Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Ir-responsabilità ambjentali
It-tniggis ta’ l-arja
Il-gassijiet tas-serra
Iz-zjut tal-karozzi II
L-iskart elettroniku
L-iskart ta’ l-ippakkjar
Is-sigurtà ta’ l-ikel
Il-GMOs
It-tabakk
It-tniggis bil-hsejjes
Il-kosmetici
It-tessuti u c-celloli umani
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR Environmental Policy


Responsabbiltà ghat-Tniggis ta’ L-Ambjent – min inigges irid ihallas

Skond il-Kummissjoni Ewropea, madwar 300.000 sit fl-Ewropa huma ga mniggsa jew qeghdin f'periklu li jitniggsu minn pollutanti. Sit wiehed imnigges huwa ga wisq. Speci ta’ annimali u pjanti huma mhedda li jinqerdu ghal kollox. Il-qerda ta’ speci wahda biss ta’ annimal jew pjanta hi wkoll ga wisq. Ghalhekk, il-legislaturi ta’ l-Unjoni Ewropea huma determinat li fil-gejjieni jiehu mizuri iebsin biex igieghel lil dawk kollha li jniggsu l-ambjent iwiegbu ghal ghemilhom. Min jikkaguna l-hsara, irid ukoll ihallas ghall-hsara li ghamel. B’dan il-mod jissewwew il-hsarat li jkunu saru u niskoraggixxu mill-ewwel lil dawk kollha li jistghu jniggsu l-ambjent.

L-UE taspira li l-ligi l-gdida tipperswadi lil, per ezempju, s-sidien tal-fabbriki tal-kimici jew mizbliet, biex jiehdu hsieb li l-fabbriki jew mizbliet taghhom jibnuhom b’tali mod li jiggarantixxu li ma jkunx jista’ jkun hemm la hsarat u lanqas spejjez. Fis-sena 2000, l-Agenzija Ewropea ghal l-Ambjent stmat li n-nefqa mehtiega biex tissewwa parti biss mill-hsarat li kienu saru fil-hamrija u fl-ilma fl-Ewropa, kienet tammonta ghal sa 106 biljun ewro, ghalkemm din l-istima hi mqassma fuq diversi snin. L-istima biex tissewwa l-hsara li kienet saret f’madwar 100.000 ettaru ta’art imniggsa fl-Ingilterra biss, kienet tammonta ghal madwar 39 biljun ewro. S’issa kien ghad m’hemmx ligi dwar ir-responsabbiltà ghat-tniggis ta’ l-ambjent valida ghall-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Ghalhekk, dawk li jniggsu l-ambjent setghu bl-aktar mod hafif jaharbu mir-responsabbiltà. Kien jehtieg li ssir legislazzjoni b'urgenza li tkun uniformi ghall-Istati Membri tal-UE. Parti mill-abbozz ta' din il-ligi qajjem diskussjoni taqraq u ghalhekk il-process kollu kien osservat b’mod kritiku mir-rapprezentanti ta’ l-industrija fuq naha u mir-rapprezentanti tal-harsien ta’ l-ambjent fuq l-ohra.

Id-Direttiva tkopri zewg oqsma ta' responsabbiltà. L-ewwel qasam jikkoncerna l-attivitajiet partikulari mimlijin riskju, bhal nghidu ahna, ix-xoghol f’fabbrika li tipproduci l-kimici jew il-produzzjoni ta’ jew kuntatt ma’ pesticidi kimici partikulari, fejn is-sid jitqies generalment responsabbli f'kas li ssir il-hsara. It-tieni qasam jikkoncerna hsarat li ma jkunux kagun ta’ attivitajiet partikulari mimlijin riskju bhal dawk li semmejna qabel, izda li xorta wahda tabilhaqq jheddu d-diversità ta’ annimali u pjanti. F'dan il-kas, is-sid ukoll jitqies responsabbli izda biss jekk dan ikun agixxa b’mod premeditat jew negligenti.

Niskoraggixxu lil dawk kollha li jistghu jniggsu l-ambjent

Jekk is-sid iwebbes rasu u ma jibnix il-fabrika jew impjant tieghu b’tali mod li ma tkunx tista’ ssir hsara jew ma jkunx irid ihallas ghall-hsara li tkun saret, id-Direttiva tippermetti lill-awtoritajiet tal-pajjizi membri biex jagixxu huma. Dawn jistghu jew jordnaw lis-sid x’ghandu jaghmel jew inkella jagixxu huma stess izda l-ispejjez jithallasu mis-sid. Jekk dan ma jkunx jista’ jhallas ghall-hsara, jew f’kaz li wiehed ma jkunx jista’ jsib min ikun ghamel din il-hsara, xorta wahda l-pajjizi membri huma obbligati li jsewwuha. Il-pajjizi membri jistghu jiddeciedu huma stess b’liema mod ser ihallsu l-ispejjez. Wiehed mis-suggerimenti hu, per ezempju, li jinholq fond specjali ghal dan il-ghan.

Billi partijiet ewlenin ta’ dan l-abbozz ta’ ligi kienu kontroversjali, kien jehtieg process ta’ konciljazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill. Fl-ahhar intlahaq ftehim dwar diversi punti inkluz dwar il-kwistjoni ta' kif ghandhom jigu pprovduti fondi biex jaghmlu tajjeb ghall-hsarat lill-ambjent. Id-Direttiva tipprevedi li sitt snin wara li din il-ligi tkun dahlet fis-sehh, il-Kummissjoni ghandha tivverifika, jekk fil-pajjizi membri ta’ L-Unjoni Ewropea, hemmx bizzejjed ghazla ta’ mekkanizmi adegwati biex wiehed ikun jista’ jhallas bi prezz gust l-ispejjez ghall-mizuri kollha ta’ tiswija, per ezempju, permezz ta’ poloz xierqa ta’ assigurazzjoni. Jekk issib li m’hemmx bizzejjed mekkanizmi, il-Kummissjoni ghandha taghmel abbozz ta' ligi biex jigi zgurat b’impozizzjoni appogg finanzjarju f’kaz ta’ hsarat lill-ambjent, kif kien insista li jsir il-Parlament.

Il-Kunsill kien favur verzjoni aktar moderata tad-Direttiva. Per ezempju, il-Kunsill ried jinkoraggixxi l-forniment ta’ fondi izda mhux jaghmilhom obbligatorji. Il-Kunsill ma kienx ukoll laqa’ t-talba tal-parlamentari, biex jitwessa’ l-kuncett ta' responsabilità ghall-hsara lill-ambjent, ftit snin wara li d-Direttiva tkun dahlet fis-sess, sabiex b'hekk tkun tapplika ghal kull xorta ta' attività mhux biss ghal dawk l-attivitajiet dikjaratament meqjusa bhala mimlijin riskju li hemm specifikatament elenkati fil-ligi.

Izda, biex wiehed ikun jista’ jhares l-ambjenti naturali u d-diversità ta' l-ispeci tal-pjanti u ta’ l-annimali, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell dinji, irridu naghmlu ferm izjed milli nahsbu biss f’mizuri li jiskoraggixxu lil kull min jista’ jaghmlilhom il-hsara. Ghal dan il-ghan, il-membri Parlamentari Ewropej ipprezentaw rizoluzzjoni dwar zvilupp sostenibbli qabel l-Earth Summit li kienet saret f’Johannesberg fis-sena 2002. F’din ir-rizoluzzjoni, huma ddikjaraw li l-ghanijiet internazzjonali ghall-harsien ta’ l-ambjent li kienu miftiehma fis-Summit ta' Rio ma kienux ntlahqux. Ghalhekk huma talbu li l-ftehim kollu li ntlahaq dwar il-harsien ta’ l-ambjent, sa fl-ahhar jitwettaq tabilhaqq u li kemm l-izvilupp sostenibbli kif ukoll l-protezzjoni ta' l-ambjent ikunu nkorporati fin-negozjati internazzjonali tal-kummerc. Huma talbu wkoll li l-principju tal-prekawzjoni jkun inkluz fit-trattati dinjija kollha.



  
Rapporteurs
  
>  Responsabbiltà ghall-hsara lill-ambjent : Toine Manders (ELDR, NL)
>  10 snin wara Rio: thejjija ghal-laqgha dinjija dwar zvilupp sostenibbli fis-sena 2002: Mihail Papayannakis (GUE/NGL, GR)
>  Agencija Ewropea ghall-Ambjent - rapport dwar it-tmexxija ta' siti kontaminati fil-Punent ta' l-Ewropa
  
Dehra generali tal-procedura legizlattiva:
  
>  Responsabbiltà ghall-hsara lill-ambjent
>  10 snin wara Rio: thejjija ghal-laqgha dinjija dwar zvilupp sostenibbli fis-sena 2002
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali
  
>  Responsabbiltà ghall-hsara lill-ambjent – Procedura li ghadha ma gietx mitmuma
>  10 snin wara Rio: thejjija ghal-laqgha dinjija dwar zvilupp sostenibbli fis-sena 2002

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004