Fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja meta ma jkunx jista’ japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, l-Kunsill jadotta pożizzjoni fl-ewwel qari.
Il-Kunsill imbagħad jgħaddi l-pożizzjoni fl-ewwel qari tiegħu lill-Parlament għat-tieni qari.
Il-Parlament jista’, fi żmien tliet xhur (li jista' jiġi mtawwal b'xahar ieħor):
- japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill mingħajr emendi: l-att jitqies li jkun ġie adottat bit-test li jikkorrispondi għall-pożizzjoni tal-Kunsill.
- jiddeċiedi li ma jieħu l-ebda azzjoni: l-att jitqies li jkun ġie adottat bit-test li jikkorrispondi għall-pożizzjoni tal-Kunsill.
- jadotta emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill: il-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu u jgħaddiha lill-Kunsill għat-tieni qari tiegħu u lill-Kummissjoni biex din tagħti l-opinjoni tagħha.
- jirrifjuta l-pożizzjoni tal-Kunsill: l-att ma jkunx ġie adottat u l-proċedura tkun magħluqa.
- Għal aktar informazzjoni
- Pożizzjonijiet tal-Kunsill