Dan l-ahhar gew adottati zewg direttivi kbar dwar it-tabakk mill-UE, wahda dwar l-ingredjenti u l-ittikkettjar, l-ohra dwar ir-reklami u l-isponsorships. Il-Parlament Ewropew ghamel numru ta’ bidliet ghad-direttiva ta’ l-ittikkettjar, b’mod partikolari dwar id-daqs u n-natura tat-twissijiet tas-sahha fuq il-pakketti tas-sigaretti. B’kuntrast ghal dan, huwa appoggja bis-sahha l-abbozz tad-direttiva dwar ir-reklamar tat-tabakk. Sar lobbying qawwi fuq iz-zewg bicciet tal-legizlazzjoni u fil-kaz tad-direttiva tar-reklamar, il-battalja ghadha ma spiccatx: il-Qorti tal-Gustizzja ta’ l-UE sejjer ikollu l-ahhar kelma.
B’madwar nofs miljun mewt fis-sena kkawzat mit-tipjip fil-Komunità Ewropea u b’madwar 80% ta’ dawk li jpejpu godda jkunu taht it-18-il sena, l-idea ta’ legizlazzjoni ta’ l-UE sabiex tiggieled il-konsum tat-tabakk tappella ghal hafna nies. Izda, l-UE ghandha poteri limitati sabiex tillegizla fuq is-sahha pubblika, li hija b’mod ewlieni qasam li jiehdu hsiebu l-Istati Membri. Mod kif l-UE tista’ tadotta mizuri kontra t-tabakk huwa permezz ta’ legizlazzjoni ta’ suq wahda, minhabba li l-ligijiet ta’ l-UE mfasslin sabiex inehhu l-ostakoli ghall-kummerc fi hdan il-Komunità ghandhom jaghtu kas ukoll ta’ kwistjonijiet ta’ sahha.
Ezempju, sakemm regoli nazzjonali dwar l-ingredjenti tas-sigaretti jew tat-tabakk ivarjaw madwar l-UE, Stat Membru jista’ jipprojbixxi importazzjonijiet minn Stat iehor ta’ sigaretti jew ta’ rivista li jkollha riklami tat-tabakk. Din il-projbizzjoni, ghalkemm legali, tammonta ghal ostakolu ghall-kummerc. Sabiex dawn il-prodotti ikunu jistghu jinbieghu b’mod liberu madwar l-Ewropa, hemm bzonn ta’ regoli standard ta’ l-UE. Izda, dawn ir-regoli ghandhom jigu fformulati b’mod li jista’ jwassal ukoll ghal sahha pubblika ahjar.
1. Id-direttiva dwar l-ingredjenti u l-ittikkettjar
Il-Kummissjoni Ewropea resqet abbozz ta’ direttiva fl-1999 sabiex tarmonizza l-ligijiet ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE dwar il-livelli massimi ta’ tar, nikotina u monossidu tal-karbonju, it-twissijiet tas-sahha jidhru fuq il-pakketti, l-uzu ta’ ingredjenti li mhumiex tabakk u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk. Il-bosta diskrepanzi bejn ir-regoli nazzjonali inhassu li jfixklu l-mod ta’ kif jahdem is-suq intern ta’ l-UE, ghalhekk il-htiega principali kienet biss li jigu stabbiliti standards komuni ta’ l-UE. Izda, minhabba li l-legizlazzjoni l-gdida ghandha tfittex ukoll li tipprotegi s-sahha pubblika, il-limiti proposti madwar l-UE kollha ghal ingredjenti li jaghmlu hsara kienu stretti. Gew propostti wkoll tikketti ta’ twissija u informazzjoni standard tal-prodott, sabiex il-konsumaturi jkunu nformati b’mod adekwat bir-riskji tal-prodotti tat-tabakk.
Livelli massimi ta’ tar u ta’ nikotina
Taht din id-direttiva, kellhom jigu introdotti l-oghla livelli ghal tar (10mg), nikotina (1mg) u monossidu tal-karbonju (10mg) sa l-1 ta’ Jannar 2004 ghal sigaretti ffabbrikati u mibjughin fi hdan l-UE, ghalkemm il-Grecja inghatat sa l-1 ta’ Jannar 2007 sabiex tikkonforma mal-livelli tat-tar. Sigaretti ffabbrikati fi hdan l-UE ghal esportazzjoni lejn pajjizi mhux ta’ l-UE sejrin ikunu soggetti wkoll ghall-istess l-oghla livelli wara perjodu ta’ transizzjoni (sa l-1 ta’ Jannar 2007) sabiex il-fabbrikanti ta’ l-UE jkollhom zmien bizzejjed sabiex jibdlu l-ispecifikazzjonijiet tal-prodott taghhom. Termini bhal ma huma "low-tar", "light", "ultra-light" u "mild", kif ukoll ismijiet u disinni godda tad-ditti li jissuggerixxu li prodott tat-tabakk partikolari huwa ta’ inqas hsara minn ohrajn, huma pprojbiti sa mit-30 ta’ Settembru 2003.
Twissijiet tas-sahha – iktar ma jkunu kbar iktar ahjar
Sa mit-30 ta’ Settembru 2003, il-pakketti tas-sigaretti ghandu jkollhom twissijiet tas-sahha kbar. Grazzi ghall-persistenza tal-MPE, dawn it-twissijiet huma hafna ikbar u jistghu jolqtu hafna iktar fil-laham il-haj milli pproponiet originarjament il-Kummissjoni. Tletin fil-mija tal-faccata ta’ kull pakkett mibjugh fl-UE ghandu jkollha t-twissija obbligatorja generali, jew "It-tipjip joqtol/It-tipjip jista’ joqtol" jew "It-tipjip jaghmel hsara kbira lilek u lil ta’ madwarek". Din ta’ l-ahhar sar qbil fuqha wara insistenza tal-Parlament Ewropew, li ried li tingibed attenzjoni fuq il-perikli tat-tipjip passiv.
Erbghin fil-mija ta’ wara ta’ kull pakkett ghandha tkun mghottija bi twissija obbligatorja addizzjonali, li l-Istati Membri jistghu jaghzlu minn lista miftehma ta’ erbatax-il messagg stabbiliti fid-Direttiva. Ezempji huma “It-tipjip waqt it-tqala jaghmel hsara lit-tarbija”, “It-tipjip malajr isir vizzju. Tibdiex” u “It-tipjip jista’ jikkawza mewta twila u ta’ tbatija”.
Ghal Stati Membri b’zewg lingwi ufficjali jew aktar, l-erja tal-wicc totali miksija b’kemm it-twissijiet generali kif ukoll bit-twissijiet addizzjonali sejra tkun akbar.
B’rizultat ta’ pressjoni mill-Parlament, l-Istati Membri jistghu wkoll, mill-1 ta’ Ottubru 2004, jintroducu ritratti bil-kulur jew illustrazzjonijiet ohra li juru l-konsekwenzi tat-tipjip fuq is-sahha sabiex jakkompanjaw it-twissijiet addizzjonali fuq il-pakketti tas-sigaretti. Il-valur tal-qatgha ta’ dawn l-istampi wera li kien effettiv hafna f’pajjizi bhalma huma l-Kanada u l-Brazil. Dawn it-twissijat jistghu jinkludu wkoll numru tat-telefon u indirizzi ta’ l-e-mail jew tal-web fejn dawk li jpejpu jistghu jiksbu informazzjoni dwar kif jistghu jeghlbu dan il-vizzju. Ghalkemm l-ebda Stat Membru ma huwa sejjer ikun obbligat jintroduci twissijiet bi stampi, mhuwiex sejjer jithalla jimporta blokok ta’ sigaretti minn Stati Membri ta’ l-UE li ma juzawhomx.
Aktar informazzjoni dwar il-prodott ghall-konsumaturi
Waqt il-process tal-fabbrikazzjoni ghal bosta prodotti tat-tabakk, jigu mizjudin mijiet ta’ ingredjenti li mhumiex tabakk, u dawn jistghu jkollhom effett li jivvizzja. Sa mill-31 ta’ Dicembru 2002, kumpaniji tat-tabakk ghandhom jipprezentaw lill-gvernijiet taghhom ta’ kull sena, lista ta’ l-ingredjenti kollha fil-prodotti taghhom, flimkien mal-kwantitajiet u mar-ragunijiet ghall-uzu taghhom. Il-MPE insistew li l-gvernijiet ghandhom jaghmlu din l-informazzjoni disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni ghandha tabbozza wkoll, mhux aktar tard mill-31 ta’ Dicembru 2004, lista standard ta’ ingredjenti awtorizzati ghal prodotti tat-tabakk madwar l-UE.
2. Id-direttiva dwar ir-reklamar u l-isponsorship
Ir-reklamar tat-tabakk fuq it-televizjoni huwa digà pprojbit taht ligi ta’ l-UE ta’ l-1991. Direttiva dwar ir-reklamar tat-tabakk f’oqsma ohra tal-media kif ukoll sponsorship tat-tabakk giet adotatta l-ewwel mill-UE fl-1998 izda giet sfidata quddiem il-Qorti tal-Gustizzja ta’ l-UE mill-Gvern Germaniz, li argumenta li l-UE qabzet il-poteri taghha. Il-Qorti ddefenda dan l-appell u waqqa’ id-direttiva, billi qal li whud mill-projbizzjonijet ta’ reklamar ippjanati – fuq posters, parasols, ash-trays u fic-cinema – m’huma sejjer ikollhom l-ebda effett fuq is-suq wahdieni Ewropew, l-impatt taghhom ikun purament lokali. Izda, l-imhallfin ziedu li ma hemm ebda raguni ghala ma ghandhiex tintuza legizlazzjoni ta’ suq wahdieni sabiex tipprojbixxi r-reklamar tat-tabakk.
Il-Kummissjoni ghalhekk ipproponiet abbozz ta’ direttiva gdida fl-2001, mfassla b’attenzjoni sabiex tevita problemi li hargu mid-direttiva ta’ qabel, billi mmirat biss ir-reklamar u l-isponsorship li ghandhom "effetti li jolqtu aktar minn pajjiz wiehed". Id-direttiva l-gdida tipprojbixxi r-riklami tat-tabakk fil-media stampata, fuq ir-radju u fuq l-internet, ghalkemm huma permessi ezenzjonijiet ghal pubblikazzjonijiet immirati ghall-kummerc tat-tabakk. Taghmel ukoll l-isponsorship tat-tabakk ta’ programmi tar-radju u ta’ avvenimenti li jinvolvu aktar minn pajjiz wiehed bhalma huma t-tlielaq tal-Formola Wiehed kif ukoll id-distribuzzjoni b’xejn ta’ prodotti tat-tabakk f’avvenimenti bhal dawn, kontra l-ligi. Reklamar indirett, ezempju fuq il-hwejjeg mhuwiex projbit b’din id-direttiva. Izda, Stati Membri huma permessi li jintroducu mizuri kontra t-tabakk li jkunu aktar stretti jekk jixtiequ. Il-Parlament approva din id-direttiva b’maggoranza kbira u ghandha tigi implimentata sa Lulju 2005. Izda, l-Gvern Germaniz habbar f’Settembru 2003, li sejjer jerga’ jappella wkoll lill-Qorti tal-Gustizzja.
Aktar mizuri kontra t-tabakk fl-arja
Qeghdin jigu kkunsidrati varji mizuri ohra mill-Kummissjoni Ewropea. Sussidji ghal bdiewa tat-tabakk, li fil-prezent qeghdin jiswew lill-bagit ta’ l-UE madwar €1 biljun, issa jistghu jinqatghu u l-fondi jigu mitfughin ghal appogg ghad-dhul ta’ l-irziezet u ghajnuna regjonali. Projbizzjoni fuq it-tipjip f’postijiet pubblici inkluzi l-bars qeghda tigi diskussa sabiex tipprotegi lill-impjegati minn tipjip passiv u b’hekk lil dawk li jhaddmu minn litigazzjoni. L-ahhar izda mhux l-inqas, il-persunal tal-Kummissjoni nnifsu gie avzat li ma jistax ipejjep fl-ufficcju sa minn Mejju 2004.
|