| Il-konservazzjoni u t-traffiku qawwi kwazi qatt ma jidhru kompatibli ma' xulxin. U jekk iridu jkunu kompatibli, imbghad tkun qed tipprogramma kunflitti minn qabel. Dan hu l-kaz per ezempju meta titratta dwar it-traffiku qawwi ta' vetturi tal-garr tal-merkanzija tqila li jghaddi mill-Awstrija, pajjiz maghruf tant kemm ghal passaggi ta' transitu, kif ukoll ghas-sbuhija tax-xenarju muntanjuz tieghu. Issa wara glieda iebsa, ir-Rapprezentanti ta' l-Ewropa jistghu jesprimu l-qbil taghhom ghar-regolament gdid ta' l- Eko-punti ghat-transitu ta' tghabija tqila li jaqsam mill-Awstrija, li fuq naha wahda jipprotegi l-ekosistema sensittiva ta' l-Alpi minn sustanzi ta' hsara u fuq in-naha l-ohra izda ghandu jassikura t-traffiku hieles ta' merkanzija ma' l-UE kollha.
Il-ligi l-gdida hija soluzzjoni temporanja ghas-sena 2004 u l-aktar sa tmiem l-2006, peress li r-regolament l-antik ta' eko-punti ghall- Awstrija fil-fatt gie fi tmiemu fi tmiem l-2003, izda sistema ta' dazju funzjonanti bl-ghajnuna ta' l-Euro Vignette bl-ebda mod ma tidher li ser tigi stabilita. Il-bidu tas-sena 2007 hu l-ahhar data li fih tista' tigi introdotta l-Euro Vignette – jekk tigi introdotta qabel, ir-Regolament ta' l-Eko-punti jigi abolit immedjatament.
Wara diskussjonijiet twal mal-Kunsill u l-Kummissjoni, il-Parlamentari finalment approvaw il- Kompromess dwar l-Eko-punti fi tmiem l-2003, li permezz tieghu mill-bidu ta' din is-sena traffiku in transitu ta' tghabija tqila fl-Awstrija kollha jkun regolat. Permezz ta' sistema ta' kwoti l-vetturi qodma tal-garr tal- merkanzija tqila, li jhamgu ferm l-arja, ser jitnehhew mit-traffiku ta' transitu. Fl-istess hin l-UE trid tippromwovi l-introduzzjoni ta' mudelli moderni li ma jaghmlux hsara lill-ambjent.
Il-bazi ghall-kalkolu tal-livell ta' tniggis ta' l-arja minn vetturi tal-garr tal-merkanzija tqila huma l-hekk imsejjha Eko-punti, li jigu allokati skond l-emissjoni ta' ossidi tan-nitrat li jaghmlu l-hsara. Aktar ma tinghata numru ta' punti baxx, vettura tal-garr tal- merkanzija tqila, inqas tkun taghmel hsara lill-ambjent. Kull pajjiz li jibghat vetturi tal-garr tal-merkanzija tqila, jigi allokat kull sena kwota ta' punti mill-Kummissjoni. L-Istati Membri kollha flimkien ghandhom madwar 6.5 miljun punt ghad-disposizzjoni taghhom ghall- 2004. Fis-sena li gejja u dik ta' warajha, dan l-ammont irid jigi mnaqqas b'hamsa fil-mija. Barra minn hekk, wara talba persistenti tal- Parlament, l-istati li ser jissiehbu fl-Unjoni Ewropea gew allokati l-kwota ta' punti taghhom ghall-2004: Per ezempju ghar-Repubblika Ceka dwan huma 80,078, ghall- Cipru 500. Anke dawn il-kwoti jridu jigu mnaqqsa b'hamsa fil-mija fis-sentejn li gejjin.
Tnehhija ta' vetturi tal-garr ta' merkanzija tqila b'numru gholi ta' Eko-punti
Wara r-regolament il-gdid, vetturi tal-garr ta' merkanzija tqila li ghandhom valur partikolarment hazin ta' emissjonijiet (exhaust) u valur korrispondenti gholi ta' punti li jaqbez it-tmien punti, ma humiex aktar permessi jghaddu mill- Awstrija. Ghall-kategorija li tmiss –dik minn sitta sa tmien punti- hemm fis-sehh regolament ta' kwoti ghall-2004 bi qbil mal-kwota ta' punti ezistenti ghal kull pajjiz. Vetturi moderni, li teoretikament ghandhom jaslu sa hames punti jew anqas, huma liberi li jinstaqu fit-toroq tal-pajjiz kollu, peress li fil-prattika mhux ser jitnaqqsulhom punti. Membri tal-Parlament Ewropew Awstrijaci u rapprezentanti Awstrijaci tal-gvern pprotestaw b'mod qawwi ferm kontra r-regolament il-gdid – Skond il-kritika taghhom b' rizultat tar-regolament il-gdid it-traffiku in transitu mhux ser jkun hemm lok li jigi kontrollat.
Fir-rigward tar-regolament il-gdid, il-Parlamentari ta' l-Ewropa ggieldu b'mod determinat ghall-emendi taghhom, ghalkemm mhux dejjem irnexxilhom jghadduhom. Il-premessi ghall- posizzjoni kritika tal-membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-posizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill kienet il- konvinzjoni maggoritarja ta' bzonn li jinzamm bilanc bejn, fuq naha wahda l-protezzjoni ta' l-ambjent u fuq in-naha l-ohra l-liberta' tat-traffiku tal- merkanzija fil-pajjizi ta' l-UE – li ghalhekk il-protezzjoni ta' ekosistemi sensittivi tul l-passaggi ta' transitu fl- Alpi finalment m'ghandiex tinblokka t-traffiku ta' merkanzija. Ghalhekk per ezempju l-membri tal- Parlament Ewropew ikkritikaw is-sistema antika ta' Eko-punti li twassal sempliciment ghal nies li joperaw fil-qasam tat-trasport sabiex jivvjaggaw fiz-zona tal-Alpi tul rotot kultant itwal u li b'hekk jinxtered it-tniggis tal-arja f'regjuni ohra. Dan iwassal ghad-distorzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll jmur kontra l-principju tat-traffiku hieles tal-merkanzija gewwa l-UE.
Punt meraviljuz ghall-Parlament Ewropew: Ir-Regolament japplika ghall-Awstrija kollha
Fl-istadju ta' preparazzjoni tar-regolament il-gdid, il-parlamentari hadmu ghad-dhul ta' xi haga differenti, fejn ir-restrizzjoni fuq it-traffiku in transitu tkun maghmula applikabli biss ghar-regjuni muntanjuzi tal-Brenner, it-Tauern u l- Pirinej u mhux –kif sar issa bi qbil max-xewqa tal- Kummissjoni, tal- Kunsill u ta' l-Awstrija –ghal pajjiz kollu.
Mhux aktar tard mit-tmiem ta' l-2006 s-sistema transitorja ta' l-Eko-punti ser tigi finalment fi tmiema ghax imbghad trid tibda tiffunzjona fl-Awstrija s-sistema ta' l-Euro Vignette. It-tariffi li l-pajjiz ser jaghmel b'ghaqal bl-ghajnuna ta' dawn ir-rati (il-plakek) ta' dazju ser imorru ghall-iffinanzjar tal-mina tal-ferrovija tal-Brenner b'tul ippjanat ta' hamsin kilometru, li ser tqum xorta wahda madwar erba' t'elef miljun Euro.
|