Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Is-sigurtà fil-baħar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiġġieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koeżjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Is-sigurtà fit-toroq ta' l-Ewropa

L-inċidenti tat-traffiku fil-15 il-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea ta' qabel it-tkabbir iħallu iktar minn 40,000 mejta u ikar minn 1.7 miljun persuna mweġġa' kull sena - nies mexjin, ċiklisti, passiġġiera u sewwieqa. Bit-tama li jitnaqqas in-numru tal-vittmi, il-Parlament Ewropew approva diversi leġiżlazzjonijiet dwar affarijiet li jvarjaw mid-disinn tan-naħa ta' quddiem tal-vettura sal-ħinijiet tax-xogħol tax-xufiera tat-trakkijiet u s-sigurtà tat-toroq fil-mini.

Minkejja li f'dawn l-aħħar snin id-disinn tal-vetturi jipprovdi iktar protezzjoni għal dawk li jkunu f'karozza, ma ngħatax biżżejjed ħsieb għas-sigurtà ta' dawk li jkun għaddejjin bil-mixi. Mhux inqas minn 8,000 ċiklist u persuni mexjin jinqatlu u 30,000 oħra jindarbu f'inċidenti tat-traffiku fil-Komunità kull sena, l-aktar f'żoni urbani. Anke meta jkunu qed jivvjaġġaw b'veloċità relattivament baxxa, vetturi li jolqtu nies li jkunu għaddejjin bil-mixi jew bir-rota jistgħu jikkawżaw ġrieħi gravi jew fatali, partikolarment fil-każ tat-tfal.
Fl-2001 il-Kummissjoni kkonkludiet negozjati mal-produtturi tal-karozzi Ewropej, Ġappuniżi u Koreani dwar ftehim volontarju li għandu l-għan li jbiddel il-bampers u l-bonits tal-karozzi u l-vannijiet żgħar b'mod li jitnaqqas b'mod konsiderevoli l-impatt tal-ħabta fuq in-nies li jkunu mexjin u fuq nies oħra li jużaw it-toroq li huma partikolarment vulnerabbli. L-UE imbagħad iddeċiediet li taddotta leġiżlazzjoni obbligatorja, ibbażata fuq l-elementi ewlenin ta' dan il-ftehim volontarju.

Mudelli ġodda ta' vetturi se jkollhom jgħaddu minn sensiela ta' testijiet f'żewġ fażijiet - l-ewwel fażi tibda' fl-1 t'Ottubru 2005 u t-tieni, bi kriterji ta' approvazzjoni aktar stretti, tibda fl-1 ta' Settembru 2010. Dawn it-testijiet huma ppjanati biex jistudjaw l-impatt fuq is-saqajn jew ir-ras ta' persuna meta tintlaqat mill-bamper jew bonit ta' vettura li tkun qed tivvjaġġa b'veloċità ta' 40 km fis-siegħa. In-naħa ta' quddiem tal-karozzi se jkollhom jiġu magħmula b'mod li meta jaħbtu ma jinqabżux ċerti kriterji ta' limiti. Vetturi ġodda li ma jilħqux dawn il-kriterji ma jkunux jistgħu jinbiegħu fis-suq wara l-iskadenzi taż-żewġ fażijiet tat-testijiet, li huma l-31 ta' Diċembru 2012, għall-ewwel fażi u l-31 ta' Diċembru 2015 għat-tieni fażi.

Filwaqt li appoġġa l-leġiżlazzjoni, il-Parlament Ewropew saħaq li din għandha titqies bħala element wieħed biss minn pakkett wiesa' ta' miżuri li għandhom jittieħdu f'kull livell - il-Komunità, l-industrija u l-awtoritajiet nazzjonali - sabiex titjieb is-sigurtà għal dawk li huma partikolarment vulnerabbli. Wara li saret pressjoni mill-Membri tal-Parlament Ewropew, id-direttiva tispeċifika li l-Kummissjoni għandha tħares lejn il-possibilità li r-regoli jiġu estiżi biex jinkludu vetturi akbar, i.e. vannijiet kbar, karozzi tal-linja u trakkijiet żgħar.

Daqshekk irqad fuq l-istering!

Ħafna inċident fit-toroq ta' l-Ewropa involvew xufiera ta' trakkijiet jew tax-xarabank li jqattgħu wisq ħin isuqu mingħajr ma jieqfu. Għalkemm regoli li jimponu ġimgħa ta' xogħol ta' mhux aktar minn 48 siegħa ġew addottati fl-UE kollha fl-1993, ġew permessi ċerti eċċezzjonijiet għall-industrija tat-trasport. Din għandha tinbiddel minn Marzu 2005, meta is-6.5 miljun persuna mpjegati fit-trasport fit-toroq se jkunu koperti minn leġiżlazzjoni li tillimita il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom. Dan ifisser li x-xufiera tax-xarabank u tat-trakkijiet ma jkunux jistgħu jaħdmu għal iktar minn sitt siegħat konsekuttivi mingħajr ma jieqfu, u ma jkunux jistgħux jagħmlu iktar minn 10 siegħat xogħol bil-lejl f'kull perjodu ta' 24 siegħa.

Il-Parlament Ewropew ħaddem bis-sħiħ, u rrnexielu japplika wkoll r-regoli stretti għax-xufiera self-employed, li jammontaw għal madwar 40% tat-total. Il-Membri tal-Parlament Ewropew beżgħu li jekk ir-regoli japplikaw biss għal dawk ix-xufiera impjegati ma' kumpaniji tat-trasport, ikun hemm eżodu kbir mill-impjegat ta' dawn il-kumpaniji biex isiru self-employed. Dan ikun ta' detriment għall-isforzi ta' l-UE biex tiżgura ħajja tax-xogħol aħjar għal dawn l-istess xufiera u fl-istess ħin ittejjeb s-sigurtà fit-toroq. Bħala riżultat ta' l-isforzi tal-Parlament, ix-xufiera self-employed se jkunu koperti mill-istess regoli bħall-impjegati mill-2009.

Toroq fil-mini iktar siguri

Proposta leġiżlattiva finali li għandha l-għan li ttejjeb is-sigurtà fit-toroq - din id-darba t-toroq fil-mini - għaddiet mill-Parlament ftit qabel it-tmiem tal-mandat parlamentari preżenti. Uħud mill-agħar inċidenti ta' dawn l-aħħar snin seħħew f'toroq f'mini twal, bħall-mini ta' Mont Blanc u Tauern fl-1999 u l-mina ta' Gotthard fl-2001. Dawn il-mini fl-Alpi jintużaw minn ammont kbir ta' trakkijiet li jġorru merkanzija tqila, li ġieli tkun infjammabbli ħafna, u għalhekk in-nirien jistgħu jinfirxu malajr wara ħabta jew esplożjoni.

Leġiżlazzjoni ġdida ta' l-UE, mfassla f'dan il-kuntest, tispeċifka standards minimi ta' sigurtà għall-infrastruttura, l-operazzjoni tal-mini, it-tmexxija tat-traffiku u l-immaniġġjar ta' l-inċidenti fil-mini kollha li jeżistu kif ukoll dawk futuri li jifformaw parti minn netwerk ta' toroq trans-Ewropej u li huma twal aktar minn 500 metru. Mini eżistenti se jkollhom jiġu restawrati fejn hemm bżonn sabiex jilħqu l-istandards tekniċi u strutturali l-ġodda. Il-vetturi li jġorru merkanzija tqila, karozzi tal-linja u coaches li jidħlu fil-mini se jkollhom ikunu mgħammra b'fire extinguishers. Apparti min hekk tabelli aktar ċari u nformazzjoni oħra għandhom jiffaċilitaw l-evakwazzjoni tan-nies mill-mini f'każ ta' emerġenza.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew laqgħu l-proposti prinċipali imma rnexxielhom jagħmlu ammont kbir ta' bdil tekniku, inkluż regoli dwar passaġġi ta' emerġenza, sistemi ta' ventilazzjoni, dawl u nklinazzjonijiet, kif kienu ssuġġerew l-esperti nazzjonali, li l-parti l-kbira minnhom kienu minn pajjiżi Alpini, bħall-Ġermanja, l-Awstrija, l-Isvizzera u l-Italja. Il-Parlament assigura wkoll li l-leġiżlazzjoni tagħti aktar każ tal-bżonnijiet ta' persuni b'diżabbiltà, per eżempju fid-disinnjar tal-ħruġ ta' emerġenza. Dawn ir-regoli ġodda, li se jiddaħħlu matul perjodu ta' 10 snin, se japplikaw għal 512-il triq fil-mini, l-iktar fl-Awstrija u l-Italja.

Huwa ttamat li dawn il-leġiżlazzjonijiet kollha, li l-Parlament Ewropew għen biex jiġu ffinalizzati tul dawn l-aħħar ħames snin, jagħtu sigurtà akbar lil dawk kollha li jużaw it-toroq ta' l-Ewropa. Minkejja x-xogħol li diġà sar fadal ħafna aktar x'isir f'dan il-qasam, u l-Membri li se jiġu eletti fil-Parlament Ewropew il-ġdid f'Ġunju 2004 se jkollhom jieħdu ħsieb numru ta' proposti leġiżlattivi li diġà huma previsti u li jifformaw parti mill-għan ta' l-UE li jitnaqqas b'nofs in-numru ta' vittmi, sa l-2010.



  
Rapporteurs:
  
Is-sigurtà fit-toroq: il-protezzjoni tan-nies li jkunu ghaddejjin bil-mixi u tan-nies l-ohra li juzaw it-triq u li huma partikolarment vulnerabbli: Herman Vermeer (ELDR, NL)
L-Organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol: is-setturi u l-attivitajiet eskluzi: Miet Smet (EPP-ED, B)
In-netwerk ta' toroq trans-Ewropew: htigijiet minimi ta' sigurtà ghall-mini: Reinhard Rack (EPP-ED, A)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
Is-sigurtà fit-toroq: il-protezzjoni tan-nies li jkunu ghaddejjin bil-mixi u tan-nies l-ohra li juzaw it-triq u li huma partikolarment vulnerabbli
L-Organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol: is-setturi u l-attivitajiet eskluzi
In-netwerk ta' toroq trans-Ewropew: htigijiet minimi ta' sigurtà ghall-mini

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004