Semma' leħne 

Il-Parlament Ewropew qiegħed hawn biex jirrappreżenta lin-nies, u għalhekk l-opinjonijiet u l-preokkupazzjonijiet tiegħek huma importanti għalina. Hemm ħafna modi kif tista' ssemma' leħnek – billi tieħu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej, tiffirma inizjattiva taċ-ċittadini jew tressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew. Skopri aktar fit-taqsimiet li ġejjin.

    

Elezzjonijiet

L-elezzjonijiet huma l-mod prinċipali kif tinfluwenza direttament il-politika fl-Ewropa. Iċ-ċittadini tal-UE kollha għandhom id-dritt li jivvutaw biex jagħżlu 'l min jirrappreżentahom fil-livell Ewropew. Skorpi l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-proċess.

    

Petizzjonijiet

Iċ-ċittadini kollha tal-UE u l-organizzazzjonijiet kollha bbażati fiha għandhom id-dritt li jressqu lment jew talba lill-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet relatati mal-UE. Skopri aktar.

    

Ombudsman Ewropew

Jekk tħoss li l-istituzzjonijiet tal-UE ma ttrattawkx sewwa, tista' tikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew. L-Ombudsman jinvestiga l-ilmenti u jipprova jsib soluzzjonijiet bonarji għat-tilwimiet.

    

Il-Koordinatriċi dwar id-drittijiet tat-tfal

Qed tfittex għajnuna dwar kif tista' ssolvi l-problemi li għandek mal-eks konjuġi jew sieħeb/sieħba tiegħek dwar il-futur ta' uliedek? Iggwidata mill-aħjar interessi tat-tfal, il-Koordinatriċi tal-Parlament qiegħda hemm biex tfittex soluzzjonijiet għall-ħtif mill-ġenituri.

    

Ewrobarometru - Ewrobarometru

Il-Parlament Ewropew minn żmien għal żmien jikkummissjona stħarriġiet tal-opinjoni pubblika biex isir jaf in-nies kif jaħsbuha fuq suġġetti speċifiċi jew fuq l-affarijiet tal-UE b'mod ġenerali. Skorpi r-riżultati ta' dawn l-istħarriġiet.

    

Inizjattiva taċ-ċittadini

Iċ-ċittadini jistgħu jressqu ideat għal leġiżlazzjoni ġdida tal-UE. L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jikkunsidraw l-inizjattivi li jiġbru tal-anqas miljun firma minn madwar l-UE. Skopri d-dettalji fl-infografika tagħna.

    

Djalogu Reliġjuż u Mhux Konfessjonali

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat bis-sħiħ li jiddiskuti b'mod regolari ma' organizzazzjonijiet reliġjużi u mhux konfessjonali biex iqis fehmiethom rigward aspetti soċjali u etiċi tal-politiki tal-UE.

    

Premji

Il-Parlament mhux biss jipprova jisma' kif jaħsbuha n-nies, imma huwa wkoll lest li jippromwovi l-ħidmiet tajba li jagħmlu. Kull sena, jagħti erba' premjijiet li jagħtu ġieħ lil kisbiet fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, taċ-ċinema, tal-proġetti taż-żgħażagħ u taċ-ċittadinanza.

    

Il-patroċinju

Il-Parlament jista' jagħti s-sostenn morali tiegħu lil avvenimenti li jqishom importanti. Skopri aktar dwar il-proċedura u dwar kif tista' tapplika għall-patroċinju.