Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Iċ-ċittadinanza Ewropea
Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali
Id-Drittijiet Fundamentali
L-aċċess pubbliku
għal dokumenti
L-edukazzjoni
u l-mobilità taż-żagħżagħ
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Erasmus, l-istedina għal vjaġġ

Fl-1987, ġie mniedi Erasmus: dik is-sena, 3 000 student marru biex itejjbu l-formazzjoni tagħhom f’università Ewropea oħra. Fl-2002, ħmistax-il sena wara, kważi nqabeż massimu ta’ miljun benefiċjarju. Dan juri s-suċċess dejjem jikber ta’ din l-inizjattiva, dejjem appoġġjata mill-Parlament Ewropew, u li fi ħdan il-qafas tal-programm ġenerali Socrates, tkattar fi: Comenius, Grundtvig, Lingua, Minerva,... Programmi li għalihom, id-deputati dejjem ippruvaw iżidu l-ambizzjonijiet u l-mezzi.

Seba’ studenti ta’ nazzjonalitajiet differenti jiltaqgħu għal sena f’appartament f’Barċellona: Franċiż, Taljan, Ingliż, Daniż, Ġermaniż, Spanjol minn Andalucia u Belġjan. Jinsabu hemm għall-aħħar sena ta’ l-istudji tagħhom grazzi għall-programm ta’ skambji ta’ Universitajiet, Erasmus. Inħolqot Komunità Ewropea żgħira bid-differenza kulturali tagħha, bin-nuqqas ta’ ftehim tagħha, bis-similaritajiet tagħha. Huwa "L'Auberge espagnole", film Franċiż divertenti ta’ Cédric Klapisch li juri realizzazzjoni konkreta ħafna ta’ l-Ewropa għall-benefiċċju ta’ l-istudenti, tal-ftuħ tagħhom għal-lingwi u għall-kulturi oħra.

Il-programm Erasmus għandu l-għan li jippromwovi l-mobilità mhux biss ta’ l-istudenti iżda wkoll tal-professuri ta’ l-universitajiet, sabiex jaħdmu u jimplimentaw programmi ta’ studju, korsijiet intensivi, attivitajiet li jinvolvu aktar minn dixxiplina waħda, it-tagħlim ta’ ċerti dixxiplini f’lingwi oħra. Erasmus żviluppa wkoll is-Sistema Ewropea ta’ Unitajiet Kapitizzabbli (ECTS), destinata sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent akademiku ta’ perjodi ta’ studji li jsiru fi Stati Membri oħra. Din is-sistema tiffavorixxi l-mobilità ta’ studenti billi tippermetti li dawn il-perjodi jiġu kkunsidrati fil-kisba tad-diploma.

Taħt il-patroċinju ta’ Sokrate

Imniedi fl-1987, Erasmus ġie rreġistrat, sa mill-1995, fil-qafas aktar ġenerali ta’ “Socrates”, programm kbir Ewropew ta’ l-edukazzjoni li ma għandux fruntjieri fl-Unjoni nnifisha u li jlaqqa’ madwar tletin pajjiż Ewropew, il-ħmistax-il membru attwali, l-għaxra li sejrin jissieħbu, il-Bulgarija u r-Rumanija, it-tlett pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Islanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein) u, dalwaqt, it-Turkija. Socrates jinkludi mhux biss Erasmus, iżda wkoll Comenius, għat-tagħlim sekondarju, Grundtvig għall-edukazzjoni permanenti, Lingua, għat-taħriġ fil-lingwi, u Minerva, għat-tagħlim mill-bogħod u t-teknoloġiji ta’ l-informatika.

Dawn l-azzjonijiet Ewropej kollha jikkumplimentaw il-politika nazzjonali, b’virtu tal-prinċipju tas-sussidjarjetà: għall-Istati Membri r-responsabilità għall-politika u programmi nazzjonali ta’ tagħlim, għall-Unjoni Ewropea r-responsabilità li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejniethom, li tippromwovi d-dimensjoni Ewropea u r-rikonoxximent minn wieħed għall-ieħor tad-diplomi, li tiffavorixxi l-mobilità ta’ l-istudenti u tal-professuri, l-iskambju ta’ l-informazzjoni u ta’ prattiċi tajbin, dan kollu bil-għan li fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, tinħoloq żona Ewropea għal edukazzjoni ogħla. F’dan il-qasam, il-Parlament huwa l-ko-leġislatur flimkien mal-Kunsill, iġifieri l-gvernijiet, u għalhekk jista’ jsemma’ l-vuċi tiegħu.

Iżda, minkejja s-suċċess dejjem jikber tiegħu, Erasmus għadu ma laħaqx l-ambizzjoni li l-Parlament kien fassal għalih matul l-adozzjoni tat-tieni fażi tal-programm Socrates 2000-2006, iġifieri rata ta’ parteċipazzjoni ta’ bejn wieħed u ieħor 10 % ta’ l-istudenti Ewropej f’azzjonijiet ta’ mobilità mbassra għal Erasmus. L-adozzjoni tal-programm saret biss wara tlett seduti, f’Jannar 2000: il-Parlament rieda tibqa’ sejra sa l-aħħar tal-proċedura ta’ deċiżjoni konġunta sabiex jikseb żjieda sinnifikanti fil-baġit, li tiġi riveduta fil-każ tat-tkabbir, u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. B’hekk il-Parlament irnexxielu jtella’ l-baġit ta’ Socrates għall-perjodu 2000-2006 għal 1 850 miljun euro, bi klawsola ta’ reviżjoni fil-każ tat-tkabbir. Fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet 1 400 miljun u fil-bidu l-Kunsill ma riedx jaqbeż l-1 500 miljun.

Il-Parlament, appoġġjat mill-Kummissjoni, stinka wkoll sabiex Socrates jikkontribwixxi espliċitament għall-iżvilupp ta’ “żona Ewropea ta’ l-edukazzjoni”, iżda ffaċjat bl-oppożizzjoni tal-Kunsill li għalih dan il-konċett kien qisu tabù, id-deputati kellhom jikkuntentaw rwieħhom b’referenza għal “dimensjoni Ewropea ta’ l-edukazzjoni u tal-formazzjoni”.

Il-"proċess ta’ Bologna"

Madankollu, fl-1999, disgħa w għoxrin Stat Ewropew iffirmaw “id-Dikjarzzjoni ta’ Bologna”, li għandha l-għan li toħloq żona Ewropea ta’ edukazzjoni ogħla sa l-aħħar tas-seklu. Fil-fatt, jidher li hemm bżonn ta’ ġabra flimkien tas-sistemi sabiex l-Ewropa tkun tista’ ssir “l-ekonomija ta’ l-aktar għarfien kompetittiv u dinamiku tad-dinja”, skond l-istrateġija magħrufa bħala ta’ Lisbona, adottata mill-Kunsill Ewropew f’Marzu 2000. F’Bologna, il-ministri ħadmu wkoll għal rikonfigurazzjoni ta’ korsijiet ta’ l-università skond l-istruttura bac +3 , +5, +8 (jew liċenzja, masters, dottorat), u sabiex is-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa jeżerċita fuq id-dinja kollha attirazzjoni bil-kobor tat-tradizzjonijiet kulturali u xjentifiċi kbar tagħna.

Fl-2001, il-Kunsill adotta rakkommandazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni libera tal-persuni. B’mod partikolari tatlab lill-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakoli legali u amministrattivi għall-mobilità ta’ l-istudenti u tal-professuri u sabiex jippromwovu t-taħriġ tal-lingwi tal-Komunità bil-għan li jiffavorixxi din il-mobilità. L-Istati kienu inkorraġġuti wkoll jippromwovu “żona Ewropea tal-kwalifiċi”, fost affarijiet oħra bl-użu ta’ l-ECTS. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet kollha kienu f’konformità perfetta max-xewqat tal-Parlament. Min-naħa l-oħra, il-miżuri fiskali u soċjali, mitluba mid-deputati, ma nżammux minħabba r-riskju li l-ostakoli konkreti għall-mobilità jibqgħu preżenti.

Erasmus Mundus

Fl-aħħar tal-leġislatura, f’Ottubru 2003, il-Parlament seta’ jikkontribwixxi b’mod sinnifikanti għat-tnedija ta’ programm ġdid komunitarju miftuħ għad-dinja kollha. Illum, il-maġġoranza ta’ l-istudenti li jieħdu sehem fl-iskambji internazzjonali fid-dinja jagħżlu li jmorru fl-Istati Uniti. Erasmus Mundus għandu l-għan li jakkomoda aktar fl-universitajiet Ewropej. Huwa sejjer joffri boroż ta’ studji għal aktar minn 4 000 student gradwat minn pajjiżi terzi (għajr dawk ta’ l-Istati ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Liberu – l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera – u anki l-pajjiżi kandidati) u għal madwar elf professur. Id-deputati, li laqgħu b’mod favorevoli ħafna dan il-programm, ħatfu l-okkażjoni sabiex javvanzaw l-idea tagħhom ta’ żona Ewropea ta’ edukazzjoni ogħla billi kisbu l-ħolqien ta’ "masters Erasmus Mundus" sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu “tour ta’ l-Ewropa” f’bosta universitajiet. Il-Parlament innegozja bis-sħiħ mal-Kunsill sabiex jikseb baġit aħjar.



  
Relaturi:
  
Mobilità ghall-ghalliema, min iharreg, studenti: Robert J.E. Evans (PES, UK)
Programm Socrates 2000-2004: Doris Pack (EPP-ED, D)
Programm Erasmus Mundus 2004-2008: Marielle De Sarnez (EPP-ED, F)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
Mobilità ghall-ghalliema, min iharreg, studenti
Programm Socrates 2000-2004
Programm Erasmus Mundus 2004-2008 – il-procedura ghadha ma ntemmitx

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004