Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Is-sigurtà fil-baħar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiġġieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koeżjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Futur aħjar għall-linji tal-ferroviji

Il-futur tal-linji tal-ferroviji ta’ l-Ewropa jidher aktar pożittiv wara li reċentament ġiet adottata leġislazzjoni li se tħalli lill-kumpanniji Ewropej tal-ferroviji joperaw fuq il-linji kollha tas-suq intern ta’ l-UE, b’hekk tiżdied il-kompetizzjoni u jitjiebu s-servizzi. Il-moviment tal-merkanzija huwa l-ewwel parti tas-suq li se jiġi affettwat imma s-servizzi tal-passiġġieri huma mistennija li jsegwu wara. Il-Parlament Ewropew appoġġja bis-sħiħ kompetizzjoni akbar fl-industrija tal-ferroviji, minħabba li l-MPE jittamaw li s-servizzi tal-ferroviji jitjiebu u jħajru aktar użu minnu minflok trasport ieħor ta' l-art u ta' l-ajru.

Kemm fil-każ tat-trasport tal-merkanzija kif ukoll tas-servizzi tal-passiġġieri hemm raġunijiet validi biex jiġu nkoraġġuti l-linji tal-ferrovija minflok it-trasport ta' l-art u ta’ l-ajru: dan sabiex jitnaqqas it-traffiku mit-toroq u mill-ispazju ta’ l-ajru mblukkati u għall-ġid ta' l-ambjent, minħabba li l-ferroviji jiġġeneraw anqas tniġġis minn kwalunkwe meżż ta' trasport ieħor. Iżda, il-ferroviji ta’ l-Ewropa f’dan l-aħħar żmien kienu qed jaqgħu lura meta mqabbla mat-trasport ta' l-art u ta’ l-ajru: infatti, bejn l-1970 u l-1998 is-sehem fis-suq tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Ewropa niżel minn 21.1% għal 8.4%. Iżda, filwaqt li t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija kien qed jonqos fl-Ewropa, dan kien qed jiżdied fl-Istati Uniti, fejn il-ferroviji issa jittrasportaw 40% tal-ġarr tal-merkanzija kollu.

Biex jiżdied il-moviment bil-ferroviji fl-Ewropa m'hijiex biċċa xogħol sempliċi, għax is-sistema ferovjarja Ewropea hija msawwra minn ħafna networks nazzjonali. Minħabba dan, hemm ħafna problemi li jinkludu inkompatibilità teknika ta’ sistemi ta’ ferroviji differenti u n-nuqqas ta’ entużjażmu ta’ xi gvernijiet biex jesponu lill-operaturi tal-ferroviji tagħhom għall-kompetizzjoni minn operaturi ta' l-Istati Membri l-oħra. Il-Kommunità Ewropea qed tavvanza fi stadji biex tikkonċedi lill-operaturi tal-ferroviji aċċess għan-networks minn naħa għal oħra tal-kontinent. Ċertu ammont ta’ liberalizzazzjoni kien ntrodott fil-bidu tad-90 u dan kien segwiti fl-2001 u 2003 minn żewġ proposti leġislattivi ta’ importanza kbira.

L-ewwel passi – l-liberazzjoni tal-ġarr internazzjonali tal-merkanzija

L-ewwel proposta dwar il-linji tal-ferroviji ġiet adottata fl-2001 u rrisultat f'pass ’il quddiem biex jiġi lliberalizzat il-moviment tal-ġarr internazzjonali tal-merkanzija. Il-gvernijiet nazzjonali li ltaqgħu fil-Kunsill tal-Ministri riedu jillimitaw il-liberalizzazzjoni għan-Network Tans-Ewropea tal-Ġarr tal-Merkanzija bil-Ferrovija (NTEĠMF), li tikkonsisti biss f’ċerti terminals u portijiet maġġuri. Taħt pressjoni mill-Parlament, iżda, il-ministri qablu li jillimitaw il-liberalizzazzjoni lill-NTEĠMF sal-15 ta’ Marzu 2008 biss. Wara din id-data, kumpanniji tal-ferroviji li jixtiequ joperaw servizzi tal-merkanzija internazzjonali jkollhom aċċess għan-network Ewropea kollha kemm hi.
Din il-proposta leġislattiva bidlet id-diversi regoli nazzjonali għall-għoti ta’ liċenzji lill-kumpanniji tal-ferroviji, f'regoli standard, u fetħet l-aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji u l-ħruġ ta' ċertifikati tas-sigurtà lill-kumpanniji tal-ferroviji. L-aċċess għas-suq ħieles ma jkun ifisser xejn, mingħajr regoli standard fl-Ewropa kollha, dwar dawn l-oqsma.

Il-liberalizzazzjoni tal-ġarr domestiku tal-merkanzija, flimkien ma’ l-iffissar ta' data aktar kmieni biex jiġi lliberalizzat il-ġarr internazzjonali tal-merkanzija.

Iżda, id-difensuri tat-trasport bil-ferrovija ikunsidraw ir-risultat ta’ l-ewwel proposta bħala limitata wisq. Żviluppi fid-dinja tal-ferroviji dehru jsostnu l-idea li kien hemm anke bżonn ta’ liberalizzazzjoni aktar mgħaġġla. Per eżempju, kienu qed jinbtu alleanzi ġodda bejn operaturi fl-Italja, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Olanda biex joperaw f’passaġġi internazzjonali, speċjalment minn naħa għal oħra ta’ l-Alpi. Il-Kummissjoni argumentat li l-ewwel proposta tal-ferroviji kienet ħolqot dinamismu fis-suq, li ġġielet lit-trasportaturi, operaturi u investituri biex jistennew aktar liberalizzazzjoni. Hija żiedet li dawn l-istenniji kienu stimulati mis-sejħa tal-Parlament biex ikun hemm ftuħ sħiħ fis-suq tal-ġarr tal-merkanzija waqt l-aħħar serje ta’ negozjati leġislattivi fis-sena 2000.

Minħabba dan il-Kummissjoni ressqet it-tieni proposta dwar il-ferroviji fis-sena 2002 bil-għan li tgħaġġel il-liberalizzazzjoni tat-traffiku tal-ġarr tal-merkanzija. Għal darb’oħra, xi gvernijiet, partikolarment dawk ta’ Franza, il-Belġju u l-Lussemburgu, irreżistew liberalizzazzjoni aktar mgħaġġla. L-ewwel punt l-aktar importanti li kellu jiġi miftiehem kienet data ġdida għal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-ġarr internazzjonali tal-merkanzija. Skond l-ewwel proposta dwar il-ferroviji din kienet iffissata għas-sena 2008 iżda t-tieni proposta resqet id-data 'l quddiem għall-1 ta’ Jannar 2006 - għalkemm kien il-Parlament li ħa ħsieb li tiġi ffissata data preċiża. Il-Parlament ried ukoll li s-servizzi tal-ġarr intern tal-merkanzija jiġu liberalizzati mill-2006, imma iffaċċja reżistenza mill-gvernijiet nazzjonali li ppreferew l-2008. Għalhekk, l-MPE waslu għal ftehim b’kompromess fuq id-data ta’ l-1 ta’ Jannar 2007.

Jmiss lis-servizzi tal-ġarr tal-passiġġieri?

Is-servizzi tal-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri hija kwistjoni iktar sensittiva mill-ġarr tal-merkanzija, b’ċerti gvernijiet iwebbsu rashom kontra li jiftħu n-networks tal-passiġġieri tagħhom għall-kompetizzjoni minn kumpanniji tal-ferroviji ta' l-Istati Membri l-oħra.

Fit-tieni proposta dwar il-ferroviji, ntlaħaq kompromess, li mhux ċar ħafna, dwar il-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri, fejn ġie ffissat l-2010 bħala "objettiv” għal-liberalizzazzjoni; jiġifieri mingħajr garanziji speċifiċi. Iżda, il-kwistjoni mhix se tieqaf hemm għax il-Kummissjoni diġa qed tħejji t-tielet proposta dwar il-ferroviji qed tipproponi l-2010 bħala d-data biex tiġi lliberalizzata din il-kategorija ta' moviment.

Is-servizzi ta' ġarr intern tal-passiġġieri huma l-aħħar pożizzjoni ta’ difiża tal-kumpanniji tal-ferroviji nazzjonali u xi gvernijiet jippreferu li jipposponu kemm jista’ jkun ’il bogħod il-jum meta dawn ikunu finalment liberalizzati. Proposti biex jinfetħu dawn is-servizzi għal kompetizzjoni madwar l-Ewropa kollha m'humiex mistennija għalissa.

Sigurtà u interoperabilità

Minbarra l-kwistjoni dwar id-dati meta għandhom jidħlu fis-sess ir-regoli għal-liberalizzazzjoni, it-tieni proposta dwar il-ferroviji, bħall-ewwel waħda, tinkludi sensiela ta’ miżuri dwar is-sigurtà u kwistjonijiet tekniċi.

Ir-regoli ta' sigurtà ffissati mill-gvernijiet nazzjonali se jkunu armoniżżati. Il-Parlament ikkonvinċa lill-gvernijiet biex ma jdaħħlux regoli ġodda ta' sigurtà fuq bażi nazzjonali u kemm jistà jkun iżommuhom f'minimu. Peress li l-inċidenti tal-ferroviji jistgħu jkun ikkawżat minn nuqqas ta' kommunikazzjoni tajba, l-MPE insistew li l-impiegati li jagħmlu xogħolijiet essenzjali ta’ sigurtà għandhom ikunu mħarrġa sew dwar il-kodiċi kif ukoll fil-lingwa li tintuża għall-operazzjonijiet fuq ir-rotot li jaħdmu fuqhom. Qasam iehħor inkluż f'din il-proposta leġislattiva tirrigwarjda l-interoperabilità, u huwa mmirat biex jiddefenixxi l-aħjar livelli tekniċi biex ikunu armoniżżati. Grazzi għall-Parlament, se jkun obbligatorju li jiġi nstallat fuq il-ferroviji sturment li jirrekordja (il-kaxxa s-sewda), simili għal dawk li jintużaw fuq l-ajruplani u fuq il-vapuri, sabiex tinġabar data u jintużaw metodi armoniżżati għall-ipproċessar ta' din id-data.

Fl-aħħar, Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji kienet imwaqqfa biex tissorvelja s-sigurtà u l-interoperabilità tas-sistema. Il-bord ta’ l-Aġenzija se jkollu membri minn kull pajjiż ta’ l-UE u mill-Kummissjoni. Bħala riżultat tal-pressjoni mill-MPE, dawk li jħaddmu u l-impjegati se jkunu rrapreżentati fuq il-bord u fuq il-gruppi ta’ ħidma li jitrattaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol, saħħa u sigurtà.

Il-forzi tas-suq – jagħtu l-aħjar riżultati

L-għan tal-leġislazzjoni reċenti ta' l-UE fuq il-ferroviji mhuwiex li tespandi s-sehem tas-suq tal-ferroviji billi tiġġieled kontra l-forzi tas-suq imma pjuttost biex tuża l-forzi tas-suq biex tgħin lill-industrija tal-ferroviji biex tikkompeti. Liberalizzazzjoni ma tfissirx neċessarjament privatizzazzjoni, peress li kemm kumpanniji tal-ferroviji ta’ l-istat kif ukoll tal-privat ikunu jistgħu jikkompetu għan-negozju fi swieq li jkunu għadhom kemm infetħu.

Fl-aħħar, wieħed jista’ jagħmel paragun bejn l-attitudnijiet tal-Parlament lejn il-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali u dik ta’ l-industrija tal-ferroviji. Fl-ewwel każ, il-MPE opponew dak li huma raw bħala liberalizzazzjoni eċċessiva u nsistew b’suċċess li jinżamm servizz universali, bħat-tqassim tal-posta f’żoni rurali, bi prezzijiet raġonevoli għall-klienti kollha. Fil-każ tal-ferroviji, il-Parlament kien iktar ħerqan għal-liberalizzazzjoni mill-gvernijiet nazzjonali, għax jemmen li l-vantaġġi li s-soċjetà tistà tgawdi minn industrija tal-ferroviji aktar effiċjenti huma akbar mill-iżvantaġġi.



  
Rapporteurs:
  
L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità: Georg Jarzembowski (EPP-ED,D)
L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Licenzjar tal-kumpaniji tal-ferroviji: Johannes Swoboda (PES,A)
L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Trasport bil-ferroviji: il-kapacità u t-tariffi ta’ l-infrastruttura u certifikazzjoni tas-sigurtà: Johannes Swoboda (PES, A)
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità: Georg Jarzembowski (EPP-ED,D)
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Il-linji tal-Ferroviji tal-Komunità: sigurtà, licenzjar, tariffi, certifikazzjoni: Dirk Sterckx (ELDR,B)
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-interoperabilità tas-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea: Sylvaine Ainardi (GUE/NGL, F)
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-Agenzija Ewropea tal-Ferroviji: Gilles Savary (PES,F)
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità
L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità
L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Trasport bil-ferroviji: il-kapacità u t-tariffi ta’ l-infrastruttura u certifikazzjoni tas-sigurtà
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità - procedura ghadha mhux mitmuma
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Il-linji tal-Ferroviji tal-Komunità: sigurtà, licenzjar, tariffi, certifikazzjoni - Procedura li ghadha ma gietx mitmuma
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-interoperabilità tas-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea - Procedura li ghadha ma gietx mitmuma
It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-Agenzija Ewropea tal-Ferroviji – procedura li ghadha ma gietx mitmuma

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004