| L-ispluzjoni fl-uzu ta’ l-internet fl-ahhar snin ressqet lill-Unjoni Ewropea biex tghaddi ammont vast ta’ legislazzjoni bit-tama li jizdiedu l-vantaggi li jistghu jittiehdu minn din it-teknologija l-gdida, waqt li l-pubbliku u n-negozji jkunu protetti mill-effetti mhux mixtiqin taghha. Il-Parlament Ewropew ta sehem attiv f’din il-legislazzjoni, specjalment bl-introduzzjoni ta’ ‘domain name’ ta’ l-ahjar livell, jigifieri l- .eu, u fil-kontroll ta’ l-ispam, billi sahhah il-protezzjoni ta’ l-informazzjoni u zied il-flus dedikati biex is-sigurtà tan-network titjieb.
Sa mill-bidu ta’ l-uzu ta’ indirizzi fuq l-internet, ‘Domains’ ta’ l-Ahjar Livell (TLD) kienu bbazati fuq ittri bhal .int, .com, .net u .org. Madwar 20 miljun indirizz gew registrati taht dawn it-taqsiriet imma fl-ahhar snin kien hemm talba ghall-isem tad-‘domain’ .eu biex jippromovi identità Ewropea u jirrifletti l-ezistenza ta’ l-UE bhala qasam legali. Grazzi ghal regolazzjoni gdida ta’ l-UE issa giet ikkreata ‘domain’ bhal din, biex individwi u negozji bbazati fl-UE jistghu juzawha ghall-websites u l-indirizzi ta’ l-e-mail taghhom. Id-‘domain’ il-gdida bl-ebda mod ma thassar ohrajn bhal .fr, .de, u co.uk imma qed tigi offruta bhala alternattiva. Madankollu, ftit taz-zmien iehor din id-‘domain’ x’aktarx tinfirex daqs id-domain .com jew id-domain .org.
Ir-regolazzjoni li twaqqaf it-TLD .eu pprovdiet ghal registru biex imexxi din id-‘domain’. Sadanittant, intaghzlet organizzazzjoni biex tiehu hsieb dan ix-xoghol: Ir-Registru Ewropew ta’ l-Ismijiet tad-‘Domains’ (EURID), korp indipendenti u li jahdem bla qligh li se jikkredita kumpaniji biex iwettqu r-registrazzjonijiet. Individwu residenti fl-UE jew kull kumpanija jew organizzazzjoni bbazat fl-UE ghandhom id-dritt jirregistraw ‘domain’ b’ismijiet li juzaw id-.eu. ir-registaazzjonijiet jinfethu f’nofs l-2004 imma se jsehhu f’fazijiet biex jaghtu lil min digà kellu drittijiet l-opportunità li jirregistra. Il-Kummissjoni Ewropea se tiddisinja regoli dwar registrazzjonijiet spekulattivi jew abbusivi, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u temi li jikkoncernaw il-lingwi.
Il-kontribuzzjoni ewlenija tal-Parlament kienet li hasbet b’mod aktar dettaljat kif ghandu jitwaqqaf ir-registru biex ikun cert li jopera b’mod gust, trasparenti u indipendenti. Il-Parlamnet insista wkoll li, jekk jinqalghu kwistjonijiet, ir-registru ghandu jipprovdi medjazzjoni u servizz ta’ arbitragg jew bla hlas jew bi hlas li jista’ jkun irkuprat. Fl-ahhar, war pressjoni mill-MPE, negozjanti rregistrati taht id-‘domain’ .eu ghandhom evetwalment jiffirmaw kodici ta’ kondotta u skema ta’ risoluzzjonijiet ta’ glied barra l-qrati, sabiex il-konsumaturi jiggwadanjaw il-fiducja fiz-zona .eu.
Twaqqif ta’ l-ispam u thaffif tax-xiri minn fuq l-internet
Il-Parlament influwenza wkoll direttiva fuq il-protezzjoni ta’ l-informazzjoni u l-privatezza fil-komunikazzjonijiet elettronici. Fuq il-protezzjoni ta’ l-informazzjoni, il-MPE insistew b’success li waqt li Stati Membri ghandhom ikunu jistghu igennbu regoli ta’ protezzjoni ta’ l-informazzjoni waqt l-investigazzjonijiet ta’ kazi kriminali jew biex iharsu s-sigurtà nazzjonali u pubblika, huma jkunu jistghu jaghmlu hekk biss meta l-mizuri jkunu “necessarji, xierqa u proporzjonati” f’socjetà demokratika. Jekk l-Istati Membri jridu jippriservaw informazzjoni – u taht id-direttiva dan jistghu jaghmluh ghal perijodu limitat – il-legislazzjoni taghhom ghandha taqbel mal-principji generali tal-ligi ta’ l-UE kif ukoll mal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ l-Ewropa.
Dwar l-ispam, fil-bidu l-opinjonijiet fil-Parlament kienu maqsumin dwar metodi kif “komunikazzjoniet elettrinici mhux mitlubin” bi skop ta’ reklamar jigu kkumbattuti ( inkluzi l-e-mail spam, faksijiet junk u magni li jcemplulek b’mod awtomatiku). Xi MPE kienu mxaqilbin lejn sistema “opt-in”, li titlob li l-konsumaturi jaghtu l-kunsens taghhom minn qabel biex il-kumpaniji jew organizzazzjonijiet ikunu jistghu jibghatu messaggi bhal dawn. Ohrajn ippreferew sistema “opt-out”, li jippermettu li fil-bidu l-messaggi mhux mitlubin jintbaghtu, u wara l-konsumaturi jkollhom id-dritt li isimhom jitnehha mil-lista ghall-posta. Ohrjan hasbu li din il-kwistjoni ghandha tithalla f’idejn l-Istati Membri.
Wara dibattiti mqanqlin, l-MPE issapportjaw is-sistema “opt-in” ghal dawn it-tipi kollha ta’ messaggi elettronici. Madanakollu, ziedu ossevazjoni li tghid li jekk kumpanija jew individwu jakkwistaw id-dettalji elettronici ghall-kuntatt mill-klijent taghhom waqt il-bejgh ta’ prodott, dawn id-dettalji jistghu jintuzaw biex jigi direttament promoss prodott simili ghall-prodotti taghhom, basta l-klijenti jkunu jafu li jistghu joggezzjonaw, u bla hlas, ghal dan l-uzu.
F’direttiva separata, maghmula biex jitnehhew l-ostakoli fil-kummerc elettroniku fl-UE u biex ikun hemm legislazzjoni komuni ghall-bejgh minn fuq l-internet, l-MPE insistew li l-Istati Membri ghandhom jaccertaw irwiehhom li min jipprovdi s-servizz u jittrasmetti messaggi kummercjali mhux mitlubin ghandu regolarment jikkonsulta r-registri ta’ l-“opt-out” li japplikaw f’kull Stat Membru.
Lejn titjib fis-sigurtà fuq in-network
It-trasmissjoni ta’ spam u l-hacking, barra d-disturbi li jikkawzaw, huma fost l-aktar problemi li jqumu flus li qed jiffaccjaw illum dawk li juzaw l-internet. Kumpaniji u organizzazzjonijiet jistghu jinqerdu bi spijjar elettroniku jew bit-tidhil ta’ vajrusijiet fin-network. Biex tigi solvuta din il-kwistjoni, l-UE holqot il-programm Modinis biex jiehu hsieb tal-pjan ta’ azzjoni eEurope 2005 imwaqqaf bhala parti mill-istrategija ta’ Lisbona. Il-programm, li se jahdem mill-2003 sa l-2005, hu mahsub biex ixerred l-ahjar prattika fit-teknologija ta’ l-informazzjoni fl-Istati Membri, janalizza l-impatti ekonomici u socjali tas-Socjetà Mibnija fuq l-Informazzjoni u jtejjeb is-sigurtà informattiva u fuq in-network.
Il-Parlament ghall-bidu kien favur il-proposta tal-Kummissjoni ghal bagit ta’ 25 miljun ewros ghal dan il-programm imma l-Kunsill tal-Ministri pprova jnaqqas dan l-ammont ghal 20 miljun. L-MPE imbaghad accettaw is-somma bejniethom ta’ 21 miljun li ghandha twassal biex il-programm jilhaq l-ghanijiet tieghu.
|