Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Is-sigurtà fil-baħar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiġġieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koeżjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Il-Parlament jgħarraq il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-portijiet

Bħala parti mill-politika tat-trasferiment ta’ l-oġġetti u passiġġieri lejn modi tat-trasport li jħarsu aktar l-ambjent, l-UE trid timbotta aktar it-trasport bil-baħar billi tagħmel il-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar iktar kompettittiv. Il-Kummissjoni Ewropea argumentat li mod wieħed kif tista’ tagħmel dan huwa billi tnaqqas il-prezzijiet tas-servizzi tal-portijiet – fattur kruċjali għas-sidien tal-vapuri – u żżid il-kompetizzjoni bejn il-portijiet. Iżda, l-isforzi tagħha biex tilliberalizza s-servizzi tal-portijiet iltaqgħu ma’ ħsibijiet li s-sigurtà u d-drittijiet tal-ħaddiema jistgħu jiġu mfixxkla. Negozjati fit-tul biex ineħħu dawn il-biżgħat fl-imħuħ tal-maġġoranza tal-MPE fallew u l-Parlament Ewropew fl-aħħar xejjen il-leġislazzjoni li kienet proposta.

Għalkemm is-suq tat-trasport marittimu kien ġie miftuħ f’dawn l-aħħar snin, eċċezzjoni importanti kienu s-servizzi tal-portijiet – varjetà sħiħa ta’ xogħlijiet bħall-pilotaġġ, ankraġġ u l-immaniġjar tat-tagħbija tal-merkanzija. Dawn is-servizzi huma rregolati b’mod qawwi permezz ta’ taħlita ta’ leġislazzjoni nazzjonali varjata u kumplessa. Dawk li huma favur l-aċċess ta’ suq miftuħ jgħidu li r-restrizzjonijiet eżistenti fuq is-servizzi tal-portijiet għandhom jiġu mneħħija biex jitkissru l-monopolji, b’hekk dawk li jipprovdu dan is-servizz, kemm issa u anke dawk li jkun hawn fil-futur jingħataw ċans ġust biex jikkompetu fis-suq tas-servizzi tal-portijiet biex ikunu fuq l-istess bażi tar-regoli dwar il-kompetizzjoni ta’ l-UE. Hawn min jargumenta li kompetizzjoni akbar, għandha ttejjeb l-istandards, tnaqqas il-prezzijiet u timbotta l-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar.

B’dan f’moħħha, il-Kummissjoni Ewropea nhediet abbozz ta’ direttiva fl-2001 biex tintroduċi qafas ċar għall-aċċess għas-suq tas-servizzi fil-portijiet. Ir-regoli kellhom jiġu applikati biss fil-portijiet li jimmaniġjaw mill-inqas 1.5 miljun tunnellata ta’ tagħbija jew 200,000 passiġġier fis-sena, għalkemm l-Istati Membri kienu jistgħu jeżentaw dawk il-portijiet b’karattru staġjonali għoli (jiġifieri dawk li 50% tal-medja tal-volum totali annwali ta’ tagħbija jew passiġġieri fuq it-tliet snin li għaddew ġew milħuqa fi tliet xhur konsekuttivi, ikunu liema jkunu). Il-portijiet iż-żgħar ma kienux se jiġu milquta.

Din kienet parti mil-leġislazzjoni li l-Parlament Ewropew kellu l-poter li jemenda b’mod sostanzjali. Filwaqt li ħafna mill-MPE kienu favur kompetizzjoni akbar f’ċerti oqsma tas-suq tas-servizzi tal-portijiet, il-Parlament b’mod ġenerali kien attent ħafna fuq il-liberalizzazzjoni u kien ikkonċernat li l-istandards għoljin ta’ sigurtà jkunu mħarsa f’dan is-settur. Waqt it-tliet snin li damet għaddejja mill-Parlament, il-leġislazzjoni kienet emendata b’mod qawwi mill-MPE. Huma riedu li jiċċaraw punti bħat-tul tal-permessi li jissupplixxu s-servizzi tal-portijiet, il-kumpens lil dawk li kienu jipprovdu s-servizz qabel, it-trasparenza finanzjarja u l-għajnuna mill-istat. Għalkemm il-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri laħqu kompromess f’ċerti oqsma, ma setgħux jaraw għajn m’għajn fuq numru ta’ kwistjonijiet importanti.

Eventwalment, il-kwistjoni marret fil-konċiljazzjoni (il-proċeduri ta’ negozjati speċjali li jiġu wżati biex jipprova jintlaħaq kompromess f’każ ta’ nuqqas kbir ta’ qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill) u ġie ssensarjat arranġament f’Settembru 2003. Iżda, dan il-kompromess kien aċċettat biss b’maġġoranza ristretta ħafna mid-delegazzjoni tal-15-il membru tal-Parlament. U meta f’Novembru 2003 l-arranġament kien impoġġi għall-vot tal-MPE kollha fil-laqgħa plenarja tal-Parlament, dan ġie miċħud, kienet biss it-tielet darba li l-plenarju tal-Parlament qaleb arranġament li kien milħuq fil-konċiljazzjoni.

Il-Pilotaġġ

Il-Parlament emmen li l-gvernijiet nazzjonali ma għandhomx ikunu sfurzati biex jilliberalizzaw is-servizzi tal-pilotaġġ, li anzi għandhom ikunu eżentati mid-direttiva, u jgħinu biex kull pajjiż ikompli jeżegwixxi r-regoli tiegħu fuq il-pilotaġġ, u jagħti kas taċ-ċirkostanzi tal-portijiet individwali. Il-MPE argumentaw li dan jipprovdi l-aħjar garanziji għas-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali f’oqsma vulnerabbli.

Il-kompromess li ntlaħaq wara l-konċiljazzjoni f’Settembru 2003 iddetermina li għalkemm is-servizzi ta’ pilotaġġ sejrin jiġu integrati fid-direttiva, għal raġunijiet ta’ sigurtà u u l-bżonnijiet tas-settur pubbliku l-awtoritajiet relevanti jistgħu jirrikonoxxu “in-natura neċessarja” tal-pilotaġġ u jirrakkomandaw regoli ta’ l-organizzazzjoni li huma ħasbu li huma neċessarji biex jiżguraw li jkun hemm sigurtà fit-traffiku marittimu. Dan seta’ jinkludi li s-servizzi ta’ pilotaġġ jiġu limitati biss għal Fornitur Wieħed ta’ Servizzi f’kull port.

L-Immaniġjar tat-Tagħbija tal-Merkanzija

Iżda, l-iktar aspett dibattibli tal-liberalizzazzjoni kellu x’jaqsam ma’ l-immaniġjar tat-tagħbija tal-merkanzija, settur li jimpjega miegħu eluf ta’ ħaddiema tal-port reġistrati madwar l-UE, l-aktar fl-Olanda, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit. Taħt ir-regoli ta’ issa, l-awtoritajiet tal-port huma obbligati li jimpjegaw ħaddiema ta’ trejdunjin lokali biex jgħabbu u jħottu it-tagħbijiet, imma l-kumpanniji tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar u xi organizzazjonijiet tal-port ilhom jiġġieldu għad-dritt li jimpjegaw lil kull min jiddeċiedu huma sabiex jagħmlu dawn is-servizzi, jiġifieri kemm ħaddiema każwali u kif ukoll membri ta’ l-ekwipaġġ tal-vapur. Dan huwa magħruf f’din is-sengħa bħala “self-handling” – fi kliem ieħor, wieħed li juża l-port jipprovdi ċerti servizzi tal-port għalih innifsu. Ħafna jibżgħu li dan jiftaħ il-bibien beraħ għall-ħaddiema li mhumiex membri fi trejdunjin, li huma orħos, minn pajjiżi li mhumiex fl-UE, li jwassal għal telfin kbir ta’ xogħol ta’ ħaddiema tal-port li huma mħarrġa. Huwa diskuss ukoll li s-sigurtà tkun mheddha, peress li l-ħaddiema tal-port li mhumiex imħarrġa ma għandhomx l-esperjenza meħtieġa biex jagħmlu xogħlijiet li jistgħu jkunu diffiċli u ta’ periklu. Il-proposti tal-Kummissjoni jinkludu dispożizzjonijiet fuq is-“self-handling” li qanqlu eluf ta’ ħaddiema tal-port biex joħorġu fit-toroq u xi kultant kien hemm protesti vjolenti f’diversi pajjiżi ta’ l-UE f’punti strateġiċi waqt li kienet għaddejja din il-leġislazzjoni.

Taħt il-kompromess li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u d-delegazzjonijiet tal-Kunsill f’Settembru 2003, is-“self-handling” kien ikun awtorizzat biss jekk ir-regoli nazzjonali dwar l-impjiegi u t-taħriġ ikunu osservati strettament. Ma’ dan, id-definizzjoni ta’ “self-handling” kienet mibdula ħalli kumpannija tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar li tixtieq li tipprovdi servizzi tal-portijiet għaliha nnifisha setgħet biss tuża l-makkinarju tagħha u l-ekwipaġġ tagħha tat-tbaħħir għal dan il-għan, jiġifieri ma setgħetx iddaħħal xogħol ibbażat fuq l-art li trid hi biex tgħabbi u tħott. Iżda, il-unjon tal-ħaddiema tal-port Ewropea baqgħet topponi b’mod totali l-ideja ta’ ekwipaġġ li jintuża għall-immaniġjar tat-tagħbija tal-merkanzija, u bdiet tgħid li huma ma kienux ikkwalifikati biex jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol u li l-istandards ta’ sigurtà jkunu fil-periklu, u huma ħarġu sejħiet biex il-leġislazzjoni tkun mneħħija. L-opinjonijiet fost il-MPE kienu maqsuma sew, bi ftit minnhom (l-aktar is-Soċjalisti, il-Ħodor u l-Ewropej Magħquda tax-Xellug) iwasslu l-anzjetajiet tal-ħaddiema tal-port u jsejħu l-kompromess “kapitulazzjoni”. Oħrajn (l-aktar il-grupp ċentru lemini EPP-ED u l-Liberali) argumentaw iżda li jekk kumpannija tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar setgħet tuża biss il-makkinarju u l-ekwipaġġ tagħha, imbagħad is-“self-handling” ikun biss ristrett għal vapuri u tagħbijiet iżgħar u inqas xogħlijiet ikunu milqugħtin. Fil-prattika, huma qalu, li vapuri tat-tagħbija kbar ikomplu, kif inhu fil-preżent, ikollhom bżonn tas-servizzi ta’ ħaddiema tal-port irreġistrati u jużaw krejnijiet kbar li huma fornuti mill-awtoritajiet tal-port.

Fl-aħħar, l-avversarji tas-“self-handling” rebħu fil-Parlament, bir-riżultat li l-pakkett kollu tal-leġislazzjoni ġie mwarrab formalment u kellu jiġi abbandunat. Il-Kummissjoni issa trid tiddeċiedi jekk tmurx lura lejn il-bord ta’ l-ippjanar u tippreżenta proposti ġodda, li jerġgħu jkunu suġġetti għall-proċess ta’ skrutinju mill-MPE li jista’ jieħu ammont ta’ snin. Fis-settur tas-servizzi tal-portijiet, għal ta’ l-inqas il-liberalizzazzjoni mhijiex fil-qrib.



  
Relaturi:
  
Access tas-suq ghal servizzi tal-port: Georg Jarzembowski (EPP-ED, D)
  
Gurnal Ufficjali – atti finali:
  
Access tas-suq ghal servizzi tal-port - test rifjutat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004