"Il-popli ta’ l-Ewropa, waqt li stabbilew unjoni dejjem aktar maghquda bejniethom, riedu li jaqsmu futur fil-paci bbazat fuq valuri komuni." Hekk jibda l-preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, adottata mis-Summit Ewropew ta’ Nizza, f’Dicembru 2000. Dan it-test, li ghandu jigi nkorporat fil-Kostituzzjoni futura ta’ l-Unjoni, juri l-bidla fin-natura tal-Komunità Ewropea. Originarjament kienet essenzjalment ekonomika, izda li llum saret Unjoni politika u zona komuni ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ gustizzja.
"Ic-cittadini kollha ta’ l-Unjoni zgur jifhmu li, minn issa l-quddiem, il-Karta sejra tkun il-ligi li tigwida l-azzjonijiet ta’ l-Assemblea. Hija sejra tkun ir-referenza ghall-atti kollha tal-Parlament Ewropew li jkollhom impatt dirett jew indirett mac-cittadini ta’ l-Unjoni." Din id-dikjarazzjoni tas-Sinjura Nicole Fontaine, president tal-Parlament Ewropew mil-1999 sa l-2001 fis-Summit ta’ Nizza, enfasizzat is-solennità ta’ l-avveniment u tas-success provizorju li jimmarka it-tmiem ta’ battalja twila tal-Parlament Ewropew li ghal zmien twil xtaq li jghammar lill-Unjoni b’katalogu ta’ drittijiet u ta’ valuri komuni.
Fl-1989, il-Parlament Ewropew kien iccelebra l-mitejn sena mir-Rivoluzzjoni Franciza billi adotta "Dikjarazzjoni tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali". Kien hemm test ta’ referenza ghall-Istati Membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u ghan-nies b'nazzjonalità taghhom: il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li kienet iffirmata fl-1950. Izda dan it-test ma kienx specifiku ghall-Unjoni Ewropea u ma kienx jaghti kas ta’ nofs seklu ta’ evoluzzjoni tas-socjetà Ewropea. Il-progress teknologiku u socjali kien jehtieg protezzjonijiet godda ghall-beneficcju tac-cittadini, b’mod partikolari fl-oqsma tat-teknologiji ta’ l-informatika, tal-bijoteknologija, tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, tal-pluralizmu tal-media, u l-ideja ta’ amministrazzjoni tajba. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa hija ghandha madwar tnax-il protokoll, kuntrarjament ghall-Konvenzjoni nnifisha, ma gewx ratifikati mill-Istati Membri kollha.
F'trattati successivi li wasslu lill-Komunità Ewropea ghal Unjoni politika elenkaw drittijiet u valuri diversi, izda b’mod mifrux. Ghalhekk xieraq li dawn ir-referenzi kollha jigu migburin, iccarati u modernizzati f’test wahdieni u koerenti, b’mod partikolari minhabba li numru ta’ pajjizi eks-komunisti kienu se jsiru membri ta' l-Unjoni li ghalihom hi wkoll gabra ta’ valuri li huma kienu michudin minnhom ghal sekli shah. Kien fl-ahhar importanti li l-Qorti tal-Gustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u l-Qorti tal-Gustizzja fil-Lussemburgu jigu pprezentati b’test ta’ referenza li jkun ekwivalenti ghall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li fuqha tibbaza l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu.
L-Ewwel Konvenzjoni
Kien is-Summit ta’ Cologne, f’Gunju 1999, li qies li kien iz-zmien, ghall-Unjoni li tfassal Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tigbor flimkien id-drittijiet civili, politici, ekonomici u socjali tac-cittadini Ewropej: "Ir-rispett tad-drittijiet fundamentali huwa wiehed mill-principji bazici ta’ l-Unjoni Ewropea u kuncett indispensabbli ghal-legittimità taghha". Twaqqfet Konvenzjoni li kienet tikkonsisti f'15-il rapprezentant tal-Kapijiet ta’ l-Istat jew tal-Gvern, 30-il rapprezentant tal-parlamenti nazzjonali, 16-il rapprezentant tal-Parlament Ewropew u rapprezentant tal-Kummissjoni Ewropea. Din il-Konvenzjoni giet ippreseduta mill-eks President tar-Repubblika tal-Germanja, Roman Herzog, u d-delegazzjoni tal-PE kienet immexxija minn Íñigo Méndez de Vigo.
Nhar is-17 ta’ Dicembru 1999, is-Sur Herzog fetah b'dawn il-kliem "Sejrin nahdmu fuq test li mhuwiex sejjer ikollu minnufih, il-forza obbligatorja tal-legislazzjoni Ewropea u komunitarja. Minkejja dan, ghandna dejjem inharsu lejn l-ispirtu ta’ l-idejal li l-Karta li ahna rridu nfasslu ghandha tikseb xi darba, f’futur relattivament vicin, funzjoni obbligatorja (…) Huwa xieraq li jigi stabbilit katalgu li, fil-mument meta jsir ta’ ristrezzjoni, ma ghandux ikun la mqassar u lanqas rivedut. »
Inqas minn 10 xhur wara, wara sittax il-sessjoni plenarja pubblika li fihom is-socjetà civili (sindakati, NGOs, ecc) setghet twassal l-opinjoni taghha, il-Konvenzjoni adottat it-test finali tal-Karta nhar it-2 ta’ Ottubru 2000. Is-summit informali ta’ Biarritz approvah nhar it-13 ta’ Ottubru. U, nhar is-7 ta’ Dicembru 2000, is-Summit Ewropew ta’ Nizza pproklamah b’mod solenni.
L-esigenzi tal-Parlament Ewropew
Skond il-parir ta’ bosta osservaturi, id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew kellha rwol kostruttiv u decisiv fil-Konvenzjoni, li rrifleta ta’ l-ambizzjonijiet tal-Parlament. Id-deputati, li kienu favur hafna l-elaborazzjoni ta’ Karta hassew li kien hemm bzonn li din tikkonferixxi bazi guridika u etika aktar soda fuq il-process Ewropew ta’ integrazzjoni. Kien il-Parlament Ewropew li originarjament kien issuggerixxa il-metodu tal-Konvenzjoni kellu jkun miftuh u trasparenti. Ir-rapidità u t-tmiem tajjeb tax-xoghol tal-Konvenzjoni kienu success f’ghajnejn id-deputati li ghalihom it-test li kien rrisultà kien digà jiddisponi minn legittimità cara u evidenti. Barra minn hekk l-istess dan il-metodu sejjer jerga’ jintuza fl-2002-2003 sabiex jigi elaborat l-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali.
Mill-banda l-ohra, id-deputati kienu inqas ferhanin bix-xorti merfugha ghat-test mill-Kapijiet ta’ l-Istat jew tal-Gvern. Huma xtaqu li l-Karta tigi integrata fit-Trattat ta’ Nizza u li jkollha forza guridika ta’ restrizzjoni ghall-Istati Membri. "Kwalunkwe soluzzjoni ohra, bhal per ezempju dikjarazzjoni semplici, idghajjef d-dehra ta' l-Unjoni", qalet il-president tal-PE, is-Sinjura Nicole Fontaine. Izda s-Summit Ewropew ta’ Nizza ghamel biss "dikjarazzjoni solenni" u l-Karta giet sempliciment annessa mat-Trattat il-gdid, minghajr forza ta’ restrizzjoni. Kien nofs falliment jew nofs success, skond kif wiehed ihares lejha. Izda din ma kienitx it-tmiem ta’ l-istorja.
Il-mexxejja Ewropej malajr indunaw bl-okkazjoni li tilfu u bl-insufficjenzi tat-Trattat ta’ Nizza, mhux biss ghall-Karta izda wkoll ghar-riforma ta’ l-istituzzjonijiet li kienet mehtiega li tigi addattata ghall-Unjoni li dalwaqt sejra tikber. Il-kwistjoni ta’ l-integrazzjoni tal-karta fit-Trattati u ta’ l-istatut guridiku giet mrodda lura ghall-Konferenza Intergovernattiva li jmiss, li ma kienitx se ddum u li, ghall-ewwel darba, kienet sejra tigi mhejjija minn Konvenzjoni gdida miftuha u minn konferenza diplomatika wahda bil-bibien maghluqin. B’mod konformi max-xewqa tal-PE, din il-Konvenzjoni l-gdida f’Lulju 2003 ipprezentat progett shih tal-Kostituzzjoni, li jirrazzjonalizza t-trattati kollha ezistenti minn qabel, li jipproponi li l-Karta fl-ahhar tigi integrata fil-Kostituzzjoni, ghajr ghal xi addattamenti, u li jaghtuha forza guridika ta’ restrizzjoni.
Ir-ruh civika ta’ l-Ewropa
F'hamsin cirkulari migburin f’sitt kapitoli, kif spjegati hawn taht, il-Karta ta’ Dicembru 2000 tistabbilixxi gabra tal-valuri u tad-drittijiet li ghandhom dritt ghalihom ic-cittadini Ewropej. Hija sa certu punt "ir-ruh tac-cittadin" tal-kostituzzjoni Ewropea.
Dinjità. "Id-dinjità umana hija invjolabbli. Hija ghandha tigi rispettata u protetta". Dan huwa l-ewwel Artikolu tal-Karta, li mbaghad jirrikonoxxi id-dritt ghall-hajja u jipprojbixxi l-penali tal-qtil, tat-tortura, ta' l-iskjavitu u l-kummerc tal-bnedmin. Id-dritt ghall-integrità fizika u mentali jinkludi dispozizzjonijiet godda li saru mehtiega bl-evoluzzjoni tal-medicina u tal-bijologija, b’mod partikolari bl-interdizzjoni ta’ l-ewgenici u tal-klonazzjoni riproduttiva tal-bnedmin.
Libertà. Flimkien mal-libertà tradizzjonali (libertà tal-hsieb, tar-religjon, ta’ l-espressjoni u ta’ assocjazzjoni, ecc) u r-rispett tal-hajja privata, il-karta tinkludi wkoll l-protezzjoni ta’ data, il-pluralizmu fil-media, id-dritt tax-xoghol (izda dan ma jfissirx id-dritt ghal impjieg). Id-drittijiet socjali jikkostitwixxu innovazzjoni importanti, li qajmu kontroversja kbira li hafna drabi kienet solvuta permezz ta' formulazzjonijiet ta’ kompromess sabiex jigi ppreservat il-konsensus finali fuq it-test.
Ugwaljanza. "Il-persuni huma kollha ugwali quddiem il-ligi." Hekk jiftah il-kapitolu dwar l-ugwaljanza, li jinkludi ghall-ewwel darba serje ta’ drittijiet socjali f’test globali fuq id-drittijiet fundamentali u li jistabbilixxi principju generali ta’ diskriminazzjoni. Dan il-kapitolu jipproklama b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa fl-oqsma kollha. Huwa jaghti ukoll importanza konsiderevoli lid-drittijiet tat-tfal, tal-persuni anzjani u tal-persuni b’disabilità.
Solidarjetà. Din hija l-ewwel darba li l-kuncett ta’ solidarjetà gie inkluz f'test guridiku. Dan il-kapitolu jirrikonoxxi d-dritt tal-haddiema ghall-informazzjoni u ghall-konsultazzjoni mal-haddiema fi hdan l-intrapriza, id-dritt tan-negozjati u ta’ azzjonijiet kollettivi (u d-dritt ghal strajk), id-dritt ta’ access ghas-servizzi ta’ investiment, il-protezzjoni fil-kaz ta’ telf ta' l-impjieg, id-dritt ghal kundizzjonijiet tax-xoghol gusti u ekwitabbli, id-dritt ta’ access ghall-beneficcji tas-sigurtà socjali u ghas-servizzi ta’ interess ekonomiku generali u il-protezzjoni ta’ l-ambjent u tal-konsumatur. Bosta mill-aspetti ta’ dan il-kapitolu gdid qajmu kontroversja meta gew diskussi, ghax certi Stati Membri ma riedux li dawn id-drittijiet proklamati fuq livell Ewropew jinterferixxu mas-sistemi socjali nazzjonali taghhom. Din hi r-raguni ghaliex certi artikoli huma kultant ambigwi u ghaliex, fl-ahhar tal-karta, ta’ dispozizzjonijiet li jillimitaw l-obbligi ta' l-Istati Membri ghall-kazijiet fejn dispozizzjonijiet decizi fil-livell komunitarju. Dispozizzjonijiet li, spiss, jirrikjedu votazzjoni unanima.
Cittadinanza. Bosta dispozizzjonijiet f’dan il-kapitolu kienu digà fformulati fit-trattat ta’ Maastricht, bhalma huma d-dritt tal-vot u l-eligibilità biex tikkontesta elezzjonijiet lokali u Ewropej, jew id-dritt ghall-protezzjoni diplomatika u konsulari. Dispozizzjonijiet godda mportanti jinkludu d-dritt ghal "amministrazzjoni tajba" u d-dritt ta’ access ghad-dokumenti.
Gustizzja. Dan il-kapitolu jinkludi b’mod partikolari d-dritt ghall-access fi tribunal imparzjali u l-prezunzjoni ta’ l-innocenza.
Qasam ta’ applikazzjoni. Il-Karta tikkonkludi b’dispozizzjonijiet generali li jispecifikaw l-oqsma fejn tapplika l-karta. Dawn id-dispozizzjonijiet gew riveduti mill-Konvenzjoni dwar il-futur ta’ l-Ewropa sabiex jineghleb l-ostakolu li ltaqghu mieghu f’Nizza u sabiex jippermetti l-integrazzjoni tal-Karta hekk kif inhi fit-Trattat kostituzzjonali futur. Dawn id-drittijiet u principji japplikaw ghall-istituzzjonijiet u ghall-organi ta’ l-Unjoni ghall-mizuri legislattivi kollha li huma jelaboraw u ghall-Istati Membri meta huma jdahhlu fis-sehh id-dritt ta’ l-Unjoni.
Hija ma tagixxix sabiex tkabbar is-setghat ta’ l-Unjoni, lanqas biex timmodifika l-ordni kostituzzjonali intern ta’ l-Istati Membri, izda sabiex tipprezenthom, fl-ezercizzju tal-politika komuni, fir-rispett ta’ dawn id-drittijiet u l-valuri fundamentali. Drittijiet u valuri minn issa ’l quddiem segwiti minn qrib nofs biljun cittadin Ewropew.
|