Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Is-sigurtà fil-baħar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiġġieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koeżjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Ir-Regolament ta' l-Eko-punti għall-Awstrija : Selettivament Problematiku

Il-konservazzjoni u t-traffiku qawwi kważi qatt ma jidhru kompatibli ma' xulxin. U jekk iridu jkunu kompatibli, imbgħad tkun qed tipprogramma kunflitti minn qabel. Dan hu l-każ per eżempju meta titratta dwar it-traffiku qawwi ta' vetturi tal-ġarr tal-merkanzija tqila li jgħaddi mill-Awstrija, pajjiż magħruf tant kemm għal passaġġi ta' transitu, kif ukoll għas-sbuħija tax-xenarju muntanjuż tiegħu. Issa wara ġlieda iebsa, ir-Rappreżentanti ta' l-Ewropa jistgħu jesprimu l-qbil tagħhom għar-regolament ġdid ta' l- Eko-punti għat-transitu ta' tgħabija tqila li jaqsam mill-Awstrija, li fuq naħa wahda jipproteġi l-ekosistema sensittiva ta' l-Alpi minn sustanzi ta' ħsara u fuq in-naħa l-oħra iżda għandu jassikura t-traffiku ħieles ta' merkanzija ma' l-UE kollha.

Il-liġi l-ġdida hija soluzzjoni temporanja għas-sena 2004 u l-aktar sa tmiem l-2006, peress li r-regolament l-antik ta' eko-punti għall- Awstrija fil-fatt ġie fi tmiemu fi tmiem l-2003, iżda sistema ta' dazju funzjonanti bl-għajnuna ta' l-Euro Vignette bl-ebda mod ma tidher li ser tiġi stabilita. Il-bidu tas-sena 2007 hu l-aħħar data li fih tista' tiġi introdotta l-Euro Vignette – jekk tiġi introdotta qabel, ir-Regolament ta' l-Eko-punti jiġi abolit immedjatament.

Wara diskussjonijiet twal mal-Kunsill u l-Kummissjoni, il-Parlamentari finalment approvaw il- Kompromess dwar l-Eko-punti fi tmiem l-2003, li permezz tiegħu mill-bidu ta' din is-sena traffiku in transitu ta' tgħabija tqila fl-Awstrija kollha jkun regolat. Permezz ta' sistema ta' kwoti l-vetturi qodma tal-ġarr tal- merkanzija tqila, li jħamġu ferm l-arja, ser jitneħħew mit-traffiku ta' transitu. Fl-istess ħin l-UE trid tippromwovi l-introduzzjoni ta' mudelli moderni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Il-bażi għall-kalkolu tal-livell ta' tniġġis ta' l-arja minn vetturi tal-ġarr tal-merkanzija tqila huma l-hekk imsejjħa Eko-punti, li jiġu allokati skond l-emissjoni ta' ossidi tan-nitrat li jagħmlu l-ħsara. Aktar ma tingħata numru ta' punti baxx, vettura tal-ġarr tal- merkanzija tqila, inqas tkun tagħmel ħsara lill-ambjent. Kull pajjiż li jibgħat vetturi tal-ġarr tal-merkanzija tqila, jiġi allokat kull sena kwota ta' punti mill-Kummissjoni. L-Istati Membri kollha flimkien għandhom madwar 6.5 miljun punt għad-disposizzjoni tagħhom għall- 2004. Fis-sena li ġejja u dik ta' warajha, dan l-ammont irid jiġi mnaqqas b'ħamsa fil-mija. Barra minn hekk, wara talba persistenti tal- Parlament, l-istati li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea ġew allokati l-kwota ta' punti tagħhom għall-2004: Per eżempju għar-Repubblika Ċeka dwan huma 80,078, għall- Ċipru 500. Anke dawn il-kwoti jridu jiġu mnaqqsa b'ħamsa fil-mija fis-sentejn li ġejjin.

Tneħħija ta' vetturi tal-ġarr ta' merkanzija tqila b'numru għoli ta' Eko-punti

Wara r-regolament il-ġdid, vetturi tal-ġarr ta' merkanzija tqila li għandħom valur partikolarment ħażin ta' emissjonijiet (exhaust) u valur korrispondenti għoli ta' punti li jaqbeż it-tmien punti, ma humiex aktar permessi jgħaddu mill- Awstrija. Għall-kategorija li tmiss –dik minn sitta sa tmien punti- hemm fis-seħħ regolament ta' kwoti għall-2004 bi qbil mal-kwota ta' punti eżistenti għal kull pajjiż. Vetturi moderni, li teoretikament għandhom jaslu sa ħames punti jew anqas, huma liberi li jinstaqu fit-toroq tal-pajjiż kollu, peress li fil-prattika mhux ser jitnaqqsulhom punti. Membri tal-Parlament Ewropew Awstrijaċi u rappreżentanti Awstrijaċi tal-gvern pprotestaw b'mod qawwi ferm kontra r-regolament il-ġdid – Skond il-kritika tagħhom b' riżultat tar-regolament il-ġdid it-traffiku in transitu mhux ser jkun hemm lok li jiġi kontrollat.

Fir-rigward tar-regolament il-ġdid, il-Parlamentari ta' l-Ewropa ġġieldu b'mod determinat għall-emendi tagħhom, għalkemm mhux dejjem irnexxilhom jgħadduhom. Il-premessi għall- posizzjoni kritika tal-membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-posizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill kienet il- konvinzjoni maġġoritarja ta' bżonn li jinżamm bilanċ bejn, fuq naħa waħda l-protezzjoni ta' l-ambjent u fuq in-naħa l-oħra l-liberta' tat-traffiku tal- merkanzija fil-pajjiżi ta' l-UE – li għalhekk il-protezzjoni ta' ekosistemi sensittivi tul l-passaġġi ta' transitu fl- Alpi finalment m'għandiex tinblokka t-traffiku ta' merkanzija. Għalhekk per ezempju l-membri tal- Parlament Ewropew ikkritikaw is-sistema antika ta' Eko-punti li twassal sempliċiment għal nies li joperaw fil-qasam tat-trasport sabiex jivvjaġġaw fiż-żona tal-Alpi tul rotot kultant itwal u li b'hekk jinxtered it-tniġġis tal-arja f'reġjuni oħra. Dan iwassal għad-distorzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll jmur kontra l-prinċipju tat-traffiku ħieles tal-merkanzija ġewwa l-UE.

Punt meraviljuż għall-Parlament Ewropew: Ir-Regolament japplika għall-Awstrija kollha

Fl-istadju ta' preparazzjoni tar-regolament il-ġdid, il-parlamentari ħadmu għad-dħul ta' xi ħaġa differenti, fejn ir-restrizzjoni fuq it-traffiku in transitu tkun magħmula applikabli biss għar-reġjuni muntanjużi tal-Brenner, it-Tauern u l- Pirinej u mhux –kif sar issa bi qbil max-xewqa tal- Kummissjoni, tal- Kunsill u ta' l-Awstrija –għal pajjiż kollu.

Mhux aktar tard mit-tmiem ta' l-2006 s-sistema transitorja ta' l-Eko-punti ser tiġi finalment fi tmiema għax imbgħad trid tibda tiffunzjona fl-Awstrija s-sistema ta' l-Euro Vignette. It-tariffi li l-pajjiż ser jagħmel b'għaqal bl-għajnuna ta' dawn ir-rati (il-plakek) ta' dazju ser imorru għall-iffinanzjar tal-mina tal-ferrovija tal-Brenner b'tul ippjanat ta' ħamsin kilometru, li ser tqum xorta waħda madwar erba' t'elef miljun Euro.



  
Rapportatur:
  
Ir-regolament ta' l-Eko-punti ghall-Awstrija: Paolo Costa (ELDR,I)
  
Il-Gazzetta –Atti Legali
  
Ir-regolament ta' l-Eko-punti ghall-Awstrija

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004