| It-tnehhija tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea kattret il-kummerc, l-industrija u l-libertà ta’ moviment ghac-cittadini ewropej. Izda mill-banda l-ohra, dan zied ukoll l-opportunitajiet ghall-kriminalità organizzata li zgur lesta tapprofitta ruhha min-nuqqas ta’ fruntieri fl-Ewropa. B'hekk l-organizzazzjonijiet kriminali issa sabu metodi godda kif imexxu l-attivitajiet illegali taghhom, bhal per ezempju ghall-hasil tal-flus, ghat-traffikar ta’ l-organi u sahansitra metodi godda kif jaharbu mill-ligi. Ghalhekk l-Unjoni Ewropea thoss li din ix-xorta ta’ libertà taqbez kull limitu u jehtieg li jitrazznu l-effetti negattivi li jistghu johorgu minnha.
Biex tikkumbatti l-hasil tal-flus, l-Unjoni Ewropea ghandha zewg ligijiet ewlenin. L-iskop ta’ l-ewwel ligi – li diga qed tigi mplimentata – hija mmirata biex trazzan l-abbuzi fis-settur finanzjarju, filwaqt li l-ohra tahseb sabiex issahhah il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana, biex b’hekk ma jkunux jistghu jsiru aktar transazzjonijiet kummercjali illegali.
Biex thares is-sistema finanzjarja minn transazzjonijiet illegali, l-Unjoni Ewropea sahhet il-mizuri ewlenin tad-Direttiva kontra l-hasil tal-flus li ilha fis-sehh sa mill-1991. Issa, l-ligi l-gdida ma tapplikax biss fejn jidhol il-hasil tal-flus marbut mat-traffikar tad-droga, izda kontra kull xorta ta’ hasil ta’ flus, per ezempju l-hasil tal-flus biex jigi ffinanzjat it-terrorizmu. Aspett iehor li huwa differenti mill-ligi ta’ qabel, jirrigwardja n-numru akbar ta’ professjonijiet – bhal sensara, nutara u negozjanti ta’ oggetti lussuzi – li jridu jaghtu rendikont ta’ ghemilhom, kull meta ikun hemm suspett li xi klijenti wzaw in-negozju taghhom biex jghattu l-hasil tal-flus. Skond il-ftehim li ntlahaq waqt il-process ta' konciljazzjoni, l-ligi thalli l-ghazla f'idejn in-negozjanti jekk jixtiequx jinfurmaw lill-klijenti taghhom li taghrif dwarhom inghata lill-awtoritajiet.
Fir-rigward tal-kontroversja dwar is-sigriet professjonali ta’ l-avukati, l-membri parlamentari laqghu bi pjacir l-ftehim li ntlahaq waqt l-istess process ta’ konciljazzjoni: is-sigriet professjonali ta’ l-avukati ser jibqa’ jghodd hlief meta dawn issiru jafu li l-parir taghhom jista’ jintuza minn min ghandu hsieb jaghmel xi attivitajiet marbuta mal-hasil tal-flus.
Intercettazzjoni ta' flus minn atttivitajiet illegali minn ufficcjali tad-dwana
Id-Direttiva kontra l-hasil ta’ flus minn attività illegali, li diga dahhlet fis-sehh, hija marbuta ma abbozz ta' ligi ohra kontra l-hasil tal-flus li jahseb sabiex issahhah il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana 'l barra mill-Unjoni Ewropea: sistema finanzjarja iktar trasparenti m'hiex bizzejjed biex tevita li somom kbar ta’ flus, kif ukoll numru kbir ta’ oggetti prezzjuzi ta’ provenjenza illegali, jiddahhlu u jinhargu kuljum mill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea. L-abbozz ta’ ligi kif origina mill-Kummissjoni Ewropea jistipula li kull min jidhol jew johrog mit-territorju doganali ta’ l-Unjoni Ewropea, irid jiddikjara bil-miktub jekk ikun qed igorr mieghu ammont ta’ flus f'kontanti ta’ 15,000 ewro jew aktar.
Il-membri parlamentari huma tal-fehma li jehtieg li jsir aktar minn hekk. Huma jsostnu li dan l-obbligu ta’ dikjarazzjoni bil-miktub, wahdu, mhux bizzejjed, billi xorta wahda tibqa’ l-possibiltà li dak li jkun ma jaghmilx din id-dikjarazzjoni jew inkella jiffalsifikaha jew jaqsam is-somma kbira ta’ flus u johroga f’diversi drabi. Ghalhekk, huma jixtiequ ukoll jaghtu l-possibiltà lill-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea biex jigbru nformazzjoni fuq il-moviment ta' sommom kbar ta' flus permezz ta' procedura ta' notifika. Din il-procedura, li l-Istati Membri jistghu jaghzlu minflok l-obbligu tad-dikjarazzjoni bil-miktub, taghti lill-ufficcjali tad-dwana d-dritt li fuq talba specifika taghhom stess, wiehed ikollu bilfors jiddikjara flus f'kontanti ta’ valur ta’ 15,000 ewro jew aktar; u fost hwejjeg ohra, min ikun qed igorrhom ikollu jispecifika minn fejn gew il-flus u x’behsiebu jaghmel bihom. Peress li l-Istati Membri jistghu jaghzlu bejn procedura u ohra, l-Membri Parlamentari jahsbu li din il-ligi ghandha tkun abbozzata permezz ta' Direttiva u mhux b'Regolament li jkun direttament applikabbli fil-pajjizi membri – huma jixtiequ li din il-ligi tidhol fis-sehh qabel it-tmiem tas-sena 2004.
Il-membri parlamentari huma wkoll tal-fehma li somom ta’ flus li jigu kkonfiskati jistghu jinzammu biss, fil-principju, sa massimu ta' tlett granet tax-xoghol. Fil-kaz li l-ligi tal-pajjizi membri tippermetti li l-limitu ta’ zmien ikun twil sa xahar, dan ikunu jistghu jaghmluh darba biss. L-informazzjoni u l-fatti migbura mill-awtoritajiet tad-dwana ghandhom jiddahhlu u jinzammu f’databank fl-Ufficcju Ewropew tal-Pulizija, l-Ewropol, u din l-informazzjoni tista' tintuza biss fil-glieda kontra l-hasil tal-flus.
Barra minn dan, l-Unjoni Ewropea, decizjoni tal-Kunsill tal-Ministri tobbliga lill-Istati Membri kollha sabiex itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Korpi ghall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja rispettivi taghhom, l-aktar ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ informazzjoni migbura dwar transazzjonijiet kummercjali mhux tas-soltu jew li jqanqlu suspett. B’hekk, f’kaz li s-suspett li jkun qed isir hasil ta’ flus gejjin minn attività kriminali jigi kkonfermat, dawn l-Kopri jkunu jistghu jagixxu hafna aktar malajr.
Inwaqqfu t-traffikar ta’ l-organi u tessuti umani
Ghall-organizzazzjonijiet kriminali it-traffikar ta’ tessuti u organi umani huwa negozju li jhalli qligh tajjeb lilhinn mill-fruntieri. L-Unjoni Ewropea, b’mod deciz, iddikjarat gwerra kontra dan il-ksur serju tad-drittijiet u tad-dinjità umana. L-abbozz ta’ ligi li thejja ser jobbliga lill-pajjizi membri kollha biex japplikaw pieni kontra kull xorta ta’ ksur tal-ligi marbut mat-traffikar ta’ l-organi u t-tessuti umani. Il-ligi ma tkoprix biss it-tnehhija u l-bejgh ta’ organi umani, izda wkoll kull xorta ta’ ghajnuna li tinghata biex dawn jigu trasportati, importati, esportati jew li jigu mizmuma bhala stock.
It-tnehhija ta’ organi u tessuti umani ser tkun meqjusa bhala illegali meta negozjanti professjonali jisfurzaw jew inkella jgieghlu lil xi nies, biex jaghtu xi parti ta' gisimhom, per ezempju kilwa, billi jisfruttaw in-nuqqas ta’ flus tal-vittmi taghhom u joffrulhom prezz tajjeb ghall-organu koncernat. Dan ser japplika ukoll meta negozjanti professjonali jirrikattaw lil dawn in-nies jew inkella meta jittiehdu xi partijiet minn bniedem mejjet minghajr ma l-persuna, meta kienet ghadha hajja, ma tkun tat il-kunsens taghha ghal donazzjoni ta’ l-organi.
Il-Parlament Ewropew wera l-posizzjoni tieghu kontra t-traffikar ta’ organi u tessuti umani b’mod car meta approva l-abbozz ta’ ligi kontra din ix-xorta ta’ traffikar. Minkejja dan u rrispettivament mill-approvazzjoni taghhom, il-membri parlamentari talbu li jsiru xi tibdiliet importanti. Huma talbu, per ezempju, li titnizzel referenza dwar ir-riskju li t-traffikar kriminali ta’ l-organi jista’ jgib mieghu ghal sahhet il-poplu. Il-membri parlamentari jsostnu li, per ezempju, min jittehdulu organi u tessuti wara pressjoni mentali jew ekonomika, jekk mhux ukoll sahansitra bi vjolenza, ma jkunx jista’ jaghti taghrif genwin dwar mard li jista’ jkollu. Dan jista’ jkun ta’ riskju kbir ghal min ser jircevi partijiet tal-gisem bhal dawn, x’aktarx ukoll jitfacca ghalih/a l-periklu tal-mewt.
Biex ma jinghatax isem hazin lit-trapjant ta’ organi u tessuti fih innifsu, il-membri tal-Parlament Ewropew qed jinsistu li l-abbozz ta' ligi li qed tithejja, issir riferenza l-hin kollu ghat-traffikar illegali ta’ organi u tessuti: jehtieg li t-test johrog b’mod mill-aktar car id-differenza bejn traffikar illegali u s-sistema ta’ trapjanti li ma tmurx kontra l-ligi. Naturalment, in-negozju tat-traffikar illegali ta’ l-organi ma jibqax negozju li jirrendi biss meta jkun hemm bizzejjed organi u tessuti disponibbli b’mod legali. Ghal dan il-ghan, il-membri parlamentari jridu jzidu d-dispozizzjoni ta’ aktar cittadini li jkunu lesti li, wara mewthom, jaghmlu donazzjoni ta’ organi ta’ gisimhom. Biex ikun jista’ jintlahaq dan il-ghan, qed jitolbu li jsiru kampanji ta’ informazzjoni dwar dan is-suggett fil-pajjizi membri kollha ta’ l-Unjoni. Il-parlamentari jsostnu wkoll, li l-Istati Membri kollha jdahhlu fis-sehh din il-ligi permezz ta' provedimenti legali xierqa fuq bazi nazzjonali, sa l-ahhar tas-sena 2004.
Mandat ta’ arrest Ewropew: aktar malajr u anqas kumplikat
Il-mandat ta’ arrest Ewropew, li sar jista’ jinhareg mill-ewwel gurnata tas-sena 2004 kemm fil-kaz ta’ kriminali mdahhla fin-negozju tal-hasil tal-flus, kif ukoll f'kaz ta' traffikar tal-bnedmien u tat-tessuti u organi umani kif ukoll terroristi, ghandu jissimplifika u jhaffef l-estradizzjoni ta’ nies suspettati li kienu nvolvuti f'dawn l-attivitajiet illegali jew ta’ kriminali minn pajjiz membru ta’ l-Unjoni ghall-iehor. Fejn qabel kienu jridu jghaddu hafna snin, minhabba li, hafna drabi, pajjizi membri ta’ l-Unjoni ma kenux jirrikonoxxu d-decizjonijiet tal-qrati tal-gustizzja ta’ pajjizi ohra ta’ l-Unjoni, kif ukoll billi l-process ta’ estradizzjoni kien jigbed daqshekk fit-tul ghax ikkumplikat hafna, issa dan il-process gie standardizzat u sar process uniformi ghall-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Minn issa 'l quddiem, kriminali li jkunu nstabu hatja ghandhom isservu l-pena ta' habs bla dewmien zejjed filwat li dawk suspettati ghandhom ighaddu guri kemm jista' jkun malajr fil-pajjiz fejn twieldu u ghexu.
Sa l-ewwel ta’ Jannar 2004, il-Belgju, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Portugal, l-Isvezja, Spanja, u r-Renju Unit kienu implimentaw din ir-rizoluzzjoni fil-ligijiet ta’ pajjizhom. Mill-pajjizi membri godda, s’issa l-Ungerija biss dahlet din il-ligi fis-sehh. Il-pajjizi membri l-godda nghataw zmien sad-data tat-tkabbir, jigifieri sa l-ewwel ta’ Mejju 2004, sabiex jaghmlu dan.
Minn mindu dahlet fis-sehh din ir-rizoluzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, il-mandat ta’ arrest Ewropew japplika ghall-persuni, li skond il-ligi, ikunu digà gew ikkundannati ghal mill-inqas erba’ xhur habs kif ukoll ghal dawk issuspettati b'att kriminali li ghalih hemm previst fil-ligi aktar minn sena habs. Il-mandat ta’ arrest Ewropew s'issa jikkoncerna lista ta’ 32 att kriminali, fosthom it-terrorizmu u t-traffikar tal-bnedmin, iz-zamma ta’ nies bhala ostaggi, serq bl-armi, stupru u mibgheda razzjali. Il-qrati tal-gustizzja tal-pajjizi membri kollha ta’ l-Unjoni huma obbligati biex jirrikonoxxu l-mandat ta’ arrest Ewropew mahrug minn Stat Membru iehor ta' l-Unjoni u b'minimu ta' kontrolli possibbli, wara li l-persuna mfittxija tkun interpellata, tigi estradita mhux aktar tard minn disghin jum wara.
|