Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Is-sigurtà fil-baħar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiġġieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koeżjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Il-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali tittieħed bil-mod

Proposti ta’ importanza kbira mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jinfetħu s-servizzi postali għal kompetizzjoni akbar ġew ikkontrollati mill-MPE, li kienu ddeterminati illi anke n-nies li jgħixu fl-aktar partijiet imbiegħeda kellhom jibqgħu jirċievu l-posta bi prezz li jiflaħ għalih. Fuq insistenza tal-Parlament Ewropew, il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-posta sejra tittieħed aktar bil-mod u tkun ikkontrollata b’aktar reqqa milli ppjanat fil-bidu, sabiex ikun jista’ jintlaħaq bilanċ aħjar bejn l-effiċjenza ekonomika u l-ħtiġijiet soċjali.

Is-servizz postali fl-UE huma stmati illi jimmaniġġjaw 135 biljun oġġett fis-sena, li jiġġenera fatturat ta’ madwar €80 biljun. L-isfida tal-lum hija illi żżomm “servizz universali” (servizz ta’ ġbir u tqassim kuljum bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu, lil kull indirizz, anke f’partijiet imwarrbin) filwaqt illi tagħmel lis-settur tal-posta kompetittiv biżżejjed sabiex ikampa f’ambjent tal-komunikazzjoni li dejjem jinbidel.

F’abbozz ta’ direttiva sabiex jittieħdu l-ewwel passi lejn il-liberalizzazzjoni ta’ l-industrija tal-posta, il-Kummissjoni ssuġerit illi xi servizzi postali jinfetħu għall-kompatizzjoni, bis-suq intern ta’ dawn is-servizzi ikun komplut f’data aktar tard. Iżda l-Parlament kien imħasseb illi anke din il-proposta kienet wisq u malajr wisq. Bħala riżultat tal-pressjoni tal-MPE, il-leġiżlazzjoni ġiet mibdula b’mod sinnifikanti. Il-fażijiet inizzjali tal-liberalizzazzjoni sejrin jiġu mdaħħlin aktar bil-mod milli riedet il-Kummissjoni u l-Parlament sejjer ikollu sehem importanti f’dak li jiġri wara.

It-tqassim garantit ta’ l-ittri ordinarji

Fl-aħħar forma tagħha, id-direttiva tas-servizzi postali ma tapplikax għall-ġbir u t-tqassim ta’ posta nazzjonali, jew posta li dieħla minn pajjiż ieħor, li tiżen anqas minn 50g. Minħabba li l-kategorija ta’ anqas minn 50g tikkostitwixxi l-parti l-kbira tas-suq tal-posta, ittri ordinarji sejrin jibqgħu għalissa jiġu miġbura u mqassma, kif inhuma issa, minn “operaturi universali tas-servizz” li ġeneralment huma l-uffiċċju postali nazzjonali).

Madankollu. l-Parlament kien interessat ukoll illi jiżgura li l-kategorija ta’ wara, li tiżen bejn 50g u 100g, għandha tkun taħt l-operaturi universali tas-servizz għal perjodu itwal (2003-2006) milli maħsub mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-MPE argumentaw illi l-liberalizzazzjoni totali ta’ posta li ħierġa mill-pajjiż kienet miżura drastika wisq u nsistew illi l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkontrollaw dan is-settur “sakemm ikun neċessarju sabiex jiġi żgurat il-forniment universali tas-servizz”, li fil-prattika jfisser li tippermetti li l-uffiċċji postali jużaw id-dħul minn din il-parti tas-suq sabiex jissussidja s-servizz universali.

Skeda gradwali

L-iskeda sabiex tkun introdotta l-kompetizzjoni stabbilita fil-leġiżlazzjoni l-ġdida hija kif ġej
- mill-2003, tqassim ta’ posta li tiżen aktar minn 100g jew li tiswa aktar minn tlett darbiet tal-prezz ta’ ittra standard;
- mill-2006, it-tqassim ta’ posta li tiżen aktar minn 50g jew li tiswa aktar minn darbtejn u nofs tal-prezz ta’ ittra standard;
- mill 2003 kull posta li ħierġa mill-pajjiż għajr meta Stat Membru jikkunsidra d-dħul minn din il-parti tas-suq meħtieġa għas-sostenn tas-servizz universali.

Billi ħares aktar ‘il quddiem il-Parlament irnexxielu wkoll itawwal l-iskeda maħsuba mill-Kummissjoni għall-fażi li jmiss ta’ liberalizzazzjoni. Huwa rrifjuta d-dati oriġinali tal-Kummissjoni, li kienu sejrin ifissru li tittieħed deċiżjoni sa l-2005 fuq jekk is-suq tal-posta għandux jinfetaħ mill-ewwel ta’ Jannar 2007 ‘il quddiem. Minflok, id-direttiva teħtieġ illi l-Kummissjoni tlesti studju fl-2006 li jistma, għal kull Stat Membru, l-impatt fuq is-servizzi universali jekk is-suq intern tas-servizzi postali kellu jitlesta fl-2009. Fuq il-bażi ta’ dak l-istudju, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ġdid ta’ leġiżlazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill tal-Ministri. Imbagħad dawn jew jikkonfermaw id-data ta’ l-2009 għat-tlestija tas-suq intern postali jeww jissuġġerixxu passi oħrajn.

Sabiex iżomm għajnejh fuq dak li qiegħed jiġri, il-Parlament ippressa fuq il-Kummissjoni illi tirraporta għandu kull sentejn – l-ewwel darba sa l-aħħar ta’ l-2004 – dwar żviluppi fl-industrija. Minħabba illi l-Parlament sejjer ikollu s-setgħa li jemeda aktar leġiżlazzjonijiet, il-MPE jistgħu jiżguraw li tal-posta dejjem iħabbat darba kuljum, jekk mhux darbtejn.



  
Relatur:
  
Ftuh ghal kompetizzjoni tas-servizzi postali tal-Komunità: Markus Ferber (EPP-ED, D)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
Ftuh ghal kompetizzjoni tas-servizzi postali tal-Komunità

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004