Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
L-asil
L-immigrazzjoni
Il-glieda kontra l-kriminalità organizzata
Il-glieda kontra t-Terrorizmu
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Policy on Refugees


Il-MPE iheggu ghal trattament aktar uman ghar-refugjati

In-nies jistghu jaharbu minn pajjizhom ghal varjetà ta’ ragunijiet: sabiex jaharbu mill-persekuzzjoni, mill-gwerra jew mill-guh jew inkella sabiex ifittxu hajja ahjar. Bhala regjun stabbli u prosperuz tad-dinja, l-UE hija kalamita naturali ghar-refugjati. Izda l-gvernijiet ta’ l-UE sabu illi ma jistghux ilahhqu mal-kwestjoni tar-refugjati b’mod individwali u ghalhekk bdew joholqu politika kongunta dwar l-asil u r-refugjati. Il-Parlament Ewropew jaqbel illi hemm bzonn illi r-refugjati jitqassmu b’mod aktar gust bejn l-Istati Membri imma huwa herqan illi jizgura illi dawn jigu ttrattati b’mod uman.

Fl-ahhar snin, l-Ewropa kellha influssi ta’ nies li jfittxu l-asil mill-Bosnia, mill-Kosovo u mill-Afganistan. Matul l-ewwel sitt xhur ta’ l-2003, l-akbar numri ta’ applikazzjonijiet ghall-asil ircevewhom ir-Renju Unit (33,133), il-Germanja (26,512) u Franza (24,378). Il-Portugall ircieva l-anqas applikazzjonijiet (62). F’termini relattivi, l-aktar li rceviet applikazzjonijiet kienet l-Awstrija (applikazzjoni ghal kull 555 abitant) u l-Isvezja (wahda ghal kull 629 abitant). L-anqas applikazzjonijiet kienu mdahhla fi Spanja (applikazzjoni ghal kull 15,356 abitant) u l-Portugall (wahda ghal kull 162,936 abitant).
Il-gvernijiet Ewropew bil-mod indunaw bil-bzonn illi jharsu flimkien lejn din il-kwestjoni. Il-legizlazzjoni ta’ l-UE s’issa iffukat fuq il-proceduri ghall-asil, id-definizzjoni ta’ refugjati u l-ilqugh taghhom malli jaslu. Mhux ta’ min jistaghgeb illi t-tqassim ta’ l-applikazzjonijiet ghall-asil bejn l-Istati Membri huwa minn ta’ fuq fl-agenda, izda kwisjonijiet importanti ohrajn huma d-drittijiet ta’ dawk li jfittxu l-asil u tar-refugjati ghal dar, xoghol u beneficcji socjali.

Taht it-Trattat ta’ Amsterdam, kellha tkun adottata politika komuni ta’ l-UE dwar l-asil sa l-2004 imma l-progress kien zghir, minhabba illi l-gvernijiet nazzjonali ma jixtiequx jitilfu l-poter taghhom f’dan il-qasam. Il-MPE ghad ma ghandhomx l-ahhar kelma fuq il-legizlazzjoni ta’ l-UE dwar l-asil, ghalkemm taht it-trattat dan sejjer jitbiddel mill-2004.

Proceduri komuni ghall-asil

Politika wahdanija ghall-asil ghall-Istati Membri kollha tista’ tahdem biss jekk jintuzaw proceduri standard ghall-applikazzjonijiet. Meta l-Kummissjoni Ewropea ccirkolat ghall-ewwel darba l-idejat taghha dwar dan is-suggett fl-1999, il-Parlament malajr ta s-suggerimenti tieghu sabiex jinfluwenza l-legizlazzjoni sakemm tkun ghadha fil-bidu taghha.

Wara li l-Kummissjoni, fl-2001, fl-ahhar kixfet l-abbozz tal-legizlazzjoni dwar il-proceduri ghall-asil, il-Parlament heggeg numru ta’ tibdiliet. Il-MPE kienu herqana illi jizzguraw li l-Istati Membri jimxu mal-Konvenzjoni ta’ Ginevra u mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Riedu illi l-gvernijiet nazzjonali jithallew japplikaw, jekk iridu, regoli aktar generuzi minn dawk proposti mill-Kummissjoni. Talbu wkoll ghal access akbar ghall-procedura ghall-asil u sabiex dawk li jfittxu l-asil jinghataw ghajnuna legali ahjar, informazzjoni adegwata u intervista personali bhala parti mill-procedura. Barra minn hekk il-Parlament ried li jkun hemm anqas bazi permessi fuq x’hiex l-applikanti jinzammu arrestati u li jkun hemm kriterji aktar stretti sabiex jissemmew “pajjizi siguri” fejn l-applikanti jistghu jkunu mgieghela jirritornaw. U l-MPE qalu li ghandha tkun aktar difficli ghall-awtoritajiet illi jirrifjutaw applikazzjoni ghall-asil fuq il-bazi li din tkun “b’mod car bla raguni”.

Il-Kummissjoni wiegbet ghat-talbiet tal-Parlament u tal-gvernijiet nazzjonali billi harget abbozz gdid illi jaghti lir-refugjati garanziji aktar b’sahhithom ghall-proceduri. Madankollu din il-legizlazzjoni ghadha qeghda tithejja.

Min jitqies refugjat?

Il-proceduri huma tabilhaqq importanti, imma aktar krucjali minn hekk hija l-htiega ta’ definizzjoni cara ta’ min jitqies refugjat u min le. U hemm kategorija ohra li ma tistax tigi minsija: in-nies illi skond il-Konvenzjoni ta’ Ginevra mhumiex refugjati politici izda li ma jistghux jirritornaw lejn pajjizhom minhabba l-perikli illi jkunu ser jiltaqghu maghhom. Il-kuncett ta’ “protezzjoni sussidjarja” gie mfassal sabiex jghin lil dawn in-nies.

F’Ottubru 2002, il-Parlament ta l-verdett tieghu fuq direttiva abbozz dwar l-istandards minimi sabiex jinghataw stat ta’ refugjat u stat ta’ protezzjoni sussidjarja. Il-MPE heggew ghal garanziji u opportunitajiet ahjar ghal dawk li jfittxu l-asil sabiex jintegraw fis-socjetajiet illi jospitawhom. Huma qalu wkoll illi applikanti li huma digà protetti mill-agenziji tal-Gnus Maghquda ma ghandhomx jigu rifjutati l-istat ta’ refugjat minn pajjizi ta’ l-UE minhabba l-fatt li digà jgawdu minn protezzjoni tal-Gnus Maghquda (eccezzjoni huma refugjati ma’ l-UNHCR, li hija attrezzata sabiex taghti tali protezzjoni). Barra minn hekk, il-Parlament sahaq illi fatturi bhas-sess, l-identità sesswali, l-orjentament sesswali u l-istat ta’ sahha (ezempju li jkollu l-AIDS) ta’ refugjat ghandhom jigu kkunsidrati meta ssir l-istima tal-biza’ tieghu mill-persekuzzjoni.

Il-MPE taw hafna hsieb lid-dettall ta’ “protezzjoni sussidjarja”. Huma qalu illi din ma ghandhiex tinghata biss lil nies fil-periklu illi jigu ttorturati izda wkoll lil dawk fir-riskju tal-piena kapitali u tal-mutilazzjoni tal-genitali. Permess ghal residenza taht il-protezzjoni sussidjarja ghandu jinghata ghal perjodu ta’ mill-anqas hames snin, l-istess bhar-refugjati. Meta l-awtoritajiet ikunu qeghdin jiddeciedu jekk jiehdux lura permess ghar-residenza, ghandhom jikkunsidraw ir-rabtiet illi jkunu saru mall-pajjiz illi ospithom. Ma kienx hemm raguni ghalfejn nies taht protezzjoni sussidjarja jigu ttratati b’mod differenti hafna mir-refugjati f’firxa kbira ta’ oqsma, li jinkludu d-dritt ghax-xoghol, li jkunu mghallma l-lingwa tal-pajjiz illi jospithom, illi jsegwu korsijiet ta’ tahrig vokazzjonali jew li jkollhom access ghal kura tat-tfal u programmi ta’ appogg.

Il-Kunsill ghadu qed jiddibatti l-proposta u l-emendi li ghamillu l-Parlament.

L-ilqugh ta’ dawk li jfittxu l-asil

F’Ápril 2002 il-MPE ghamlu numru ta’ rakkomandazzjonijiet dwar direttiva abbozz dwar l-istandards minimi ghall-ilqugh ta’ applikanti ghall-asil. Il-Kunsill accetta s-suggeriment tal-Parlament illi jekk Stat Membru jkollu regoli aktar generuzi, id-direttiva ma ghandhiex tintuza sabiex tnaqqashom. Il-MPE talbu wkoll illi l-applikanti jithallew jidhlu fis-sistema edukattiva tal-pajjizi illi jkunu qed jospithom mhux aktar tard minn 21 jum xoghol wara li tkun iddahhlet l-applikazzjoni; il-Kunsill accetta perjodu ta’ tlett xhur. Barra minn hekk, il-Kunsill laqa’ s-suggeriment tal-Parlament li meta dawk li jfittxu l-asil ghandhom tfal taht l-età jew ikunu huma stess taht l-età, dawn it-tfal ghandhom ikollhom access ghall-edukazzjoni fuq l-istess linji ta’ cittadini tal-pajjiz li jkun qieghed jospithom. Id-direttiva giet adottata mill-Kunsill f’Jannar ta’ l-2003.

 



  
Relaturi:
  
>  Ilqugh ta’ applikanti: Jorge Salvador Hernández Mollar (EPP-ED, E)
>  Status ta’ refugju ghal nazzjonali minn pajjizi terzi u perusni minghajr stat: Jean Lambert (Greens/EFA, UK)
>  Standards komuni ghall-proceduri: Ingo Schmitt (EPP-ED, D)
>  Ghoti u rtirar ta’ l-istatus ta’ refugjati: Graham R. Watson (ELDR, UK)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Ilqugh ta’ applikanti
>  Status ta’ refugju ghal nazzjonali minn pajjizi terzi u perusni minghajr stat – test adottat mill-PE 
>  Standards komuni ghall-proceduri – test adottat mill-PE
>  Ghoti u rtirar ta’ l-istatus ta’ refugjati – test adottat mill-PE

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004