Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika agrikola komuni
Il-politika tas-sajd komuni
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on CAP Reform


L-agrikultura: insibu bilanc bejn il-qawwa tas-suq u l-istili ta’ hajja tradizzjonali

F’Gunju ta’ l-2003 l-UE qablet dwar tibdil kbir fil-politika agrikola taghha iddizenjata sabiex tlahhaq mac-cirkostanzi li qeghdin jinbidlu: il-wasla ta’ ghaxar Stati Membri godda fl-2004, il-htiega illi l-bdiewa Ewropej ikunu aktar kompetittivi fis-suq dinji u t-tahdidiet imminenti ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc f’Cancún. B’rizultat ta’ din ir-riforma, hafna mis-sussidji ghall-agrikoltura fil-futur mhumiex sejrim ikunu bbazati fuq il-volum tal-produzzjoni u l-bdiewa ta’ l-UE ikunu jistghu ikabbru dak li jrid is-suq. Il-Parlament Ewropew, filwaqt li rrikonoxxa li kienet mehtiega bidla, iggieled sabiex itaffi l-impatt tal-liberalizzazzjoni fuq irziezet zghar u rnexxielu jirbah aktar fondi ghall-izvilupp rurali.
 
Mhux daqshekk il-boghod fiz-zmien, il-kliem "politika agrikola komuni " jew "CAP" kienet tohloq vizjoni ta’ muntanji tal-butir u lagijiet ta’ l-inbid, kollha maghmula minn produzzjoni agrikola issussidjata hafna u li ma kienitx tara l-htigijiet tas-suq. Issa, din il-problema kwazi ssolviet kollha imma bidliet radikali perjodici tal-CAP komplew. L-ahhar aggornament, fl-1999, kellu l-hsieb illi jwassal sa l-2006. Izda f’Lulju ta’ l-2002 il-Kummissjoni habbret li aktar mizuri kienu mehtiega sabiex jghinu lill-finanzi ta’ l-UE halli jlahhqu mat-tkabbir u sabiex jaghmlu l-prodotti ta’ l-irziezet Ewropej aktar kompetittivi fis-suq dinji. L-abbozz tal-legizlazzjoni ghall-ahhar riforma tal-CAP gie ippubblikat fil-bidu ta’ l-2003.
 
Il-proposti tal-Kummissjoni li tigi liberalizzata bil-mod il-produzzjoni agrikola, ipprovokat diversi reazzjonijiet minn gvernijiet nazzjonali ta’ l-UE, maqsumin l-aktar bejn dawk li ma jixtiequx li l-CAP tidbiddel qabel id-data skedata ta’ l-2006 (Franza, Spanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u l-Irlanda) u dawk li jappoggjaw il-proposti ghal ragunijiet bagitarji (ir-Renju Unit, il-Germanja, id-Danimarka, l-Isezja u l-Olanda). Ta’ min jinnota li waqt li l-biedja qabel kienet tiehu madwar zewg terzi tal-bagit totali tal-Komunità il-propozjon naqas b’mod stabbli. Fl-2003, 46.38% tal-bagit gie allokat ghall-agrikoltura (42.68 biljun ewro ghall-CAP u 4.7 biljun ghall-izvilupp rurali), filwaqt illi ghall-2004 is-somma hija ta’ 42.7% (42.77 biljun ghall-CAP u 6.5 biljun ghall-izvilupp rurali).
 
Il-Parlament Ewropew wiegeb ghall-proposti tal-Kummissjoni f’pakkett ta’ rapporti adottati f’Gunju ta’ l-2003, li fittxew l-aktar illi jtaffu l-impatt socjali u ekonomiku ta’ aktar liberalizzazzjoni fuq il-bdiewa ta’ l-Ewropa. Ghalkemm il-Parlament ghandu biss rwol konsultattiv fil-politika argikola, bl-ahhar kelma tkun tal-gvernijiet ta’ l-UE, ir-rapporti tal-Parlament kellhom impatt sinnifikanti fuq ix-xejra finali tar-riforma, li sejra tidhol fis-sehh fi stadji bejn l-2004 u l-2005.
 
Inzommu n-nies fl-eghlieqi
 
Il-pedament tal-pjan tar-riforma tal-Kummissjoni kien “il-hall totali” ta’ l-ghajnuna finanzjarja lill-bdiewa, jigifieri il-qtugh tar-rabta bejn is-sussidji agrikoli u l-livelli tal-produzzjoni filwaqt illi tigi mkabbra s-sistema ta’ l-ghajnuna diretta (pagamenti mhux marbutin mal-produzzjoni) sabiex jokkumpensaw lill-bdiewa ghat-telf fid-dhul taghhom. Barra minn hekk, ghalkemm is-sussidji ghall-produzzjoni naqqsu f’dawn l-ahhar snin, il-Kummissjoni xtaqet hafna illi tnaqqashom hafna aktar.
 
Izda, l-Parlament, heggeg ghal hall tas-sussidji mill-produzzjoni “parzjali” minflok shih. Raguni wahda ghal dan kien “ir-rwol multi-funzjonali” ta’ l-agrikoltura. Tul is-snin il-MPE argumentaw illi l-biedja ghandha beneficcji ohra barra l-produzzjoni ta’ l-ikel. Il-bdiewa jitqiesu bhala l-gwardjani tal-kampanja u x-xogholijiet tal-biedja jitqiesu bhala krucjali sabiex izommu n-nies milli jmorru jghixu fl-ibliet. L-appogg lejn l-agrikoltura huwa ghalhekk meqjus mill-MPE bhala mod gust u utli kif izzomm in-nies fl-eghlieqi, b’mod partikolari f’irziezet fuq l-gholjiet u f’regjuni mwarrbin. Ghalhekk wahda mit-twegibiet tal-Parlament ghall-proposti ta’ riforma tal-Kummissjoni kienet li jitolbu ghal sistema ta’ “hall parzjali” bi skema ta’ hlas multi-funzjonali” minn Jannar 2004, li tikkonsisti f’ghajnuna diretta ghad-dhul ghal bdiewa ta’ art harratija u xi bdiewa tal-baqar. Ghajnuna finanzjarja ghas-setturi kollha kellha tibqa’ konnessa mal-produzzjoni.
 
Fis-26 ta’ Gunju 2003, meta l-ministri tal-biedja ta’ l-UE iffinalizzaw dawn ir-riformi, accettaw numru ta’ suggerimenti tal-Parlament. Ezempju, ghalkemm fil-futur il-maggoranza l-kbira tas-sussidji se tkun imhallsa lill-bdiewa f’forma ta’ ghotja fissa (maghrufa bhala “pagamenti wahdanin tal-biedja”) minflok li jkunu marbutin mal-livelli ta’ produzzjoni, l-Istati Memebri jistghu f’’certi cirkostanzi, sabiex iwaqqfu li n-nies jitilqu mill-eghlieqi, jaghzlu li jzommu rabta limitata bejn is-sussidju u l-produzzjoni.
 
Il-Parlament appogga l-hsieb tal-Kummissjoni li l-CAP tista’ ssir aktar multifunzjonali billi jidderigu parti kbira mill-fondi ghall-agrikoltura minn appogg ghas-suq lejn zvilupp rurali, b’mod specjali ghall-htiegijiet socjali u ekonomici. Dan huwa rifless fil-legizlazzjoni finali tal-Kunsill, li tpoggi aktar flus disponibbli ghall-bdiewa sabiex ikabbru prodotti ta’ kwalità jew ghal programmi ambjentali jew ta’ welfare ta’ l-annimali, billi tinqata’ l-ghajnuna diretta lill-irziezet il-kbar. “Il-pagamenti wahdanin ghall-biedja” huma wkoll marbuta ma’ konformità ma’ standards ambjentali, ta’ sigurtà fl-ikel u welfare ta’ l-annimali.
 
Glieda fuq il-livell totali tal-bagit tal-CAP
 
Wahda mill-gliediet il-kbar, madankollu, kienet jekk ghandhomx jinqatghu is-sussidji agrikoli kollha minhabba l-limitu massimu strett tal-bagit ghall-UE-25 sa l-2013. Il-Parlament kien kontra bis-shih il-pjan tal-Kummissjoni li jitnaqqsu l-pagamenti kollha b’mod gradwali, b’bidu ta’ qatgha ta’ 1% fl-2006 li tasal pass pass sa tnaqqis ta’ 19% fl-2012. Taht il-pjan tal-Kummissjoni, bdiewa setghu jircievu pagamenti supplimentari sabiex jghinuhom inehhu l-impatt ta’ dawn il-qatghat. Minflok il-Parlament ippropona xi tnaqqis fil-pagamenti diretti imma biss ghal bdiewa li jircievu aktar minn 7500 ewro fis-sena. Fl-ahhar, il-ministri tal-biedja ma accettawx din is-sistema u ddeciedew illi jdahhlu “mekanizmu ta’ dixxiplina finanzjarja” li ma taqtax is-sussidji immedjatament imma tigi attivata fil-futur jekk mehtieg, sabiex jigi zgurat illi l-bagit agrikolu stabbilit sa l-2013 ma jinqabizx.
 
Prodotti individwali tal-biedja
 
Mar-riforma generali tal-CAP, il-Kummissjoni pprezentat diversi pjanijiet individwali sabiex jigu aggornati r-regoli li jirregolaw l-ghajnuna ghas-setturi principali ta’ l-argikoltura. Il-bidliet kienu mahsuba sabiex inaqqsu l-prezzijiet ta’ intervent biex b’hekk l-UE tinghata spazju sabiex timmanuvra fin-negozjati tal-WTO f’Kankún f’Ottubru 2003 u sabiex il-prodotti Ewropej isiru aktar kompetittivi fis-suq dinji billi tigi eliminata certa politika intervenzjonista rigida fis-setturi bhal dawk tar-ross, tal-prodotti tal-halib, tal-prodotti harratija u tac-canga. Is-soluzzjoni proposta kellha tholl l-ghajnuna b’mod komplet fil-parti l-kbira tas-setturi. Il-MPE, izda, sehqu illi l-bdiewa kienu sejrin isofru telfiet kbar, b’xi setturi ma jibqghux jaghmlu profitt u fl-ahhar jintilfu. Xi tip ta’ intervent ghandu ghalhekk jinzamm ghall-prodotti kollha. Id-decizjonijiet finali tal-Kunsill irrifflettew is-suggerimenti tal-Parlament f’numru ta’ oqsma, b’mod partikolari ic-cereali u c-canga.
 
Fil-kaz tac-cereali, il-Kummissjoni ipproponiet illi jitnaqqas il-prezz ta’ l-intervent u s-separazzjoni ta’ kull ghajnuna, imma l-Kunsill accetta l-idea tal-Parlament li l-prezz ta’l-intervent ghandu jibqa’ l-istess u li ftit ghajnuna biss (75%)tkun separata. Ghal bdiewa tac-canga, il-Kummissjoni fittxet illi tissepara ghal kollox l-ghajnuna biex b’hekk jigu eliminate diversi premiums tac-canga u l-vitella ezistenti, u jhallu lill-istati individwali li jaghzlu liema premiums jisseparaw.
 
F’setturi ohra ir-rizultat finali kien kompromess bejn l-ideat tal-Parlament u dawk tal-Kummissjoni. Ghall-halib u prodotti tal-halib, ezempju, il-Kunsill qabel mal-proposti tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-butir u l-halib xkumat tat-trab ghandhom jitnaqqsu u wkoll il-kwota tal-prodotti tal-halib ghandha tittawwal sa l-2014/15. Madankollu, il-ministri tal-biedja zammew mat-talba tal-Parlament li l-hall ta’ l-ghajnuna jigi pospost sa l-2007/08.
 
Il-Kumitat ta’ l-Agrikoltura tal-Parlament adotta l-pozizzjoni tieghu dwar ir-riforma ta’ setturi ohra Mediterranji (zejt taz-zebbuga, qoton u tabakk) fi Frar 2004, wara li l-Kummissjoni kienet ippubblikat il-proposti taghha f’Novembru 2003. Id-decizjoni finali tal-Kunsill dwar dawn is-setturi hija mistennija fir-rebbiegha ta’ din is-sena.


  
Relaturi:
  
>  Skemi ta’ appogg taht il-politika agrikola komuni u skemi ta’ appogg ghall-produtturi ta’ certi kultivazzjonijiet: Arlindo Cunha (EPP-ED, P) – Ma ghadux Membru tal-Parlament Ewropew
>  Appogg ghal zvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG): Karl Erik Olsson (ELDR, S)
>  Multifunctional agriculture and common agricultural policy reform: María Rodríguez Ramos (PES, E)
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross: Carlos Bautista Ojeda (Greens/EFA, E) - Ma ghadux Membru tal-Parlament Ewropew
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-halib u ta’ prodotti tal-halib: Elisabeth Jeggle (EPP-ED, D)
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tac-cerejali: Dominique F.C. Souchet (IND, F)
  
Gurnal Ufficjali – atti finali:
  
>  Skemi ta’ appogg taht il-politika agrikola komuni u skemi ta’ appogg ghall-produtturi ta’ certi kultivazzjonijiet
>  Appogg ghal zvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG)
>  Riforma multifunzjonali tal-politika agrikola komuni u tal-politika agrikola - test adottat mill-Parlament Ewropew
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-halib u ta’ prodotti tal-halib
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tac-cerejali

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004