Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika agrikola komuni
Il-politika tas-sajd komuni
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Plenary Speech - 6/11/2002 - Jové Peres
> Plenary Speech - 14/06/2001 - Jové Peres (Direct support schemes under CAP)
> Plenary Speech - 17/03/2000 - Figueiredo (CAP: Information measures)


L-agrikultura: insibu bilanċ bejn il-qawwa tas-suq u l-istili ta’ ħajja tradizzjonali

F’Ġunju ta’ l-2003 l-UE qablet dwar tibdil kbir fil-politika agrikola tagħha iddiżenjata sabiex tlaħħaq maċ-ċirkostanzi li qegħdin jinbidlu: il-wasla ta’ għaxar Stati Membri ġodda fl-2004, il-ħtieġa illi l-bdiewa Ewropej ikunu aktar kompetittivi fis-suq dinji u t-taħdidiet imminenti ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Cancún. B’riżultat ta’ din ir-riforma, ħafna mis-sussidji għall-agrikoltura fil-futur mhumiex sejrim ikunu bbażati fuq il-volum tal-produzzjoni u l-bdiewa ta’ l-UE ikunu jistgħu ikabbru dak li jrid is-suq. Il-Parlament Ewropew, filwaqt li rrikonoxxa li kienet meħtieġa bidla, iġġieled sabiex itaffi l-impatt tal-liberalizzazzjoni fuq irziezet żgħar u rnexxielu jirbaħ aktar fondi għall-iżvilupp rurali.
 
Mhux daqshekk il-bogħod fiż-żmien, il-kliem "politika agrikola komuni " jew "CAP" kienet toħloq viżjoni ta’ muntanji tal-butir u lagijiet ta’ l-inbid, kollha magħmula minn produzzjoni agrikola issussidjata ħafna u li ma kienitx tara l-ħtiġijiet tas-suq. Issa, din il-problema kważi ssolviet kollha imma bidliet radikali perjodiċi tal-CAP komplew. L-aħħar aġġornament, fl-1999, kellu l-ħsieb illi jwassal sa l-2006. Iżda f’Lulju ta’ l-2002 il-Kummissjoni ħabbret li aktar miżuri kienu meħtieġa sabiex jgħinu lill-finanzi ta’ l-UE ħalli jlaħħqu mat-tkabbir u sabiex jagħmlu l-prodotti ta’ l-irziezet Ewropej aktar kompetittivi fis-suq dinji. L-abbozz tal-leġiżlazzjoni għall-aħħar riforma tal-CAP ġie ippubblikat fil-bidu ta’ l-2003.
 
Il-proposti tal-Kummissjoni li tiġi liberalizzata bil-mod il-produzzjoni agrikola, ipprovokat diversi reazzjonijiet minn gvernijiet nazzjonali ta’ l-UE, maqsumin l-aktar bejn dawk li ma jixtiequx li l-CAP tidbiddel qabel id-data skedata ta’ l-2006 (Franza, Spanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u l-Irlanda) u dawk li jappoġġjaw il-proposti għal raġunijiet baġitarji (ir-Renju Unit, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Isezja u l-Olanda). Ta’ min jinnota li waqt li l-biedja qabel kienet tieħu madwar żewġ terzi tal-baġit totali tal-Komunità il-propozjon naqas b’mod stabbli. Fl-2003, 46.38% tal-baġit ġie allokat għall-agrikoltura (42.68 biljun ewro għall-CAP u 4.7 biljun għall-iżvilupp rurali), filwaqt illi għall-2004 is-somma hija ta’ 42.7% (42.77 biljun għall-CAP u 6.5 biljun għall-iżvilupp rurali).
 
Il-Parlament Ewropew wieġeb għall-proposti tal-Kummissjoni f’pakkett ta’ rapporti adottati f’Ġunju ta’ l-2003, li fittxew l-aktar illi jtaffu l-impatt soċjali u ekonomiku ta’ aktar liberalizzazzjoni fuq il-bdiewa ta’ l-Ewropa. Għalkemm il-Parlament għandu biss rwol konsultattiv fil-politika argikola, bl-aħħar kelma tkun tal-gvernijiet ta’ l-UE, ir-rapporti tal-Parlament kellhom impatt sinnifikanti fuq ix-xejra finali tar-riforma, li sejra tidħol fis-seħħ fi stadji bejn l-2004 u l-2005.
 
Inżommu n-nies fl-egħlieqi
 
Il-pedament tal-pjan tar-riforma tal-Kummissjoni kien “il-ħall totali” ta’ l-għajnuna finanzjarja lill-bdiewa, jiġifieri il-qtugħ tar-rabta bejn is-sussidji agrikoli u l-livelli tal-produzzjoni filwaqt illi tiġi mkabbra s-sistema ta’ l-għajnuna diretta (pagamenti mhux marbutin mal-produzzjoni) sabiex jokkumpensaw lill-bdiewa għat-telf fid-dħul tagħhom. Barra minn hekk, għalkemm is-sussidji għall-produzzjoni naqqsu f’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni xtaqet ħafna illi tnaqqashom ħafna aktar.
 
Iżda, l-Parlament, ħeġġeġ għal ħall tas-sussidji mill-produzzjoni “parzjali” minflok sħiħ. Raġuni waħda għal dan kien “ir-rwol multi-funzjonali” ta’ l-agrikoltura. Tul is-snin il-MPE argumentaw illi l-biedja għandha benefiċċji oħra barra l-produzzjoni ta’ l-ikel. Il-bdiewa jitqiesu bħala l-gwardjani tal-kampanja u x-xogħolijiet tal-biedja jitqiesu bħala kruċjali sabiex iżommu n-nies milli jmorru jgħixu fl-ibliet. L-appoġġ lejn l-agrikoltura huwa għalhekk meqjus mill-MPE bħala mod ġust u utli kif iżżomm in-nies fl-egħlieqi, b’mod partikolari f’irziezet fuq l-għoljiet u f’reġjuni mwarrbin. Għalhekk waħda mit-tweġibiet tal-Parlament għall-proposti ta’ riforma tal-Kummissjoni kienet li jitolbu għal sistema ta’ “ħall parzjali” bi skema ta’ ħlas multi-funzjonali” minn Jannar 2004, li tikkonsisti f’għajnuna diretta għad-dħul għal bdiewa ta’ art ħarratija u xi bdiewa tal-baqar. Għajnuna finanzjarja għas-setturi kollha kellha tibqa’ konnessa mal-produzzjoni.
 
Fis-26 ta’ Ġunju 2003, meta l-ministri tal-biedja ta’ l-UE iffinalizzaw dawn ir-riformi, aċċettaw numru ta’ suġġerimenti tal-Parlament. Eżempju, għalkemm fil-futur il-maġġoranza l-kbira tas-sussidji se tkun imħallsa lill-bdiewa f’forma ta’ għotja fissa (magħrufa bħala “pagamenti waħdanin tal-biedja”) minflok li jkunu marbutin mal-livelli ta’ produzzjoni, l-Istati Memebri jistgħu f’’ċerti ċirkostanzi, sabiex iwaqqfu li n-nies jitilqu mill-egħlieqi, jagħżlu li jżommu rabta limitata bejn is-sussidju u l-produzzjoni.
 
Il-Parlament appoġġa l-ħsieb tal-Kummissjoni li l-CAP tista’ ssir aktar multifunzjonali billi jidderiġu parti kbira mill-fondi għall-agrikoltura minn appoġġ għas-suq lejn żvilupp rurali, b’mod speċjali għall-ħtieġijiet soċjali u ekonomiċi. Dan huwa rifless fil-leġiżlazzjoni finali tal-Kunsill, li tpoġġi aktar flus disponibbli għall-bdiewa sabiex ikabbru prodotti ta’ kwalità jew għal programmi ambjentali jew ta’ welfare ta’ l-annimali, billi tinqata’ l-għajnuna diretta lill-irziezet il-kbar. “Il-pagamenti waħdanin għall-biedja” huma wkoll marbuta ma’ konformità ma’ standards ambjentali, ta’ sigurtà fl-ikel u welfare ta’ l-annimali.
 
Ġlieda fuq il-livell totali tal-baġit tal-CAP
 
Waħda mill-ġliediet il-kbar, madankollu, kienet jekk għandhomx jinqatgħu is-sussidji agrikoli kollha minħabba l-limitu massimu strett tal-baġit għall-UE-25 sa l-2013. Il-Parlament kien kontra bis-sħiħ il-pjan tal-Kummissjoni li jitnaqqsu l-pagamenti kollha b’mod gradwali, b’bidu ta’ qatgħa ta’ 1% fl-2006 li tasal pass pass sa tnaqqis ta’ 19% fl-2012. Taħt il-pjan tal-Kummissjoni, bdiewa setgħu jirċievu pagamenti supplimentari sabiex jgħinuhom ineħħu l-impatt ta’ dawn il-qatgħat. Minflok il-Parlament ippropona xi tnaqqis fil-pagamenti diretti imma biss għal bdiewa li jirċievu aktar minn 7500 ewro fis-sena. Fl-aħħar, il-ministri tal-biedja ma aċċettawx din is-sistema u ddeċiedew illi jdaħħlu “mekaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja” li ma taqtax is-sussidji immedjatament imma tiġi attivata fil-futur jekk meħtieġ, sabiex jiġi żgurat illi l-baġit agrikolu stabbilit sa l-2013 ma jinqabiżx.
 
Prodotti individwali tal-biedja
 
Mar-riforma ġenerali tal-CAP, il-Kummissjoni ppreżentat diversi pjanijiet individwali sabiex jiġu aġġornati r-regoli li jirregolaw l-għajnuna għas-setturi prinċipali ta’ l-argikoltura. Il-bidliet kienu maħsuba sabiex inaqqsu l-prezzijiet ta’ intervent biex b’hekk l-UE tingħata spazju sabiex timmanuvra fin-negozjati tal-WTO f’Kankún f’Ottubru 2003 u sabiex il-prodotti Ewropej isiru aktar kompetittivi fis-suq dinji billi tiġi eliminata ċerta politika intervenzjonista riġida fis-setturi bħal dawk tar-ross, tal-prodotti tal-ħalib, tal-prodotti ħarratija u taċ-ċanga. Is-soluzzjoni proposta kellha tħoll l-għajnuna b’mod komplet fil-parti l-kbira tas-setturi. Il-MPE, iżda, seħqu illi l-bdiewa kienu sejrin isofru telfiet kbar, b’xi setturi ma jibqgħux jagħmlu profitt u fl-aħħar jintilfu. Xi tip ta’ intervent għandu għalhekk jinżamm għall-prodotti kollha. Id-deċiżjonijiet finali tal-Kunsill irrifflettew is-suġġerimenti tal-Parlament f’numru ta’ oqsma, b’mod partikolari iċ-ċereali u ċ-ċanga.
 
Fil-każ taċ-ċereali, il-Kummissjoni ipproponiet illi jitnaqqas il-prezz ta’ l-intervent u s-separazzjoni ta’ kull għajnuna, imma l-Kunsill aċċetta l-idea tal-Parlament li l-prezz ta’l-intervent għandu jibqa’ l-istess u li ftit għajnuna biss (75%)tkun separata. Għal bdiewa taċ-ċanga, il-Kummissjoni fittxet illi tissepara għal kollox l-għajnuna biex b’hekk jiġu eliminate diversi premiums taċ-ċanga u l-vitella eżistenti, u jħallu lill-istati individwali li jagħżlu liema premiums jisseparaw.
 
F’setturi oħra ir-riżultat finali kien kompromess bejn l-ideat tal-Parlament u dawk tal-Kummissjoni. Għall-ħalib u prodotti tal-ħalib, eżempju, il-Kunsill qabel mal-proposti tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-butir u l-ħalib xkumat tat-trab għandhom jitnaqqsu u wkoll il-kwota tal-prodotti tal-ħalib għandha tittawwal sa l-2014/15. Madankollu, il-ministri tal-biedja żammew mat-talba tal-Parlament li l-ħall ta’ l-għajnuna jiġi pospost sa l-2007/08.
 
Il-Kumitat ta’ l-Agrikoltura tal-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-riforma ta’ setturi oħra Mediterranji (żejt taż-żebbuġa, qoton u tabakk) fi Frar 2004, wara li l-Kummissjoni kienet ippubblikat il-proposti tagħha f’Novembru 2003. Id-deċiżjoni finali tal-Kunsill dwar dawn is-setturi hija mistennija fir-rebbiegħa ta’ din is-sena.


  
Relaturi:
  
>  Skemi ta’ appogg taht il-politika agrikola komuni u skemi ta’ appogg ghall-produtturi ta’ certi kultivazzjonijiet: Arlindo Cunha (EPP-ED, P) – Ma ghadux Membru tal-Parlament Ewropew
>  Appogg ghal zvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG): Karl Erik Olsson (ELDR, S)
>  Multifunctional agriculture and common agricultural policy reform: María Rodríguez Ramos (PES, E)
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross: Carlos Bautista Ojeda (Greens/EFA, E) - Ma ghadux Membru tal-Parlament Ewropew
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-halib u ta’ prodotti tal-halib: Elisabeth Jeggle (EPP-ED, D)
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tac-cerejali: Dominique F.C. Souchet (IND, F)
  
Gurnal Ufficjali – atti finali:
  
>  Skemi ta’ appogg taht il-politika agrikola komuni u skemi ta’ appogg ghall-produtturi ta’ certi kultivazzjonijiet
>  Appogg ghal zvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG)
>  Riforma multifunzjonali tal-politika agrikola komuni u tal-politika agrikola - test adottat mill-Parlament Ewropew
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-halib u ta’ prodotti tal-halib
>  Organizzazzjoni komuni tas-suq tac-cerejali

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004