Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Is-sigurtà fil-baħar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiġġieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koeżjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


L-ivvjaġġar bl-ajru - is-sigurtà u s-Sema Uniku Ewropew

L-ivvjaġġar bl-ajru fl-Ewropa ser isir iktar sigur wara li daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni reċenti ta' l-UE. Din il-leġiżlazzjoni ntroduċiet sistema unika għall-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa. Bħala parti minn din is-sistema, grazzi għall-Membri tal-Parlament Ewropew, it-titjiriet ċivili sejrin jibbenefikaw minn kooperazzjoni bejn iċ-civil u l-militar dwar it-tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru. Taħt leġiżlazzjoni separata, l-Istati Membri ta' l-UE se jkollhom jispezzjonaw il-mezzi ta' l-ajru minn pajjiżi mhux fl-UE jekk jissospettaw li l-ajruplani jistgħu jkunu ta' riskju għas-sigurtà. Fuq pressjoni mill-Parlament Ewropew, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku informazzjoni ċara u li tiftiehem faċilment dwar ir-rekords ta' sigurta ta' linji ta' l-ajru barranin li jtiru lejn l-UE.

Is-sistema tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru ta' l-Ewropa, li tmur lura għas-sittinijiet, hija frammentata ħafna. It-titjiriet ikollhom jgħaddu minn "blokki" varji ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru, li ta' spiss jużaw teknoloġiji differenti u proċeduri nazzjonali. Titjira minn Ruma għal Brussel taqsam disa' blokki differenti, u tgħaddi minn ċentru ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru għall-ieħor. Din is-sistema twassal għall-ingombri - titjira minn kull ħamsa hija affetwata minn ittardjar - u ġġiegħel l-ajruplani li jużaw iktar fjuwil. Iktar importanti minn dan hu li s-sistema ġa laħqet il-limiti ta' sigurtà tagħha minħabba ż-żieda kontinwa tat-traffiku ta' l-ajru Ewropew. Il-ħabta fl-ajru bejn żewġ ajruplani ħdejn il-Lake ta' Kostanza fil-Ġermanja f' Lulju 2002, li fiha mietu 71 persuna, ġibdet l-attenzjoni fuq is-sistema ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru.

Is-sistema preżenti ta' l-ispazju ta' l-ajru Ewropew tinkludi wkoll ħafna żoni militari, li ma jistgħux jintużaw minn linji ta' l-ajru ċivili. Titjira minn Berlin lejn Madrid ma tistax tieħu triq dritta imma jkollha tagħmel devjazzjoni biex tevita li ttir minn ġo żoni kbar ta' spazju ta' l-ajru militari fil-Germanja u Franza. Huwa maħsub li devjazzjonijiet bħal dawn jaħlu 350,000 siegħa ta' titjir fis-sena.

Is-Sema Uniku Ewropew

Leġiżlazzjoni ġdida, li se tidħol fis-seħħ fl-aħħar ta' l-2004, għandha l-għan li tbiddel dan l-ispazju ta' l-ajru frammentat f'"Sema Uniku Ewropew" li jkun regolat bi prinċipji u regoli standard. L-ispazju ta' l-ajru ta' l-UE se jiġi diviż f'numru limitat ta' blokki "funzjonali" li se jkunu bbażati fuq ħtiġijiet operazzjonali independentement mill-fruntjieri nazzjonali. Dan għandu jgħin sabiex it-traffiku ta' l-ajru jsir aktar faċili u b'hekk is-sistema kollha issir aktar sigura u aktar effiċjenti. Huwa ttamat li dawn il-miżuri se jwasslu għall-soluzzjonijiet tekniċi u operattivi ġodda, kif ukoll għall-kompatibbiltà tat-tagħmir. Fil-futur, pajjiżi ġirien iżda mhux membri ta' l-UE se jitħallew isiru membri tal-proġett Sema Uniku Ewropew, peress li kull estensjoni ta' dan l-ispazju ta' l-ajru magħqud jista' biss itejjeb is-sigurtà ta' l-ispazju ta' l-ajru Ewropew.

Sabiex jintlaħqu il-bżonnijiet ta' l-utenti ċivili u militari

Sabiex l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru jsir aktar flessibli u effiċjenti, il-Kummissjoni proponiet li r-rotot militari għandhom jiġu parzjalment miftuħa għall-ajruplani ċivili. Il-Membri tal-Parlament Ewropew kienu wkoll konvinti li s-Sema Uniku Ewropew qatt ma setgħa jsir realtà mingħajr kooperazzjoni bejn is-setturi ta' l-ajru ċivili u militari. Minkejja dan, l-Istati Membri opponew bil-qawwa li tiġi nkluża fil-leġislazzjoni xi forma ta' kooperazzjoni ċivili-militari. Huma argumentaw li l-kwistjonijiet tad-difiża ma kienux fil-kompetenza ta' l-UE u li l-Istati Membri għandhom iżommu d-drittijiet esklussivi fuq l-ispazju ta' l-ajru militari tagħhom. Din kienet waħda mill-iktar kwistjonijiet jaħarqu waqt in-negozjati leġiżlattivi bejn il-Parlament u l-Kunsill. Imma grazzi għall-persistenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri fl-aħħar qablu biex itejbu l-kooperazzjoni civil-militari u jħeġġu kooperazzjoni bejn il-forzi armati tagħhom dwar it-tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru.

Is-sigurtà ta' ajruplani mhux ta' l-UE

Leġiżlazzjoni oħra, li għandha tidħol fis-seħħ fl-2006, għandha l-għan li tipproteġi mill-perikli ta' ajruplani li ma jikkonformawx ma' l-istandards internazzjonali ta' sigurtà lill-dawk li jivvjaġġaw bl-ajru u nies li joqogħdu ħdejn ajruporti . L-Istati Membri se jkollhom jagħmlu kontrolli uniformi ta' sigurtà fuq ajruplani ta' pajjiżi mhux fl-UE u li jaqsmu ma xulxin informazzjoni dwar dawn l-ajruplani. Ajruplani minn pajjiżi terzi li jużaw l-ajruporti ta' l-Istati Membri se jkollhom jgħaddu minn spezzjonijiet jekk jiġu sospettati li ma jikkonformawx ma' l-istandards ta' sigurtà. Kull ajruplan li jinsab li hu perikoluż ma jitħalliex itir, u Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jippermettix lil-operatur juża l-ajruporti tiegħu fil-futur. L-Istati Membri huma obligati li jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra meta spezzjoni fuq xi ajruplan tikxef nuqqasijiet ta' sigurtà jew theddida potenzjali għas-sigurtà. Il-Parlament emenda dawn ir-regoli sabiex l-Istat Membri jkun jistgħul jagħmlul kontrolli każwali - fuq bażi non-diskriminatorja - anke jekk ma jkunx hemm l-ebda każ ta' suspett.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew tħabtu ħafna biex iwaqqfu l-Kunsill milli jnaqqas il-poteri tal-Kummissjoni biex tieħu azzjoni Komunitarja kontra operaturi barranin li ma jilħqux l-istandards ta' sigurtà. Grazzi għall-isforzi tagħhom, jekk Stat Membru jinforma lill-Kummissjoni li waqqaf linja ta' l-ajru milli tuża l-ajruporti tiegħu, il-Kummissjoni tkun tista' testendi din il-projbizzjoni ma l-UE kollha.

Blacklist ta' kumpaniji ta' l-ajru

Kieku l-passiġġieri li kienu sejrin lura Franza, fit-3 ta' Jannar ta' dis-sena, wara li kienu qatgħu l-vaganzi tagħhom tal-Milied fl-Eġittu, kienu jafu li l-linja ta' l-ajru kienet ġiet miżmuma mill-Isvizzera fl-2002, kienu jitilgħu fuq it-titjira diżgrazzjata 'Air-Flash'? L-ajruplan ikkraxxja fil-Baħar l-Aħmar ftit wara li telaq miċ-ċentru turistiku ta' Sharm el-Sheikh, u mietu 148 persuna. S'issa, il-gvernijiet Ewropej ippubblikaw ftit li xejn informazzjoni dwar projbizzjonijiet imposti fuq linji ta' l-ajru tal-passiġġieri. Iżda dan għandu jinbidel bl-addozzjoni tar-regoli l-ġodda.

Il-Kummissjoni ser iżżomm rekord ta' l-informazzjoni kollha miġbura mill-ispezzjonijiet li jkunu saru fl-Istati Membri, sabiex imbagħad tanalizza din l-informazzjoni f'rapport annwali. Il-Membri tal-Parlament Ewropew kienu preokkupati li din l-informazzjoni teknika tiġi ppreżentata b'tali mod li tkun utli għall-passiġġieri li jkunu jixtiequ jafu dwar ir-rekord ta' sigurtà ta' kumpannija ta' l-ajru. Minħabba l-isforzi tal-Parlament, l-informazzjoni fir-rapport tal-Kummissjoni se tkun sempliċi u faċli biex tinftiehem, u se tindika jekk hemmx riskji żejda ta' sigurtà għall- vjaġġaturi bl-ajru li jużaw kumpanniji barranin. Huwa ttamat li dan ir-rapport iwassal għal "blacklist" ta' kumpaniji ta' l-ajru kemm xejn siguri.

Biża' mit-titjir?

l-indikazzjoniniet juru li l-ivvjaġġar bl-ajru se jkompli jikber fl-għaxar snin li ġejjin. Il-leġiżlazzjoni ġdida ta' l-UE poġġiet is-sisien sabiex jonqos l-ittardjar, l-ispazju ta' l-ajru ta' l-Ewropa jsir aktar sigur u sabiex jiġi żgurat li l-passiġġieri jkunu jistgħu jagħmlu għażliet iktar infurmati dwar il-linji ta' l-ajru li jivvjaġġaw magħhom, f'settur tat-trasport ta' l-ajru dejjem aktar liberalizzat.



  
Rapporteurs
  
Il-kreazzjoni ta' Sema Uniku Ewropew: Giovanni Claudio Fava (PES, I)
Sema Uniku Ewropew: l-interoperabilità tan-network ta' tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru: Maria Johanna Sanders-Ten Holte (ELDR, NL)
Sema Uniku Ewropew: organizzazzjoni u uzu ta' l-ispazju ta' l-ajru: Maria Johanna Sanders-Ten Holte (ELDR, NL)
Sema Uniku Ewropew: provvediment ta' servizzi ta' navigazzjoni: Maria Johanna Sanders-Ten Holte (ELDR, NL)
Is-sigurtà fl-ajru: l-ajruplani ta' pajjizi terzi li juzaw ajruporti tal-Komunità: Nelly Maes (Greens/EFA, B)
  
Dehra generali tal-procedura legizlattiva
  
Il-kreazzjoni ta' Sema Uniku Ewropew:
Sema Uniku Ewropew: l-interoperabilità tan-network ta' tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru
Sema Uniku Ewropew: organizzazzjoni u uzu ta' l-ispazju ta' l-ajru
Sema Uniku Ewropew: provvediment ta' servizzi ta' navigazzjoni
Is-sigurtà fl-ajru: l-ajruplani ta' pajjizi terzi li juzaw ajruporti tal-Komunità
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali
  
Il-kreazzjoni ta' Sema Uniku Ewropew:
Sema Uniku Ewropew: l-interoperabilità tan-network ta' tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru
Sema Uniku Ewropew: organizzazzjoni u uzu ta' l-ispazju ta' l-ajru
Sema Uniku Ewropew: provvediment ta' servizzi ta' navigazzjoni
Is-sigurtà fl-ajru: l-ajruplani ta' pajjizi terzi li juzaw ajruporti tal-Komunità - it-test addottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004