Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Iċ-ċittadinanza Ewropea
Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali
Id-Drittijiet Fundamentali
L-aċċess pubbliku
għal dokumenti
L-edukazzjoni
u l-mobilità taż-żagħżagħ
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Dritt għall-vot, petizzjonijiet, l-Ombudsman: iċ-ċittadinanza Ewropea

Ċittadin ta' kwalunkue Stat ta' l-Unjoni huwa wkoll ċittadin ta' l'Unjoni. Iċ-cittadinanza ta' l-Unjoni hija kumplimentari għaċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitiwixxiehx. Dan il-prinċipju li huwa mniżżel fit-Trattat ta’ Amsterdam, għandu post importanti fl-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea elaborat mill-Konvenzjoni. Il-kunċett ta' ċittadinanza ta' l-Unjoni ġie mibni mal-milja tat-Trattati. Id-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet lokali jew Ewropej, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huma l-elementi l-iżjed importanti taċ-ċittadinanza. Il-Kumitat tal-Petizzjonjiet tal-Parlament u l-Ombudsman huma wkoll mezzi ta’ servizz għaċ-ċittadini meta dawn jidrilhom li d-drittijiet tagħhom ma ġewx irrispettati.

Kien b’mod partikolari t-Trattat ta’ Maastricht fis-sena 1992, li ppreżentata għall-ewwel darba l-ideja ta' "ċittadinanza Ewropea". Kienu diġa jeżistu ċertu drittijiet li joħorġu mill-liġijiet tal-Komunità, bħad-dritt li wieħed iżur u jgħix b’mod liberu fit-territorju ta’ l-Istati Membri jew id-dritt li wieħed jaħdem fis-servizz pubbliku ta' xi Stat Membru ieħor sakemm dan ix-xogħol ma jeżerċitax awtorità pubblika. Taħt it-titlu "Iċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni", miktub fil-bidu nett tat-test, it-Trattat ta’ Maastricht imur ħafna iżjed il-bogħod u jagħraf id-dritt tal-vot u l-eliġibilità biex wieħed jikkontesta fl-elezzjonijiet lokali jew Ewropej, il-protezzjoni diplomatika u konsulari f'pajjiżi oħra mhux Stati Membri, fejn kull ċittadin ta’ l-UE għandu d-dritt għall-għajnuna u protezzjoni minn rappreżentanti ta’ l-Istati l-oħra bħali kieku kien ta' l-istess nazzjonalità tagħhom. Fl-aħħar, it-Trattat ta’ Maastricht introduċa d-dritt tal-petizzjoni u stabbilixxa l-Ombudsman Ewropew.

L-abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali li jinkorpora dawn id-drittijiet kollha, jsaħħahom aktar billi jinkludi wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – fosthom id-dritt għall-amministrazzjoni tajba – billi fl-Artikolu 1, hemm miktub li l-Unjoni "tirrifletti r-rieda taċ-ċittadini u ta’ l-Istati ta’ l-Ewropa li jibnu futur komuni bejniethom”. Dan il-prinċipju ta' leġittimità doppja, dik taċ-ċittadini nfushom u dik ta’ l-Istati, li fuqha hija bbażata l-Unjoni, hija xhieda tal-bidla progressiva naturali ta' l-UE. Id-dritt għall-vot u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huma suġġetti li jiġu diskussi f’partijiet oħra fil-ġabra ta’ informazzjoni tagħna. Din in-nota tiffoka fuq id-dritt tal-petizzjoni u r-rwol ta' l-Ombudsman.

Il-petizzjoni: mod kif iċċaqlaq l-affarijiet

Il-Membri Parlamentari qegħdin hemm biex jilqgħu l-ilmenti taċ-ċittadini li jivvutawlhom. Minn mindu nħoloq id-dritt għall-petizzjoni, il-Parlament Ewropew waqqaf Kumitat tal-Petizzjonijiet li x-xogħol tiegħu ma waqafx jikber. Taħt din il-leġislatura, inkisru ir-rekords kollha: kien hemm madwar 6000 petizzjoni! Il-petizzjonijiet jitgħu jintbagħatu sew minn individwi partikolari sew minn assoċjazzjonijiet li jilmentaw kontra n-nuqqas, spiss ta' l-Istati Membri, li jimplimentaw il-liġijiet tal-Komunità. Dawk li jressqu l-petizzjonijiet jistgħu wkoll iressqu quddiem il-Kumitat nuqqasijiet li jaħsbu li jeżistu fil-legislazzjonijiet Ewropej. Id-dritt li tagħmel petizzjoni jew li tressaq ilment quddiem l-Ombudsman huwa miftuħ għal kull individwu jew organizzazzjoni li toqgħod jew li hi rreġistrata f’xi Stat Membru, mingħajr il-kundizzjoni tan-nazzjonalità.

Fost dawn is-6000 petizzjoni li tressqu f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm biċċa kbira minnhom li ma kienux aċċettati, sew minħabba li ma rrispettawx il-kriterji sew minħabba li dawn kienu jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-Ombudsman. Iżda ħafna minn dawn il-petizzjonijiet kienu eżaminati mill-MPE u rrisultaw f'benefiċċji għaċ-ċittadini. F’madwar ħamsin każ, wara li l-Parlament ressaq l-ilmenti lill-Kummissjoni Ewropea din għamlet rikorsi quddiem il-Qorti tal-Gustizzja kontra dawk l-Istati li ma rrispettawx ir-regoli. Intervent mall-amministrazzjonijiet nazzjonali spiss jagħti ċ-ċans li titranġa l-problema, għall-benefiċċju ta’ kullħadd. Kultant petizzjoni individwali toħloq skop għal-leġislazzjoni ġdida, li tgħodd għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni.

Il-problemi li jressqu ċ-ċittadini f’dawn il-petizzjonijiet għandhom x’jaqsmu l-iżjed ma’ l-ambjent, il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija, is-sigurtà soċjali, ir-rikonoxximent tad-diplomi u tal-kwalifiki kif ukoll it-taxxi. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-petizzjonijiet ġejjin minn individwi, oħrajn fihom numru impressjonanti ta’ firem. Per eżempju, petizzjoni dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tax-xadini l-kbar ġabret 2 miljun firma!

Każijiet veri

Il-petizzjonijiet għandu jkollhom x’jaqsmu ma’ oqsma li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza fihom u jridu jkunu ta' nteress dirett għal min iressaqhom. Per eżempju, ċittadin Ingliż għandu dar tal-kampanja fit-Toskana. Huwa xtaq jagħmel użu mill-karozza matul il-vakanzi tiegħu. Imma l-awtoritajiet Taljani awtorizzaw ir-reġistrazzjoni ta' karozzi għar-residenti permanenti biss. Il-problema tiegħu ġiet eżaminata mill-Parlament Ewropew li ħoloq pressjoni fuq il-Kummissjoni sabiex taħdem fuq dan il-każ għax din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni u l-provdiment liberu tas-servizzi. Il-Kummissjoni bdiet proċedura għall-ksur tal-liġi kontra l-Italja. Fl-aħħar, dan il-pajjiż ħareġ ċirkulari li tat permess sabiex kull minn jiġi mill-UE u jkollu rabtiet regolari mat-territorju Taljan jkun jista' jikseb ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiegħu.

Irlandiż ippreżenta l-każ tiegħu lill-Parlament dwar proġett ta’ toroq, li parti minnu kien imħallas mill-Unjoni, fejn nbeda x-xogħol mingħajr ma sar studju dwar l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament u l-Kummissjoni Ewropea ntervjenew fil-każ. Fl-aħħar il-Ministru ta’ l-Ambjent Irlandiż agħmel dan l-istudju, imbagħad rranġa l-proġett f’żewġ modi biex jitnaqqsu l-inkonvenjenzi minħabba l-ħsejjes u sabiex tiżdied is-sigurtà ta’ dawk li jimxu fit-triq.
Raġel ta' nazzjonalità Ġermaniża ġie mqabbad minn intrapriża trans-nazzjonali Franċiża biex jaħdem fil-Ġermanja stess. Huwa kien iħallas l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali fil-Ġermanja. Il-kumpanija Franċiża falliet. La l-awtoritajiet ġermanizi u lanqas dawk franċiżi ma riedu jgħaddulu l-indennizzi li kellu dritt għalihom. Il-Parlament Ewropew informa lill-Kummissjoni u din talbet opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja għax ma kienx għad hemm regola Ewropea. Fl-aħħar, dak li ressaq il-każ tħallas l-indennizz mingħand l-awtoritajiet franċiżi. Wara dan il-każ, l-Unjoni saħħet il-leġislazzjoni tagħha sabiex tagħti protezzjoni lill-ħaddiema f’każ ta’ falliment ta' xi kumpanija, speċjalment f’każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ soċjetajiet trans-nazzjonali. Il-Parlament Ewropew lagħab rwol importanti fil-kostruzzjoni ta’ din id-direttiva (ara n-nota tagħna dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema).

Kultant il-petizzjonijiet iqajjmu problemi importanti tant li l-Parlament jiddeċiedi li jagħmel rapport ta’ inizzjattiva fuq is-sitwazzjoni. Per eżempju, eluf ta’ nisa ffirmaw petizzjonijiet fejn talbu sabiex jitneħħew darba għal dejjem implants tas-sider magħmulin mis-silikon minħabba l-problemi serji ta’ saħħa li jġibu magħhom. F’rapport li sar fis-sena 2001, il-Parlament, fuq bażi ta’ studju xjentifiku, talab lil-Kummissjoni Ewropea sabiex tieħu azzjoni fuq din il-problema. Il-Kummissjoni mill-ewwel stiednet lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi neċessarji sabiex jipprovdu nformazzjoni lin-nisa dwar ir-riskji marbutin ma’ dawn l-implants biex isserħulhom rashom u li għandu jkun hemm kontrolli fuq dawk il-pazjenti li għandhom l-implants imsemmija.

Il-Ombudsman jieħu azzjoni kontra amministrazzjoni ħażina.

Jekk ċittadin jew kumpanija tħoss li xi korp jew istituzzjoni jew korp tal-Komunità ma wettqitx dmirha u hija ħatja ta’ "amministrazzjoni ħażina", iċ-ċittadin (jew kumpanija) jista’ jitlob l-għajnuna tal-Ombudsman Ewropew. "Amministrazzjoni ħażina" tfisser li istituzzjoni jew korp ma jimxix b’mod regolari ma’ xi regola (jew prinċipju) li timponi fuqu li hu suppost jimxi magħha. Dan jista’ jkun per eżempju f’każ ta’ diskriminazzjoni, f’assenza ta’ jew nuqqas li tingħata informazzjoni, dewmien eċċessiv bla bżonn jew abbużi ta’ poter. Il-Ombudsman jipprova jsib soluzzjonijiet għall-problema ta’ dak li jressaq l-ilment, jikkuntattja l-istituzzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-każ u jinforma lill-Parlament Ewropew.

Il-Ombudsman Ewropew huwa elett mill-Parlament u s-sede tiegħu tinstab fil-bini tal-Parlament fi Strasburgu imma huwa kompletament indipendenti u imparzjali. Nikiforos Diamandouros laħaq Ombudsman f’April 2003, meta ħa post l-ewwel Ombudsman Ewropew, Jacob Söderman. Minn mindu nħolqot din il-kariga permezz tat-Trattat ta’ Maastricht, ġew mressqa iżjed minn 14 000 ilment għand l-Ombudsman. Ħafna drabi, l-pariri tal-Ombudsman jikkonċernaw lill-Kummissjoni Ewropea u xi drabi kienu anke responsabbli għal kumpensi konsiderevoli.

F’kelma waħda, l-Ombudsman huwa il-watchdog ta’ amministrazzjoni tajba u l-eluf ta’ interventi minn naħa tiegħu għenu sabiex jitjieb il-mod ta’ kif jaħdmu l-istituzzjonijiet u biex tingħata iżjed attenzjoni lill-interessi taċ-ċittadini. Il-Parlament Ewropew insista spiss fuq il-bżonn li jinħoloq kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba, identika kemm jista’ jkun għall-istituzzjonijiet kollha. Issa, l-parti l-kbira ta’ l-istituzzjonijiet qed iħaddnu kodiċi tal-kondotta tagħhom.



  
Rapporteurs:
  
Ombudsman: kodici ta’ kondotta amministrattiva tajba ta’ l-ufficjali, relazzjonijiet mal-pubbliku: Roy Perry (EPP-ED, UK)
L-istitut tal-petizzjoni fi sbih il-21 seklu: Roy Perry (EPP-ED, UK)
L-istitut tal-petizzjoni fi sbih il-21 seklu: Margot Kessler (PES, D)
Ombudsman Ewropew - rapport annwali ta’ l-attivitajiet 1999: Astrid Thors (ELDR, FIN)
Access ghad-dokumenti - rapport specjali ta' l-Ombudsman Ewropew: Astrid Thors (ELDR, FIN)
Id-dritt tal-petizzjoni tac-cittadin Ewropew: Vitalino Gemelli (EPP-ED, I)
Implants mammarji tas-silikon: Janelly Fourtou (EPP-ED, F)
Kif tipprezenta petizzjoni lill-Parlament Ewropew
L-Ombudsman Ewropew
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
Ombudsman: kodici ta’ kondotta amministrattiva tajba ta’ l-ufficjali, relazzjonijiet mal-pubbliku - test adottat mill-Parlament
L-istitut tal-petizzjoni fi sbih il-21 seklu – test adottat mill-Parlament
Ombudsman Ewropew - rapport annwali ta’ l-attivitajiet 1999 - test adottat mill-Parlament
Access ghad-dokumenti - rapport specjali ta' l-Ombudsman Ewropew - test adottat mill-Parlament
Id-dritt tal-petizzjoni tac-cittadin Ewropew - test adottat mill-Parlament
Implants mammarji tas-silikon - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004