Żomm ruħek infurmat
Il-Parlament Ewropew jidher 'il bogħod ħafna minn fejn tgħix? Hemm xi ħaġa oħra li tixtieq tkun taf dwar il-ħidma tiegħu? Din it-taqsima toffrilek diversi toroq li tista' tieħu biex ikollok stampa aħjar ta' x'inhu għaddej fil-korp tal-UE elett direttament.

Il-Parlament Ewropew qiegħed f'pajjiżek
L-Uffiċċji ta' Kollegament fl-Istati Membri kollha qegħdin hemm biex iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek dwar il-politiki tal-UE. Huma jaħdmu wkoll mill-qrib ma' diversi organizzazzjonijiet biex itejbu l-għarfien tal-pubbliku dwar il-Parlament u l-ħidma tiegħu. Skopri aktar dwar l-attivitajiet tagħhom u idħol f'kuntatt magħhom.

Midja soċjali
Naturalment, m'għandekx għalfejn titlaq minn idejk biex tkellimna. Ninsabu fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali ewlenin kollha u nieħdu gost nisimgħu mingħandek. Ejja u ngħaqad magħna!

Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea
Jekk qed tfittex ħarsa ġenerali tajba lejn il-politiki tal-UE u r-rwol tal-Parlament fihom, dan hu l-post mnejn għandek tibda. L-iskedi informattivi huma konċiżi iżda jagħtuk l-istampa kollha u jiġu aġġornati regolarment.

Riċerka u analiżi
Is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) huwa t-tim ta' esperti intern tal-Parlament. Huwa jipprovdi analiżi indipendenti u oġġettiva dwar kwistjonijiet topiċi li hija disponibbli għall-pubbliku ġenerali wkoll.

Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini
Għandek mistoqsija? Mela kkuntattja lis-servizz tagħna Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini, li jagħmel ħiltu biex jagħtik tweġiba dwar l-attivitajiet, is-setgħat u l-organizzazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Protezzjoni tad-dejta
Il-Parlament huwa impenjat bis-sħiħ li jipproteġi d-drittijiet tal-persuni huwa u jipproċessa d-data peronali tagħhom. Skopri aktar dwar il-politika li nħaddmu.

Sigurtà u Aċċess
Skopri kif infittxu li nsibu l-bilanċ korrett bejn li nieħdu ħsieb is-sigurtà tal-binjiet tagħna u li nżommu l-Parlament miftuħ għall-viżitaturi.

Citizens' App
Billi tinstalla s-Citizens' App, tiskopri min jagħmel xiex fl-UE, kif dan kollu huwa rilevanti għal ħajtek ta' kuljum u x'inhuma l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE - sfidi li ħafna minnhom se jsawru l-futur tiegħek.