| Bhala parti mill-politika tat-trasferiment ta’ l-oggetti u passiggieri lejn modi tat-trasport li jharsu aktar l-ambjent, l-UE trid timbotta aktar it-trasport bil-bahar billi taghmel il-garr ta’ merkanzija bil-bahar iktar kompettittiv. Il-Kummissjoni Ewropea argumentat li mod wiehed kif tista’ taghmel dan huwa billi tnaqqas il-prezzijiet tas-servizzi tal-portijiet – fattur krucjali ghas-sidien tal-vapuri – u zzid il-kompetizzjoni bejn il-portijiet. Izda, l-isforzi taghha biex tilliberalizza s-servizzi tal-portijiet iltaqghu ma’ hsibijiet li s-sigurtà u d-drittijiet tal-haddiema jistghu jigu mfixxkla. Negozjati fit-tul biex inehhu dawn il-bizghat fl-imhuh tal-maggoranza tal-MPE fallew u l-Parlament Ewropew fl-ahhar xejjen il-legislazzjoni li kienet proposta.
Ghalkemm is-suq tat-trasport marittimu kien gie miftuh f’dawn l-ahhar snin, eccezzjoni importanti kienu s-servizzi tal-portijiet – varjetà shiha ta’ xoghlijiet bhall-pilotagg, ankragg u l-immanigjar tat-taghbija tal-merkanzija. Dawn is-servizzi huma rregolati b’mod qawwi permezz ta’ tahlita ta’ legislazzjoni nazzjonali varjata u kumplessa. Dawk li huma favur l-access ta’ suq miftuh jghidu li r-restrizzjonijiet ezistenti fuq is-servizzi tal-portijiet ghandhom jigu mnehhija biex jitkissru l-monopolji, b’hekk dawk li jipprovdu dan is-servizz, kemm issa u anke dawk li jkun hawn fil-futur jinghataw cans gust biex jikkompetu fis-suq tas-servizzi tal-portijiet biex ikunu fuq l-istess bazi tar-regoli dwar il-kompetizzjoni ta’ l-UE. Hawn min jargumenta li kompetizzjoni akbar, ghandha ttejjeb l-istandards, tnaqqas il-prezzijiet u timbotta l-garr ta’ merkanzija bil-bahar.
B’dan f’mohhha, il-Kummissjoni Ewropea nhediet abbozz ta’ direttiva fl-2001 biex tintroduci qafas car ghall-access ghas-suq tas-servizzi fil-portijiet. Ir-regoli kellhom jigu applikati biss fil-portijiet li jimmanigjaw mill-inqas 1.5 miljun tunnellata ta’ taghbija jew 200,000 passiggier fis-sena, ghalkemm l-Istati Membri kienu jistghu jezentaw dawk il-portijiet b’karattru stagjonali gholi (jigifieri dawk li 50% tal-medja tal-volum totali annwali ta’ taghbija jew passiggieri fuq it-tliet snin li ghaddew gew milhuqa fi tliet xhur konsekuttivi, ikunu liema jkunu). Il-portijiet iz-zghar ma kienux se jigu milquta.
Din kienet parti mil-legislazzjoni li l-Parlament Ewropew kellu l-poter li jemenda b’mod sostanzjali. Filwaqt li hafna mill-MPE kienu favur kompetizzjoni akbar f’certi oqsma tas-suq tas-servizzi tal-portijiet, il-Parlament b’mod generali kien attent hafna fuq il-liberalizzazzjoni u kien ikkoncernat li l-istandards gholjin ta’ sigurtà jkunu mharsa f’dan is-settur. Waqt it-tliet snin li damet ghaddejja mill-Parlament, il-legislazzjoni kienet emendata b’mod qawwi mill-MPE. Huma riedu li jiccaraw punti bhat-tul tal-permessi li jissupplixxu s-servizzi tal-portijiet, il-kumpens lil dawk li kienu jipprovdu s-servizz qabel, it-trasparenza finanzjarja u l-ghajnuna mill-istat. Ghalkemm il-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri lahqu kompromess f’certi oqsma, ma setghux jaraw ghajn m’ghajn fuq numru ta’ kwistjonijiet importanti.
Eventwalment, il-kwistjoni marret fil-konciljazzjoni (il-proceduri ta’ negozjati specjali li jigu wzati biex jipprova jintlahaq kompromess f’kaz ta’ nuqqas kbir ta’ qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill) u gie ssensarjat arrangament f’Settembru 2003. Izda, dan il-kompromess kien accettat biss b’maggoranza ristretta hafna mid-delegazzjoni tal-15-il membru tal-Parlament. U meta f’Novembru 2003 l-arrangament kien impoggi ghall-vot tal-MPE kollha fil-laqgha plenarja tal-Parlament, dan gie michud, kienet biss it-tielet darba li l-plenarju tal-Parlament qaleb arrangament li kien milhuq fil-konciljazzjoni.
Il-Pilotagg
Il-Parlament emmen li l-gvernijiet nazzjonali ma ghandhomx ikunu sfurzati biex jilliberalizzaw is-servizzi tal-pilotagg, li anzi ghandhom ikunu ezentati mid-direttiva, u jghinu biex kull pajjiz ikompli jezegwixxi r-regoli tieghu fuq il-pilotagg, u jaghti kas tac-cirkostanzi tal-portijiet individwali. Il-MPE argumentaw li dan jipprovdi l-ahjar garanziji ghas-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali f’oqsma vulnerabbli.
Il-kompromess li ntlahaq wara l-konciljazzjoni f’Settembru 2003 iddetermina li ghalkemm is-servizzi ta’ pilotagg sejrin jigu integrati fid-direttiva, ghal ragunijiet ta’ sigurtà u u l-bzonnijiet tas-settur pubbliku l-awtoritajiet relevanti jistghu jirrikonoxxu “in-natura necessarja” tal-pilotagg u jirrakkomandaw regoli ta’ l-organizzazzjoni li huma hasbu li huma necessarji biex jizguraw li jkun hemm sigurtà fit-traffiku marittimu. Dan seta’ jinkludi li s-servizzi ta’ pilotagg jigu limitati biss ghal Fornitur Wiehed ta’ Servizzi f’kull port.
L-Immanigjar tat-Taghbija tal-Merkanzija
Izda, l-iktar aspett dibattibli tal-liberalizzazzjoni kellu x’jaqsam ma’ l-immanigjar tat-taghbija tal-merkanzija, settur li jimpjega mieghu eluf ta’ haddiema tal-port registrati madwar l-UE, l-aktar fl-Olanda, il-Belgju, il-Germanja, Franza u r-Renju Unit. Taht ir-regoli ta’ issa, l-awtoritajiet tal-port huma obbligati li jimpjegaw haddiema ta’ trejdunjin lokali biex jghabbu u jhottu it-taghbijiet, imma l-kumpanniji tal-garr tal-merkanzija bil-bahar u xi organizzazjonijiet tal-port ilhom jiggieldu ghad-dritt li jimpjegaw lil kull min jiddeciedu huma sabiex jaghmlu dawn is-servizzi, jigifieri kemm haddiema kazwali u kif ukoll membri ta’ l-ekwipagg tal-vapur. Dan huwa maghruf f’din is-sengha bhala “self-handling” – fi kliem iehor, wiehed li juza l-port jipprovdi certi servizzi tal-port ghalih innifsu. Hafna jibzghu li dan jiftah il-bibien berah ghall-haddiema li mhumiex membri fi trejdunjin, li huma orhos, minn pajjizi li mhumiex fl-UE, li jwassal ghal telfin kbir ta’ xoghol ta’ haddiema tal-port li huma mharrga. Huwa diskuss ukoll li s-sigurtà tkun mheddha, peress li l-haddiema tal-port li mhumiex imharrga ma ghandhomx l-esperjenza mehtiega biex jaghmlu xoghlijiet li jistghu jkunu difficli u ta’ periklu. Il-proposti tal-Kummissjoni jinkludu dispozizzjonijiet fuq is-“self-handling” li qanqlu eluf ta’ haddiema tal-port biex johorgu fit-toroq u xi kultant kien hemm protesti vjolenti f’diversi pajjizi ta’ l-UE f’punti strategici waqt li kienet ghaddejja din il-legislazzjoni.
Taht il-kompromess li ntlahaq bejn il-Parlament Ewropew u d-delegazzjonijiet tal-Kunsill f’Settembru 2003, is-“self-handling” kien ikun awtorizzat biss jekk ir-regoli nazzjonali dwar l-impjiegi u t-tahrig ikunu osservati strettament. Ma’ dan, id-definizzjoni ta’ “self-handling” kienet mibdula halli kumpannija tal-garr tal-merkanzija bil-bahar li tixtieq li tipprovdi servizzi tal-portijiet ghaliha nnifisha setghet biss tuza l-makkinarju taghha u l-ekwipagg taghha tat-tbahhir ghal dan il-ghan, jigifieri ma setghetx iddahhal xoghol ibbazat fuq l-art li trid hi biex tghabbi u thott. Izda, il-unjon tal-haddiema tal-port Ewropea baqghet topponi b’mod totali l-ideja ta’ ekwipagg li jintuza ghall-immanigjar tat-taghbija tal-merkanzija, u bdiet tghid li huma ma kienux ikkwalifikati biex jaghmlu dan it-tip ta’ xoghol u li l-istandards ta’ sigurtà jkunu fil-periklu, u huma hargu sejhiet biex il-legislazzjoni tkun mnehhija. L-opinjonijiet fost il-MPE kienu maqsuma sew, bi ftit minnhom (l-aktar is-Socjalisti, il-Hodor u l-Ewropej Maghquda tax-Xellug) iwasslu l-anzjetajiet tal-haddiema tal-port u jsejhu l-kompromess “kapitulazzjoni”. Ohrajn (l-aktar il-grupp centru lemini EPP-ED u l-Liberali) argumentaw izda li jekk kumpannija tal-garr tal-merkanzija bil-bahar setghet tuza biss il-makkinarju u l-ekwipagg taghha, imbaghad is-“self-handling” ikun biss ristrett ghal vapuri u taghbijiet izghar u inqas xoghlijiet ikunu milqughtin. Fil-prattika, huma qalu, li vapuri tat-taghbija kbar ikomplu, kif inhu fil-prezent, ikollhom bzonn tas-servizzi ta’ haddiema tal-port irregistrati u juzaw krejnijiet kbar li huma fornuti mill-awtoritajiet tal-port.
Fl-ahhar, l-avversarji tas-“self-handling” rebhu fil-Parlament, bir-rizultat li l-pakkett kollu tal-legislazzjoni gie mwarrab formalment u kellu jigi abbandunat. Il-Kummissjoni issa trid tiddeciedi jekk tmurx lura lejn il-bord ta’ l-ippjanar u tipprezenta proposti godda, li jergghu jkunu suggetti ghall-process ta’ skrutinju mill-MPE li jista’ jiehu ammont ta’ snin. Fis-settur tas-servizzi tal-portijiet, ghal ta’ l-inqas il-liberalizzazzjoni mhijiex fil-qrib.
|