ligi. Sa mill-1999 il-Kunsill tal-Ministri fassal rapport annwali dwar id-drittijiet umani kemm fl-UE kif ukoll barra mill-UE.

Harsa lejn l-Istati Membri

Ghalkemm il-Parlament ma ghandu l-ebda poteri legizlattivi fuq id-drittijiet umani u l-libertajiet civili fl-Ewropa, bhala forum demokratiku jista’ juza’ l-poter tal-perswazjoni, il-forza morali u n-naha s-sabiha tal-pubblicità biex isir progress f’dal-qasam. Il-MPE ta’ spiss jadottaw rizoluzzjonijiet fuq kwistjonijiet tad-drittijiet umani u matul dawn l-ahhar ghaxar snin adottaw rapport annwali fuq il-libertajiet fundamentali fl-UE. Minbarra li jirriflettu l-hsibijiet tal-MPE, dawn ir-rapporti jistghu jirrispondu wkoll ghar-rapport tal-Kunsill fuq id-drittijiet umani u issa jqisu c-Charter bhala punt ta’ referenza.

Ir-rapporti annwali tal-Parlament jipprovdu opportunità biex tigi ezaminata s-sitwazzjoni generali li ghandha x’taqsam mad-drittijiet umani u mal-libertajiet civili fl-UE, li jinkudu analizi tal-legislazzjoni kurrenti u liema politika tista’ tigi ntrodotta fil-futur fuq livell Ewropew. Dawn ukoll jghinu lill-MPE biex jikkritikaw, u jfahhru okkazjonalment, lill-Istati Membri b’mod individwali.

L-ebda pajjiz ma harab ic-censura ghal kollox. Fl-1999, il-Parlament innota li hdax mill-hmistax-il Stat Membru gew akkuzati mill-Amnesty International b’abbuzi serji u inqas serji fuq id-drittijiet umani. Fost il-kwistjonijiet li sar enfazi fuqhom f’dawn l-ahhar hames snin, il-Grecja giet imwissija severament ghat-trattatment ingust ta’ persuni li oggezzjonaw b’mod serju ghas-servizz militari. L-Italja giet imwissija ghan-numru ta’ kazijiet fil-qrati li ma gewx mismugha fi zmien ragjonevoli. Sar emfazi dwar l-iffullar fil-habsijiet fir-Renju Unit, fil-Portugall, fil-Belgju, fl-Italja u fi Franza. Il-Germanja, id-Danimarka, Franza, l-Italja u l-Irlanda kienu mgieghla jaghtu d-dritt ta’ strajk lill-haddiema tac-civil. Min-naha l-ohra l-gharfien tad-drittijiet tat-transesswali fil-Finlandja u l-istituzzjoni ta’ zwigijiet omosesswali fil-Belgju kienu maghzula biex jigu mfahhra, kif sehh ukoll ghall-kampanji ta’ diversi pajjizi biex jiggieldu stereotipi kontra l-Islam u kontra l-Lhud wara l-attakki terroristici tal-11 ta’ Settembru 2001.

Jitkellem ghal min hu dghajjef u vulnerabbli

Minbarra li jiffoka fuq l-izbalji ta’ l-Istati Membri individwali, il-Parlament jishaq fuq li jsejjah ghal politika fuq livell ta’ l-UE fejn din tkun tidher li tista’ toffri l-ahjar soluzzjoni. Madwar nofs miljun mara mill-Ewropa centrali u tal-Lvant huma migjuba fl-UE u mibjughin ghall-prostituzzjoni kull sena. Il-MPE qed isejhu ghall-politika Ewropea kontra t-traffikar tal-persuni umani, billi jirrakkomandaw li jinghata permess ta’ residenza ghal zmien qasir lill-vittmi tat-traffikar li jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet.

It-trattament tar-refugjati u l-immiganti kienet kwistjoni ohra ghall-Parlament u ta’ spiss talab ghal politika komuni ta’ l-UE dwar l-asil. Il-MPE ikkundannaw ukoll kull forma ta’ diskriminazzjoni, inkluzi dawk kontra l-omosesswali u l-minoritajiet etnici, specjalment ir-Roma. U ta’ spiss tkellmu ghad-drittijiet tat-tfal, l-anzjani u l-persuni b’disabilità.

Kwistjoni ohra kienet il-libertà ta’ l-espressjoni u informazzjoni minhabba l-koncentrazzjoni dejjem tikber fl-industrija tal-media. Il-MPE sejhu ghal ‘Suq tal-Media Ewropew’, b’regoli ta’ l-UE dwar l-industrija tal-media, biex jiggieldu l-inkonsistenza li qeghda tikber fir-regoli nazzjonali u biex tipprotegi l-libertà ta’ l-informazzjoni.

AWara l-11 ta’ Settembru 2001, il-MPE ikkundannaw minghajr ebda riservi it-terrorizmu imma argumentaw li mizuri biex jipprevenuh u jikkastigawh ghandhom josservaw ir-regola tal-ligi. Huma wkoll ippruvaw iharsu l-privatezza ta’ l-informazzjoni privata minkejja li l-USA riedet li tinghatala informazzjoni fuq il-passiggieri ta’ l-ajru.

Fl-ahhar, fuq inizjattiva tal-Parlament, gie imwaqqaf grupp ta’ esperti indipendenti dwar id-drittijiet fundamentali, mill-Kummissjoni f’Settembru ta’ l-2002 u kien mitlub jipprepara rapport annwali fuq l-implimentazzjoni tac-Charter fl-Istati Membri.



  
Relaturi:
  
>  Rapport annwali, Gunju 1998 sa Gunju 1999: Bertel Haarder (ELDR, DK) – ma ghadux Membru tal-Parlament Ewropew
>  Rapport annwali ghas-sena 2000: Thierry Cornillet (EPP-ED, F)
>  Rapport annwali ghas-sena 2001: Joke Swiebel (PES, NL)
>  Rapport annwali ghas-sena 2002: Fodé Sylla (EUL-NGL, F)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Rapport annwali, Gunju 1998 sa Gunju 1999 - test adottat mill-PE
>  Rapport annwali ghas-sena 2000 - test adottat mill-PE
>  Rapport annwali ghas-sena 2001 - test adottat mill-PE
>  Rapport annwali ghas-sena 2002 - test adottat mill-PE

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004